Legislature:
Category:
Reset
Active:

INSO

Question

Peress li l-INSO hija responsabbli mill-equipment tal-Isptar Mater Dei u kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' xi equipmentieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, allura jista' l-Prim Ministru jgħid kif allura jsir l-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26974.

Town Twinning Meeting

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm-il kunsill lokali applika sabiex jibbenefika minn fondi fuq proġetti "Town Twinning Meeting"? Min huma dawk il-kunsilli lokali li bbenefikaw? Kemm ħa fondi kull kunsill lokali ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

NSO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif jaf tajjeb l-UNS jaħdem żewġ indiċijiet li huma r-Retail Price Index (R.P.I.) u l-Harmonised Index for Consumer Prices (H.I.C.P.). Fil-każ tar-Retail Price Index ma nbidel l-ebda l-kampjun, filwaqt li fil-Harmonised Index for Consumer Prices minn Jannar 2007 kien hemm bdil fis-sezzjoni ta’ l-Accomodation Services, fejn inbidel il-kampjun tal-lukandi. Dan ġie mibdul skond rapport tal-Eurostat. Ir-raġuni li nbidel il-kampjun tal-lukandi kienet li kien hemm operaturi fis-settur turistiku li ma baqgħux joperaw. Il-metodu li bih tinħadem ir-rata ta’ l-inflazzjoni ma nbidilx.

Malta National Lab Co. Ltd/Wasteserve Malta Ltd — Accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq fuq il-mejda tal-Kamra l-accounts tal-Malta National Lab Co. Ltd. u tal-Wasteserv Malta Ltd. għas-snin 2004, 2005 u 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Report and Financial Statements tal-WasteServ Malta Ltd għas-snin 2004 u 2005 taħt forma ta’ compact disc minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l–accounts għas-sena 2006 għadhom mhumiex iffinalizzati u ser ikunu ffinalizati waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li ser issir għall-aħħar ta’ Lulju 2007. Dwar il-Malta National Lab Co Ltd nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Impjegati tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26966 u 27097 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

SmartCity

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26967 u 27087 u jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru fi SmartCity matul din is-sena 2007? Kemm minn din is-somma kienet għal konsulenza jew pariri legali?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li din is-sena għal Smart City intefqu Lm6,371. Minn dawn intefqu Lm2360 f'konsulenzi jew pariri legali.

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26970 u 27088 u jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru tiegħu u mal-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament matul din is-sena? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'rimunerazzjoni u jew benefiċċji għandhom u jekk ġewx ingaġġati fuq bażi temporanja jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26963 u jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

SmartCity

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26964 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li l-Ministeru tal-Finanzi approva għall-investiment tal-Gvern fi SmartCity? Fhiex jikkonsisti dan l-investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 26964.

SmartCity

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26965 u jgħid x'tip ta' investiment irid jagħmel il-Gvern in konnessjoni ma' SmartCity? X'inhi l-istima biex isiru xogħljiet infrastrutturali li hemm bżonn biex tibda topera SmartCity? X'tip ta' xogħlijiet iridu isiru u li ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Fir-rigward ta’ l-ewwel mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghal mistoqsija Nru. 26964. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet mistoqsija nikkonferma li ma hemm l-ebda xogholijiet infrastrutturali necessarji biex SmartCity tibda topera. Dan minhabba li l-infrastruttura ezistenti hija adegwata ghall-ewwel fazi tal-progett. Ix-xogholijiet li huma ppjanati huma necessarji ghal-fazijiet sussegwenti tal-progett. Nemfasizza li dawn ix-xogholijiet ser jibennefika minnhom in-nofsinhar ta’ Malta kollu u mhux il-progett biss. Biex inehhi kull dubbju li jista’ jkun hemm ix-xogholijiet infrastrutturali kollha marbutin mal-progett innifsu huma r-responsabbilta tal-kumpanija SmartCity (Malta) Ltd.

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26970 u jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru tiegħu u mal-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament matul din is-sena? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'rimunerazzjoni u jew benefiċċji għandhom u jekk ġewx ingaġġati fuq bażi temporanja jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Uffiċċju ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jitħallsu dawk il-ħaddiema mqabbda mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika biex jiġbru informazzjoni dwar survey li sar lejn l-aħħar tas-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas għas-survey li sar lejn l-aħħar tas-sena 2006 se jkun mas-salarju tat-12 t’Awissu 2007.

Impjegati tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26966 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485 u 26357 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26485.

Impjiegi ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati recruitments ġodda għall-impjieg mal-gvern jew ma' entitajiet? Fuq liema bażi ġew approvati u taħt liema ministeru ġew jew sejrin jiġu mpjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

SmartCity — Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mpjiegi ġodda mal-gvern jew kumpaniji parastatali li nħolqu jew li ser jinħolqu fil-futur qarib minħabba SmartCity? X'tip ta' impjieg huwa u x'salarju/benefiċċji qegħdin jiġu offruti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Minħabba li l-proġett għadu fil-bidu tiegħu, jista' jkun hemm bżonn li din l-istruttura tinbidel.

Direttur f'xi bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi mpjegati fl-istaff privat tal-ministri jew segretarji parlamentari li ngħataw permess mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex ikun direttur f'xi Board of Directors jew f'xi Adjudicating Board tad-Dipartiment tal-kuntratti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

INSO

Question

Peress li l-INSO hija responsabbli mill-equipment tal-Isptar Mater Dei u kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' xi equipmentieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, allura jista' l-Prim Ministru jgħid kif allura jsir l-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.