Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni mhux kontributorja — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu Pensjoni mhux Kontributorja (Pensjoni tal-Età), sad-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari huwa ta’ 4776

Pensjoni Minima Nazzjonali — pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-pensjonanti li qed igawdu mir-riforma fil-pensjonijiet fir-rigward tal-Pensjoni Minima Nazzjonali? X’inhi l-medja ta’ żieda fil-ġimgħa li bdew igawdu dawn il-pensjonanti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni tad-Diżabilità – persuni li kienu għadhom jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa tmiem l-2016, kemm hemm persuni jieħdu l-Pensjoni ta’ Diżabilità u jaħdmu, u allura mhux qed jitnaqqsilhom xejn mill-pensjoni tagħhom kif kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-aħħar tas-sena 2016, kien hemm 755 persuna li jirċievu l-Pensjoni tad-Diżabilità li kienu jaħdmu u madanakollu ma tnaqqsilhom xejn mill-pensjoni dovuta minkejja d-dħul mix-xogħol.

Ftehim ma’ pajjiżi terzi – familji — adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar matul din is-sena fir-rigward ta’ ftehim u komunikazzjoni ma’ pajjiżi terzi sabiex ngħinu lil dawk il-familji li jixtiequ jadottaw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward ta’ ftehim ma’ pajji¿i terzi sabiex jiġu mgħejuna dawk il-familji li jixtiequ jadottaw, l-Awtorita’ Ċentrali Maltija bħalissa tinsab f’diskussjonijiet maċ-Ċili u l-Polonja. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ komunikazzjoni ma’ pajji¿i terzi, dan l-aħħar bdejna b’diskussjonijiet preliminarji mal-Latvja u r-Repubblika Ċeka.

Tfal fl-Istitut — fostering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna tfal fostered ma’ familji u kemm għandna tfal fl-istituti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, fil-preżent, in-numru ta’ tfal fostered huwa ta’ 217, u n-numru ta’ tfal ġewwa djar reżidenzjali huwa ta’ 206.

Pensjoni tal-Invalidità — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità xahar b’xahar fl-2016 u kemm minnhom ingħataw din il-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità xahar b’xahar fis-sena 2016 kien jammonta għal 590, skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Minn dawn, · 340 qegħdin jitħallsu l-pensjoni msemmija; · 32 kienu approvati mill-bord mediku u qegħdin fil-proċess li tinħarġilhom il-pensjoni; · 53 għad irid jibda l-proċess tal-evalwazzjoni medika; u · 165 talba kienu irrifjutati fl-evalwazzjoni medika. Talbiet Total Jannar 50 Frar 52 Marzu 55 April 46 Mejju 56 Gunju 62 Lulju 51 Awwissu 46 Settembru 41 Ottubru 49 Novembru 46 Dicembru 36 Total 590

Children Allowances – familji li qed jibbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance sal-aħħar pagament tal-2016 u kemm kienet in-nefqa fuq din l-allowance?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, 40,315 familja u 60,725 tfal ibbenefikaw mic-Children’s Allowance, filwaqt illi n-nefqa fuq din l-allowance għall-2016 kienet ta’ € 41,829,983.

In-Work Benefit — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni sal-lum li applikaw u ġew intitolati għall-In-Work Benefit? Jista’ jgħid kemm kienet iż-żieda fuq l-2015? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li sallum applikaw u ġew intitolati għall-In Work Benefit kien ta’ 3,586, b’żieda ta’ ta’ 868 benefiċċjarji fis-sena 2016 fuq is-sena 2015. Inżid ukoll illi n-nefqa fuq dan il-benefiċċju għas-sena 2016 kienet ta’ €2,379,423.

