Jista' l-Ministru jassigura li l-eżerċizzju ta' l-isport off roading ġo Wied Ħesri, Qormi ma jkunx mingħajr kontroll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kull attivitá li titratta l-offroading teħtieġ permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dan ifisser li min ikun irid jorganizza din l-attività irid japplika biex jagħmel din l-attività u jindika l-post fejn sejra ssir. Din l-applikazzjoni tiġi studjata minħabba l-impatti li din jista’ jkollha fuq l-ambjent minn diversi oqsma. Wara jinħareġ il-permess b’għadd ta’ kundizzjonijiet u anki b’garanzija bankarja.
Ma jirrizultax li kien hemm jew li hemm xi permess pendenti biex issir din l-attività ta’
offroading
fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. Il-pulizija ġew avżati biex jivverifikaw jekk hux qegħda ssir din l-attività mingħajr permess.
Jista' l-Ministru jibdel jew jirranġa is-sistema prinċipali tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Luqa peress li minħabba estensjoni ta' bini dan mhux qed ilaħħaq u sikwit dan iffawwar ġod-djar b'inkonvenjent kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-introjtu tal-Gvern in ġenerali minn dawn il-miżuri:
miċ-ċitazzjonijiet li jagħtu il-wardens fuq traffiku
miċ-ċitazzjonijiet li jagħmlu ALE
miċ-ċitazzjonijiet li jagħtu l-environment wardens
Dan għas-snin 2005 u 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċ-ċitazzjonijiet li jirrigwardjaw id-doveri prinċipali tat-Taqsima ta' l-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija, jiġu proċessati quddiem il-Qorti jew Tribunal u mhux permezz ta' tickets. Għaldaqstant it-tagħrif mitlub jiddependi mill-multa inflitta mill-Qorti jew Tribunal f'kull każ ta' ħtija u t-tagħrif mitlub mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ċentrali ma jieħu xejn mid-dħul tal-penali taċ-ċitazzjonijiet li jagħtu l-Gwardjani Lokali. Dan l-introjtu jintuża biex jitħallsu l-ispejjeż konnessi ma' l-għoti tas-servizz, inkluż dak tal-Aġenziji tal-Gwardjani Privati, l-Uffiċjali Awtorizzati u spejjeż amministrattivi oħra, filwaqt li l-bilanċ jitqassam lill-Kunsilli Lokali skond l-arranġament kuntrattwali li jkollhom fil-Kumitat Konġunt.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Avukat Ġenerali u l-uffiċċju tiegħu kienu l-konsulenti legali tal-gvern Malti fin-negozjati u l-iffirmar tal-kuntratt ta' Smartcity?
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tagħti l-informazzjoni mitluba dwar l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll Tabella B bl-informazzjoni dwar il-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22363, 22460 u 22604 u jgħid: Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li meta ddaħlet l-VAT fuq l-elettriku għal-kategorija domestika l-Korporazzjoni Enemalta ma żidietx it-tariffa tagħha iżda assorbit il-VAT hija stess. Fi kliem sempliċi ħafna, il-VAT li trid titħallas lill-Gvern qed titħallas mill-Enemalta stess u mhux mill-konsumatur.
Il-pożizzjoni tal-konsumaturi industrijali u kummerċjali hi differenti għaliex waqt li dawn huma ċċarġjati il-VAT huma jieħduha lura mid-Dipartiment tal-VAT. Fi kliem sempliċi, l-efett fuqhom hu newtru.
Il-mudell li fuqu tinħadem ir-rata tas-surcharge huwa wieħed fejn ikopri biss iż-żieda / tnaqqis fil-prezz tal-fuels li bih tixtri l-Korporazzjoni Enemalta, u l-VAT ma tidħol imkien fil-kalkolu tas-surcharge.
