Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21114 u jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21114
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-bejgħ tal-fuel ma isirx biss mill-Korporazzjoni Enemalta imma hemm distributuri oħrajn li f’attivita ekonomika tagħhom għandhom ukoll il-bejgħ ta’ fuel.
Fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta, il-VAT titħallas mill-Enemalta fuq il-fuel meta dan jinbiegħ u mhux meta jiġi impurtat.
In-net VAT dikjarata mill-Korporazzjoni Enemalta bejn 2004, 2005 u Jannar 2006 sat-30 ta’ Settembru 2006 kien kif ġej :
2004 - Lm10,462,933
2005 - Lm11,737,737
2006 - Lm10,197,845 (Jannar – Settembru)
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21112 u jgħid kemm ġabar il-gvern f'surcharge fuq dawl u ilma bejn l-01/10/2005 u t-30/09/06?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li is-surcharge fuq l-elettriku u l-ilma bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 u 30 ta’ Settembru 2006 ma tkunx ghadha ngabret kollha. Ir-raguni principali hija l-billing tal-elettriku u l-ilma jinhadem b’lura.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21113 u jaqsam id-dħul ta' surcharge fuq konsum ta' dawl u ilma minn: 1) lukandi; 2) fabbriki/manifattura u mill-kumplament tal-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21114 u jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern għall-biċċa art kbira ġo Ħal-Luqa, faċċata tal-fabbrika Andrews (qabel il-barriera ta' l-iskart)? Din se tiġi żviluppata? Jaf il-Ministru li dan is-sit kien oriġinarjament għall-iskop soċjali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed qed jassumi li s-sit li qed jirreferi għalih huwa dan is-sit huwa is-sit fejn fl-imgħoddi kien hemm il-miżbla ta' Ħal-Luqa, liema sit qiegħed barra miż-żona tal-iżvilupp.
Is-sit indikat huwa bħalissa kopert '
Development Brief
‘ li gie approvat f'Jannar ta' l-2002 wara perjodu ta' konsultazzjoni pubblika li sar skond ma titlob il-ligi. Dan il-brief principarjament jaħseb sabiex jipprovdi faċilitiajiet ta' park kummercjali, b'inklinazzjoni lejn intrapriżi li jaħdmu fi spazju miftuh. Il-proposti attwali jikkonsistu f'medda mdaqqsa għal
trailer park
, u arja oħra għall-industrija ta' daqs zgħir u medju. Kien hemm ukoll facilitiajiet oħra ta' rekrejazzjoni li ġew inklużi f'dan id-‘
Development Brief
’. Bħalissa il-brief qiegħed jiġi rivedut wara perjodu ta' konsultazzjoni pubblika.
Id-Development Brief reġa inħareg għall-konsultazzjoni pubblika b'xi tibdiliet li jinkludi l-inklużjoni ta' ċentru għall-iskart ġoff u l-esklużżjoni ta' faċilitiajiet rekrejattivi. Ta' min jinnota li minkejja li kien hemm il-potenzjal għal-faċilitajiet sportivi, mill-2002 sal-lum ma jidhirx li qatt saret applikazzjoni għal-faċilitajiet sportivi.
Minħabba n-natura ta' l-iżvilupp li sar madwar dan is-sit matul l-aħħar snin, dan ma baqax idoneju għal-faċilitajiet ta' rekrejazzjoni. L- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda tistudja siti oħra fil-konfini tal-kunsill ta' Ħal-Luqa li jistgħu joffru faċilitajiet rekrejattivi aħjar minn dan is-sit.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20457 u 21221 u jgħid u jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea:
Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?
Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP?
Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?
Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?
Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jaqsam id-dħul ta' surcharge fuq konsum ta' dawl u ilma minn: 1) lukandi; 2) fabbriki/manifattura u mill-kumplament tal-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20457 u jgħid u jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea:
Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?
Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP?
Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?
Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?
Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħal revenue mit-taxxa ta' qligħ fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek reġistrati f'Malta, matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Jista' il-Prim Ministru jagħti t-totalita' ta' dħul (revenue) mill-income tax fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek separatament, sena b'sena kif mitlub hawn fuq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:
Sena Taxxa Provviżorja fuq Qligħ Kapitali Dħul ieħor mill-Income Tax
Bazi
Banek
Kumpaniji oħra
Banek
Kumpaniji Oħra
2002
29,005
11,319,436
13,170,141
49,955,190
2003
129,311
9,862,294
14,002,703
60,952,317
2004
211,842
10,558,044
19,819,001
47,417,011
2005
79,389
10,270,329
22,386,412
50,251,716
Jista' il-Prim Ministru jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea:
Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?
Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP?
Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?
Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?
Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għall-proġett fir-riċiklaġġ tad-drenaġġ? Se jintużaw l-istess sistemi tal-proċess ta' riċiklaġġ ta' drenaġġ f'kull parti ta' Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għall-impjant f'Għawdex ingħata lill-joint venture Degremont S.p.A/C&F Building Contractors Ltd. filwaqt li l-kuntratt għall-impjant fit-Tramuntana ta' Malta ingħata lil joint venture IBI Idrobioimpianti/ Polidano Group.
L-istess sistemi ta' proċess ta' riċiklaġġ intużaw fl-impjanti fuq imsemmija. Il-proċess tat-trattament għall-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta għadu mhux iddeterminat.
Deloitte & Touche Report — Electricity & water surcharge
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19657 li saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid jekk fir-rapport li għamlu Deloitte and Touche fuq is-surcharge tad-dawl u l-ilma:
(a) ħadux in konsiderazzjoni il-fatt li l-gvern kien għolla l-prezz tal-petrol, eċċ. fil-pompi biex jagħmel cross subsidisation tal-konsum tad-dawl;
(b) it-telf ta' Lm2.5 miljun assorbiti mill-Enemalta f'Ottubru 2005, ġew ikkonsidrati fl-audit li sar;
(c) jekk l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta ammontanti għal Lm5.2 miljun suppost li se jinġarru mill-Enemalta, ġewx ikkonsidrati fil-kalkoli, peress li l-mekkaniżmu msemmi fir-rapport bħala kumpens għal dan l-ammont globali ta' Lm5.2 miljun huwa ħafna anqas mill-ammont ta' Lm5.2 miljun?
Dan kollu jimpatta fuq ir-rata ta' surchargeli jrid iġorr il-konsumatur?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għall-proġett fir-riċiklaġġ tad-drenaġġ? Se jintużaw l-istess sistemi tal-proċess ta' riċiklaġġ ta' drenaġġ f'kull parti ta' Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux se japprova d-devoluzzjoni ta' biċċa art f'Ħal-Luqa (faċċata tal-ġibjun) lill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa, li diġa' għamel ħafna xogħol u nefaq ħafna flus biex jiżviluppaha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant se jsir fuqha proġett tal-Gvern mill-Kunsill Malti għall-iSports. Għalhekk it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa għad-devoluzzjoni tal-istess art ma tistax tintlaqa'.