Persuni li qed jirċievu Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali fi tmiem Diċembru 2014, 2015 u 2016? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni sabu jew instabilhom xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu pensjoni kontributorja fi tmiem Diċembru 2016 u kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li qed jieħdu l-istess pensjoni llum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li kienu jircievu pensjoni kontributorja sa tmiem Diċembru 2016 kien ta’ 84,057 filwaqt illi llum in-numru żdied għal 84,271.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każijiet investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każi ta’ abbużi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-2015 u fl-2016? Jista’ fl-istess waqt jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet f’kull sena li nstab li kien hemm tassew abbuż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, fl-2015 investiga 947 każ, li minnhom 345 kienu bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali. Fis-sena 2016 ġew investigati total ta’ 1,012-il każ, li minnhom 330 kienu bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali.
Leg 12 PQ #30918 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30557, 30437 u 29624 u jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30557 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30437 u 29624 u jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30437 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29624 u jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29624 Sitting 474 2017-01-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Leg 12 PQ #29624 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #25335 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – għoti ta servizzi ta’ natura finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, skont il-liġijiet viġenti, min hija l-entità fi ħdan l-MFSA li tapprova u tagħti liċenzji biex jingħataw servizzi ta’ natura finanzjarja minn entitajiet jew persuni privati jew pubbliċi? Jista’ jgħid xi rwol għandu l-Bord ta’ Diretturi fl-għoti ta’ dawn il-liċenzji? Jista’ jgħid skont il-liġijiet li jirregolaw l-MFSA, min hija l-entità fi ħdan l-MFSA li tagħmel superviżjoni tal-entitajiet jew persuni liċenzjati u b’liema mod din l-entità tagħti l-informazzjoni jew il-pariri tagħha lill-Bord? Il-bord superviżorju huwa indipendenti mill-boards tal-MFSA jew huwa kkontrollat mill-Bord? Kemm-il liċenzja ngħatat lill-entitajiet u persuni biex jagħtu servizzi finanzjarju bejn l-2006 u l-2016? Kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Skont l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-Awtorità Għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-entità fi ħdan l-MFSA li tapprova u tagħti liċenzji biex jingħataw servizzi ta’ natura finanzjarja hija il-Kunsill ta’ Sorveljanza. Il-Bord tal-Gvernaturi m’ghandu ebda rwol fl-għoti ta’ dawn il-liċenzji. Il-Kunsill ta’ Sorveljanza huwa wkoll l-entita’ li tagħmel superviżjoni tal-entitajiet jew persuni liċenzjati at-termini tal-artikolu fuq imsemmi. Skont l-artiklu 6 tal-istess liġi il-Bord tal-Gvernaturi għandu r-rwol li jistabilixxi l- policies li għandom jiġu esegwiti mill-Awtorità. Il-kordinazzjoni dwar l-implementazzjoni tal- policies u l-funzjonament ġenerali tal-Awtorità issir minn Kumitat ta’ Kordinazzjoni mwaqqaf skont l-artikolu 9, li jservi wkoll bħala l-punt ta’ komunikazzjoni ewlieni bejn iż-żewġ entitajiet fuq din il-materja. Għaldaqstant iż-żewġ entitajiet jeserċitaw ir-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom b’mod indipendenti minn xulxin. Bejn l-2006 u l-2016 ingħatat 2662 liċenzja. L-istatistika disponibbli dwar applikazzjonijiet mhux approvati bejn is-sena 2006 u 2009 hija limitata. Filwaqt li in-numru ta’ liċenzji approvati matul il-perjodu 2010 sa Marzu 2016 kien 1794, l-ammont ta’ applikazzjonijiet li ma ġewx approvati tul dan il-perjodu kien ilaħħaq il-fuq minn 300. Minħabba in-natura legali tal-proċess ta’ rifjut ta’ applikazzjoni, parti kbira ta’ dawn l-applikazzjonijiet twaqqfu mill-applikanti wara li nħarġitilhom ittra li ma ntlaħqux il-kriterji regolatorji meħtieġa, u kien biss f’għaxar każi l-Awtorità kellha tipproċedi bil-ħruġ ta’ ittra formali ta’ rifjut.

Malta Gaming Authority — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) għal kull settur li tirregola, sena b’sena bejn l-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Containers li għaddew minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ containers li għaddew minn Malta bejn l-2013 u l-2015, sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ containers li għaddew minn Malta bejn 2013 u 2015 kienu : 2013 - 2.75m 2014 - 2.90m 2015 - 3.06m

Computers tal-Gvern — upgrade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru upgrading ta’ computers tal-Gvern bejn l-2014 u l-2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn l-2014 u l-2015 il-MITA wetqet ‘Operating System upgrades' fuq diversi komputers tal-Gvern: · Fl 2015, twettqu 2,218 software upgrade · Fl 2016 (sa 7 ta’ Marzu 2016) twettqu 756 software upgrade Dawn l fiġuri jeskludu computer upgrades fl-iskejjel.