Legislature:
Category:
Reset
Active:

Titjib fil-kwalità tal-għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel dan il-Gvern sabiex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-għajnuna legali?

Response (BONNICI, OWEN)

Dan il-Gvern ħass il-ħtieġa li l-għajnuna legali tittejjeb u tissahhah. Għaldaqstant ġiet ikkrejata, u eventwalment stabbilita kemm bil-liġi u kif ukoll fil-prattika, aġenzija apposita sabiex independentement mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, bħala prosekutur fil-kaw¿i, u mill-Qorti, bħala l-e¿ekuttiv tal-ġustizzja, persuni eleġibbli għall-għajnuna legali jkunu jistgħu japplikaw mal-Aġenzija. L-Aġenzija qed tibda ¿¿omm database ta' kulmin japplika sabiex ikun assistit fil-kamp ċivili u fil-futur anke dawk tal-kamp kriminali. Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sabiex l-Aġenzija jkollha struttura amministrattiva sabiex taqdi l-esiġenzi tagħha u tespandi skont il-b¿onnijet tas-soċjeta` tal-ġurnata. Ħarġu wkoll vakanzi għal po¿izzjonijiet li qed jimtlew, fosthom tal-Avukat Kap tal-Għajnuna Legali u staff ieħor amministrattiv. Matul is-sena 2016 saret ħidma sabiex l-onorarja mi¿era tal-Avukati u Prokuraturi Legali tal-Għajnuna Legali, li kienet ilha ma tiġi riveduta għaxar snin, u cioe` sa mill-2007, ti¿died bit-triplu, li fil-fatt kwa¿i triplat b’effett minn Ottubru 2016. Matul is-sena, 2017, qed issir ħidma sabiex tiġi emendata l-liġi ħalli l-funzjoni amministrattiva li biha jiġu assenjati l-avukati u l-prokuraturi legali tiġi kompletament f’idejn l-Aġenzija u b’hekk il-proċess jiġi dejjem iktar simplifikat u konsegwentement iktar spedit.

Heritage Malta – dħul b’xejn fis-siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw studenti tal-primarja mill-iskema tal-Heritage Malta li toffri dħul b’xejn fis-siti storiċi tal-Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sa issa kien hemm 8,411 student tal-iskejjel primarji li applikaw sabiex jissiebħu f’din l-iskema ta’ Heritage Malta.

Informazzjoni liċ-ċittadin dwar l-ispejjeż tal-kawża tiegħu quddiem il-Qorti Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi ttieħdu sabiex iċ-ċittadin ikollu informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-kawża tiegħu quddiem il-qorti ċivili in real time?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja ħadem sabiex jintroduċi sistema li biha ċ-ċittadin ikun aġġornat dwar l-ispejjez li jkunu qed isiru fil-kawżi tal-qrati ċivili. B’kollaborazzjoni mal-MITA ħadem fuq sistema msejħa eFees li l-għan tagħha huwa li timmodernizza l-mod kif jinħaddmu t-taxxi tal-kawżi u jingħata aċċess għalihom liċ-ċittadin. Dan kien jikkonsisti billi l-ispejjeż tar-reġistru inkorsi matul l-andament tal-kawża jiġu riflessi mill-ewwel fit-taxxa tal-ispejjeż (bill of costs). B’hekk il-parti fi kwalunkwe stadju tkun infurmata dwar l-ispejjeż tar-reġistru, u d-drittijiet tal-avukati u prokuraturi legali jinħaddmu meta l-kawża tkun deċiża. Din tlestiet u bdiet titħaddem f’Diċembru 2015.

Tiswijiet ta’ strutturi perikolużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru interventi ta’ tiswija ta’ strutturi perikolużi bejn l-2008 u Marzu tal-2013, u kemm saru interventi ta’ din ix-xorta bejn April 2013 s’issa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, matul il-perjodu minn Jannar 2008 sa Marzu 2013 saru 1347 intervent ta’ tiswijiet u xogħlijiet relatati ma struttura tal-bini waqt li minn April 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2017 saru 1923 intervent tal-istess natura ta’ tiswijiet.

Għaqdiet mhux governattivi li bbenefikaw miċ-ċittadinanza b’investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm ibbenefikaw għaqdiet mhux governattivi mill-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment minn meta daħlet fis-seħħ s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 30084.

Sistemi teknoloġiċi fil-qasam tal-Ġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-sistemi teknoloġiċi li ġew introdotti minn dan il-Gvern fil-qasam tal-Ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ sistemi teknoloġiċi li ġew introdotti fil-qasam tal-Qrati tal-Ġustizzja mill-2013 sallum.

Awtorità tad-Djar – tiswijiet lill-inkwilini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità tad-Djar biex isiru tiswijiet lill-inkwilini li qegħdin f’kirjiet u li m’għandhomx mezzi biżżejjed biex isiru dawn it-tiswijiet fl-2016? Jista’ jgħid ukoll kemm gawdew familji permezz ta’ din l-għajnuna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2016, l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi tiswijiet kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib u tisbieħ fil-komun, bjut u faċċati fi blokki ta’ appartamenti u proprjetajiet oħra residenzjali mikrija mingħand il-Gvern u l-Awtorità tad-Djar. Dawn ix-xogħlijiet, li kienu mifruxa f’madwar 590 blokk jew proprjeta’ fi 43 lokalita’ differenti, laħqu spiża ta’ madwar €1.8 miljun.

