B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28372 u jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea? F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?
Jista' l-Ministru jgħid l-Enemalta kemm xtrat steel poles, kemm transmission u kemm lighting poles u kemm ħallset għalihom sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kif xtrat u kemm ġew jiswew l-istreet lanterns kollha (70W, 150W, 250W) li nxtraw mill-Enemalta bejn 2000 sal-lum sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta biex takkwista kemm il-bżonnijiet tagħha tal-arbli u anke għall-lanterni toħroġ sejħa minn żmien għal żmien għal tender jew għal quotations.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea? F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe
Minn 0 sa Lm 4,500
Lm 4,500 sa Lm 6,000
Lm 8,000 sa Lm 10,000
Lm 10,000 sa Lm 12,000
Lm 12,000 'il fuq.
Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006?
Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal
A) banek u
B) partnerships u limited liability companies?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28111.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27988 u jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe
Minn 0 sa Lm 4,500
Lm 4,500 sa Lm 6,000
Lm 8,000 sa Lm 10,000
Lm 10,000 sa Lm 12,000
Lm 12,000 'il fuq.
Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006?
Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal
A) banek u
B) partnerships u limited liability companies?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul (income) u taxxa (income tax) għas-sena 2005 mill-kategoriji msemmija kien kif muri f’tabella 1 mehmuża.
Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu għaddej bix-xogħol fuq is-sena 200t u għalhekk għalissa mhux qiegħed f’pożizzjoni li jagħti l-figuri kompleti.
Id-dħul ta’ income tax għas-snin 2006 u 2007 sas-16 ta’ Ottubru 2007 għal kategoriji msemmija huma kif murija f’tabella 2.
Noti
i) L-ammonti ta’ taxxa huma ta’ pagamenti li saru fil-lira Maltija biss.
ii) Pagamenti ta’ ‘partnerships’ jiġu allokati fuq diversi individwi li jkunu jiffurmaw il-‘partnership’.
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe
Minn 0 sa Lm 4,500
Lm 4,500 sa Lm 6,000
Lm 8,000 sa Lm 10,000
Lm 10,000 sa Lm 12,000
Lm 12,000 'il fuq.
Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006?
Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal
A) banek u
B) partnerships u limited liability companies?
Jista' l-Ministru jgħid l-Enemalta kemm xtrat steel poles, kemm transmission u kemm lighting poles u kemm ħallset għalihom sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kif xtrat u kemm ġew jiswew l-istreet lanterns kollha (70W, 150W, 250W) li nxtraw mill-Enemalta bejn 2000 sal-lum sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati recruitments ġodda għall-impjieg mal-gvern jew ma' entitajiet? Fuq liema bażi ġew approvati u taħt liema ministeru ġew jew sejrin jiġu mpjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li:-
(i) matul din is-sena ġew approvati u mtlew 364 postijiet fuq bażi indefinita u 118 pożizzjonijiet fuq bażi definita permezz ta’ sejħiet t’applikazzjonijiet esterni waqt li 740 temmew l-impieg fis-Servizz Pubbliku;
(ii) għall-istess perjodu, ġew approvati wkoll 382 pożizzjonijiet fuq bażi definita, ukoll permezz ta’ sejħiet esterni, waqt li 305 temmew l-impieg fis-Settur Pubbliku li jinkludi l-entitajiet pubbliċi; u
(iii) dan ir-reklutaġġ ġie mifrux fuq il-Ministeri kollha u seħħ skond il-ħtiġijiet tal-Ministeri partikolari.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li fis-swali f'San Vincenz de Paule Residence ma jidħlux ġrieden? Jista' jgħid meta kienet l-aħħar darba li ttieħdu l-passi neċessarji biex ġrieden fi swali qrib il-kċina jkunu eleminati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Amministrazzjoni tar-Residenza San Vincenz de Paule regolarment tieħu l-passi kollha possibbli biex tassigura li fis-swali tar-Residenza ma jidħlux ġrieden.
Dwar ġrieden qrib il-kċina, ttieħed azzjoni regolari biex issir trattament fuq il-manholes tad-drenaġġ viċin il-kċina. L-aħħar trattament li sar fuq dawn il-manholes kien ftit ġimgħat ilu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu nstallati air conditioning systems fi swali Rużar Briffa: swali 7 u 8 rġiel, swali 15, 16 St Joseph (nisa) u 13 u 14 St Joseph (nisa/rġiel)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sistemi ġodda ta' arja kundizzjonata ser jiġu installati jew qed jiġu installati f'dawn is-swali:
Rużar Briffa - Tender ġiet evalwata u mistenni li toħroġ Letter of Acceptance mid-Dipartiment tal-Kuntratti, fil-ġranet li ġejjin.
Swali 7 u 8 Irġiel - Tender qed tiġi evalwata biex tkun tista' tiġi awarded.
Swali 13, 14, 15, u 16 St. Joseph - Ix-xogħol fuq dawn is-swali jinsab fi stadju avvanzat ħafna.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26966 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27167.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlametnari 26823 billi jgħid jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26823.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħala parti minn kampanja ta’ informazzjoni dwar Sptar Mater Dei, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi pproduċiet ktejjeb dwar Sptar Mater Dei li tqassam fid-djar kollha ta’ Malta u Għawdex.
L-istampar ta’ 160,000 kopja sar għand Print It Ltd għall-prezz ta’ Lm8,850 + VAT.
Il-produzzjoni u d-disinn sar mill-aġenzija ta’ komunikazzjoni Communique Creative, għall-prezz ta’ Lm1,100 + VAT.
Spejjeż ta’ fotografija ammontaw għall-prezz ta’ Lm440 + VAT.
Id-distribuzzjoni saret mill-Maltapost għall-prezz ta’ Lm2,400 + VAT.
L-għażla tal-kumpaniji finanzjarji saret skond il-proċeduri finanzjarji tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi mpjegati fl-istaff privat tal-ministri jew segretarji parlamentari li ngħataw permess mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex ikun direttur f'xi Board of Directors jew f'xi Adjudicating Board tad-Dipartiment tal-kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-unika provvediment fil-Linji ta’ Gwida dwar Staff tas-Segretarji Privati tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari dwar il-preżenza ta’ dawn l-impjegati fuq bordijiet tal-Gvern hija li dawn ma jistgħux iservu fuq dawn il-bordjiet bi ħlas (paragrafu 3.5.2).
Peress li l-INSO hija responsabbli mill-equipment tal-Isptar Mater Dei u kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' xi equipmentieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, allura jista' l-Prim Ministru jgħid kif allura jsir l-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Procurement ta’ Equipment addizzjonali li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, jsir skond il-proċeduri u r-regolamenti finanzjarji stabbiliti għax-xiri ta’ Equipment.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26963 u jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26963.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26966 u 27097 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Il-benefiċċju u s-salarji huma kollha kif stabbiliti fir-regolamenti tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26966, 27097 u 27167 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27167