Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Smart City

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li l-Ministeru tal-Finanzi approva għall-investiment tal-Gvern fi SmartCity? Fhiex jikkonsisti dan l-investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern m’hu ser jagħmel l-ebda investiment fil-proġett ta’ SmartCity. L-investiment ser isir kollu minn SmartCity (Dubai) FZ-LLC. Fil-fatt, għalkemm il-ftehim kien jistipula li SmartCity (Dubai) FZ-LLC kellha tħallas għall-ishma tal-Gvern fid-data definita bħala closing date fil-kuntratt approvat minn din il-Kamra, l-istess kumpanija diġa ħallset għall-ishma imsemmija u l-Gvern diġa ngħata t-titlu tagħhom. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċertifikati ta’ l-MFSA relattivi.

Smart City — Xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment irid jagħmel il-Gvern in konnessjoni ma' SmartCity? X'inhi l-istima biex isiru xogħljiet infrastrutturali li hemm bżonn biex tibda topera SmartCity? X'tip ta' xogħlijiet iridu isiru u li ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Impjiegi mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru tiegħu u mal-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament matul din is-sena? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'rimunerazzjoni u jew benefiċċji għandhom u jekk ġewx ingaġġati fuq bażi temporanja jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta National Lab Co. Ltd/Wasteserve Malta Ltd — Accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq fuq il-mejda tal-Kamra l-accounts tal-Malta National Lab Co. Ltd. u tal-Wasteserv Malta Ltd. għas-snin 2004, 2005 u 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta

Prodotti u Servizzi — Prezzijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlametnari 26823 billi jgħid jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju ta' l-Awditur tal-MEPA

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċċju ta' l-awditur tal-MEPA ġie sal-lum attrezzata bil-ħatra ta' investigatur u staff ieħor neċessarju biex dan l-uffiċċju jiffunzjona?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju ta’ l-Awditur fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) inħatret assistenta personali u għaddej il-proċess biex jinħatar investigatur.

NSO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Entitajiet Pubbliċi — Accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar accounts awditjati cioe snin 2004, 2005, 2006 ta' dawn l-entitajiet pubbliċi cioe' Gozo Ferries Company Limited, Malta National Laboratory Company Limited u l-Wasteserve Malta Limited?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-accounts tas-sena 2004, 2005 u 2006 tal-Gozo Ferries Co Ltd għadhom mhux finalizzati. Rigward iż-żewġ kumpaniji l-oħra, ninforma lill-Onor Interpellant li dawn ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi.

Vendor Driven Academies

Question

B'referenza għall-proġett imsejjaħ mill-Gvern Vendor Driven Academies jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istudju li sar minn Ernst and Young dwar l-oqsma edukativi u jew ekonomiċi li jridu jkunu msaħħa in konnessjoni ma' din l-inizjattiva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istudju li sar minn Ernst & Young m'huwiex relatat mal-proġett tal-Vendor Driven Academies. Dan l-istudju jkopri il-kriterji kkunsidrati l-iktar importanti li investitur jikkunsidra meta jkun qed jagħmel deċiżjoni ta' investiment. L-istudju jipprovdi numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma li għandhom jiġu msaħħa biex Malta tattira aktar investiment barrani. Qed inpoġġi l-executive summary ta' l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kuntratt tal-computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26363 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-Integrated Health System (tal-computers) li kien tħassar minħabba allegat abbuż, hux se jkun ngħata mingħajr ħruġ ta' offerti? Jekk iva, kif ser tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26628.

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26357 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern, fid-Diskors tal-Baġit 2007, diġà indika s-sensitivittà tas-sitwazzjoni li qed tiġi riferuta fil-Mistoqsija. Il-qafas regolatorju u s-sorveljanza f’dan il-kamp huma mportanti u jimxu id f’id. Il-Gvern għandu l-ħsieb li, pjuttost milli jindirizza s-sitwazzjoni biċċa biċċa, jittratta dan is-settur, anke kif inhu indikat fil-Mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant, b’mod ħolistiku u minn angoli differenti li ’l hemm mill-konsiderazzjonijiet fiskali fuq l-istess livell jinkludu dawk legali, soċjali u kif ukoll morali.

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485, 26357 u 26627 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26485.

Serqiet u reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm serqiet u reati kriminali ġew rapportati lill-Pulizija u li okkorrew fis-Siġġiewi matul is-snin 2004, 2005, 2006? Kemm ġew solvuti minnhom dawn is-serqiet u reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Każi ta' serq Solvuti Reati oħra Solvuti 2004 72 - 86 4 2005 90 4 103 7 2006 67 2 110 5

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485 u 26357 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Kuntratt tal-computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26474 u 26363 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-Integrated Health System (tal-computers) li kien tħassar minħabba allegat abbuż, hux se jkun ngħata mingħajr ħruġ ta' offerti? Jekk iva, kif ser tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti approva x-xiri ta’ l-Integrated Health Information System permezz ta’ proċedura negozjata skond ir-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi. Konsulent tekniku internazzjonali issottometta lil Gvern lista ta’ kumpaniji li potenzjalment setgħu jipprovdu din is-sistema. Dawn il-kumpaniji ġew mistiedna jitfgħu l-offerta tagħhom fid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti se jiftaħ l-offerti u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-kuntratt. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat se jkunu ppubblikati fid-Dipartiment tal-Kuntratti u kull min iħossu aggravat minn xi deċiżjoni se jkollu d-dritt ta’ l-appell kif tipprovdi l-liġi.

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Computers bil-ħsara

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25452 u ċioe': Jikkonferma l-Prim Ministru li ċerti computers fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika ilhom xhur bil-ħsara? Kemm għamlet kollettivament overtimeit-technical section ta' l-Istatistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25452

Kuntratt tal-computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26363 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-Integrated Health System (tal-computers) li kien tħassar minħabba allegat abbuż, hux se jkun ngħata mingħajr ħruġ ta' offerti? Jekk iva, kif ser tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.