Fi kliem aktar sempliċi, dan ifisser illi l-proposta tal-Kap tal-Opposizzjoini li jnaqqas is-surcharge għall-konsumatur billi jneħħi l-VAT hi lloġika u non-sensika.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22461 u 22607 u jgħid: B'riferenza għall-Hanger li l-gvern se jibni għall-Lufthansa Teknic kif imħabbar fil-Media, jista' il-Ministru jindika b'site plan fejn se jinbena dan il-Hanger?
Kemm hu stmat li se jiswa l-gvern u kemm se jinkera u b'liema kondizzjonijiet lill-Lufthansa Teknic?
X'inhi r-raġuni li l-Air Malta jew il-Gvern Malti ma żiedx l-involviment tiegħu f'din il-venture li bdiet bħala joint venture bejn l-Air Malta u Lufthansa u jidher li rnexxiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21912 u jgħid: Peress illi r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21240 mhux biss hija vaga imma ma tirrispondi assolutament xejn, jista' il-Ministru jagħti risposta aħjar, jekk mhux preċiża għallinqas stima ta' surcharge impost biex jirrispondi għall-mistoqsijiet parlamentari 21645, 21644 u 21817?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22078.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22363 u 22460 u jgħid: Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22461 u jgħid: B'riferenza għall-Hanger li l-gvern se jibni għall-Lufthansa Teknic kif imħabbar fil-Media, jista' il-Ministru jindika b'site plan fejn se jinbena dan il-Hanger?
Kemm hu stmat li se jiswa l-gvern u kemm se jinkera u b'liema kondizzjonijiet lill-Lufthansa Teknic?
X'inhi r-raġuni li l-Air Malta jew il-Gvern Malti ma żiedx l-involviment tiegħu f'din il-venture li bdiet bħala joint venture bejn l-Air Malta u Lufthansa u jidher li rnexxiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22363 u jgħid: Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-Hanger li l-gvern se jibni għall-Lufthansa Teknic kif imħabbar fil-Media, jista' il-Ministru jindika b'site plan fejn se jinbena dan il-Hanger?
Kemm hu stmat li se jiswa l-gvern u kemm se jinkera u b'liema kondizzjonijiet lill-Lufthansa Teknic?
X'inhi r-raġuni li l-Air Malta jew il-Gvern Malti ma żiedx l-involviment tiegħu f'din il-venture li bdiet bħala joint venture bejn l-Air Malta u Lufthansa u jidher li rnexxiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22114 u 22364 u jagħti risposta għat-tieni u t-tieliet parti ta' mistoqsija parlamentari 21114?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22364.
Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21612 u 21750 uu jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li stima ta’ surcharge għal perjodu 01 t’ Ottubru 2005 sa 13 ta’ Settembru 2006 hija ta’ Lm 26.5 miljun, li minnhom Lm 4.3 miljun huma fuq l-ilma. Ta’ min wieħed jinnota li d-distinzzjoni ta’ dħul ta’ surcharge bejn dawl u ilma tista’ tvarja peress li l-capping jogħodd fuq il-kontijiet flimkien. Għal rigward ta’ dħul totali ta’ Lm 26.5 miljun dawn jistgħu jinqassmu Lm 1.6 miljun – hotels, Lm 3.7 miljun – industrial u l-bilanċ ta’ Lm 21.2 miljun konsumaturi oħra. Ta’ min wieħed jenfasiżża li dawn huma stimi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella għad-dħul mis-surcharge minn Jannar 2005 sa Lulju 2006. It-tabella tirrifletti surcharge fix-xahar li ħareg il-kont u mhux ix-xahar tal-konsum jew ta’ ħlas.
Ta min iżid li dawn l-figuri huma dawk maħrugin mill-billing system tal-WSC u għadhom ma ġewx verifikati. Figuri preċiżi jkunu jistgħu jingħataw ġa la darba jiġi konkluż l-Audit annwali tal-Korporazzjoni Enemalta kif meħtieg bil-liġi u għalhekk il-figuri mogħtija jistgħu jinbidlu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21730 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata meta tkun kompluta, billi din tinvolvi ġbir ta' nformazzjoni mingħand numru ta' entitajiet fuq numru ta' jiem.