Dar Papa Franġisku – klijenti — ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm imorru jieklu klijenti bejn wieħed u ieħor f’Dar Papa Franġisku li nfetħet is-sena li għaddiet? Min huma l-persuni li qed jużaw dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mit-18 ta’ Lulju 2016, jiġifieri minn meta nfetħet id-Dar Papa Franġisku, sal-aħħar ta’ Jannar 2017, in-numru ta’ kuntatti mas-servizz tal-ikel, kien ta’ 258. Dan in-numru jinkludi t-total ta’ drabi li l-klijenti kielu u mhux in-numru ta’ klijenti. Dawn il-persuni huma nies bi problemi ta’ vizji varji, nies bi problemi ta’ saħħa mentali, persuni waħedhom, u nies barranin li ġejjin mill-Afrika jew mil-Lvant.

Dar Papa Franġisku – klijenti — rqad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li jorqdu Dar Papa Franġisku b’mod regolari u x’inhu l-ammont ta’ barranin li jużaw dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ drabi li klijenti raqdu Dar Papa Franġisku mit-18 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Jannar 2017 kien ta’ 286. Minn dan in-numru, kien hemm 54 barranin li raqdu ġewwa d-dar għall-istess perjodu.

Xelter Dar Maria Dolores — klijenti

Question

B’referenza għax-Xelter Dar Maria Dolores li nfetaħ f’Diċembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qegħdin jużaw dan is-servizz u x’kienet ir-raġuni li kellhom jużaw dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mid-29 ta’ Diċembru 2016 sat-23 ta’ Frar 2017 in-numru ta’ drabi li l-klijenti ta’ Dar Maria Dolores raqdu f’din id-dar kien ta’ 22. Dawn l-individwi huma kollha vittmi ta’ droga u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Binjiet – energy efficient

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex il-binjiet il-ġodda li se jinbnew dalwaqt ikunu energy efficient?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ser jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-binjiet il-ġodda li ser jinbnew ikunu energy efficient, u dan permezz ta’ materjal adekwat u wkoll kostruzzjoni u stil, speċjalment fl-aperturi esterni u s-soqfa, li jippermettu li l-binjiet ikkonċernati ma jaħlux enerġija.

Binja Buqana — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett sabiex tiġi rranġata Binja Buqana?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol fuq Binja Buqana nbeda f’Diċembru li għadda u miexi skont il-pjan li tħejja. Sar diġa xogħol estensiv fuq it-travi fis-sotterran tat-tlett blokok u ġew investigati wkoll diversi pilastri sabiex isir magħruf x’hemm taħt il-wiċċ tal-art. Tħejjew id-disinji tal-interventi li jridu jsiru fuq il-bażijiet ta’ dawn il-pilastri kif ukoll id-disinji tal-pilastri l-oħra li jridu jiġu msaħħa. Ser jibda dalwaqt x-xogħol fuq it-terazzini tal-binja billi jinqala’ l-madum u tiġi ndirizzata l-problema fejn l-ilma qed jidħol fl-istruttura tal-binja u li qed jikkaġuna ħafna ħsara. Kif kien mistenni, skoprejna problemi ġodda li ma stajniex inkunu nafu bihom qabel iżda li kienu fil-pjan ta’ kontinġenza li ħejjejna. Ninnota bi pjaċir li r-residenti huma ferm rikonoxxenti għal fatt li l-Gvern preżenti daħal għal din il-biċċa xogħol skabruża, kkaġunata mill-irresponsabilta tal-Gvern preċedenti li ma ndirizzax nuqqasijiet kbar li kienu għaddejjin u li kienu ġew notifikati lilu diversi drabi. Riżultat tal-irresponsabilita’ tal-Gvern preċedenti, l-ispiża kollha ser tinġarr mill-Gvern preżenti minflok mill-persuni responsabbli, minħabba li l-azzjoni ma ttieħditx fil-ħin li nġibdet l-attenzjoni tal-problemi strutturali. Bi pjaċir ninforma lil din il-Kamra li hemm kollaborazzjoni sħiħa mir-residenti matul dan il-proċess li fih qed isiru x-xogħlijiet ferm bżonnjużi.

Riforma dwar il-Pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-riforma mħabbra dwar il-pensjonijiet hemmx il-ħsieb li l-istess grupp jissokta jaħdem għal aktar titjib f’dan il-qasam? Jekk iva, għandu xi pjanijiet għall-Grupp ta’ Strateġija dwar il-pensjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Grupp għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet mistenni jerġa’ jissokta x-xogħol tiegħu fit-tieni nofs ta’ din is-sena biex jibda jħejji ir-rapport strateġiku li jmiss, li skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, irid jitpoġġa fuq il-mejda ta’ din il-Kamra sal-aħħar tal-2020. Minkejja dan, il-Gvern xorta se jibqa’ mpenjat li jdaħħal miżuri ta’ fejda u titjib għall-pensjonanti kollha fil-Baġit li ġej u l-oħrajn ta’ warajh