Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Ġnien pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġnien pubbliku li kellu jsir fuq is-saqaf ta' l-appartamenti tal-proġett tal-Cottonera, fil-Birgu, għaddiex għand il-Gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-proviżjonijiet tal-kuntratt ma jippermettux li dan it-trasferiment isir qabel ma jitlesta l-proġett kollu.

Sistema tal-CVA

Question

Qabel ma ġiet introdotta s-sistema tal-CVA fil-Belt jista' l-Ministru jgħid jekk sarx feasibility study? Jekk fl-affermattiv, tista' kopja ta' dan l-istudju titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qabel ġiet introdotta s-sistema tal-CVA il-Cabinet Committee for National Projects kien qabbad team ta’ nies biex isir studju fuq l-introdużżjoni ta’ miżuri vari fil-penisola tal-Belt u l-Furjana. Il-feasibility tal-CVA kienet saret bħala parti min dan l-eżerciżżju. Kopja ta’ dan ir-rapport qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Cruiseliner Terminal

Question

B'referenza għall-proġett tal-cruiseliner terminal jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq l-power station l-qadima, l-ferry terminal building u t-triq l-ġdida għall-cruiseliner terminal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-disinn u l-istima preliminari tat-triq li tgħaqqad Triq Diċembru 13 mal-Cruiseliner Terminal huma lesti. Il-permess meħtieg mill-MEPA għall din it-triq huwa approvat ukoll. It-triq hija waħda minn diversi toroq li ser ikunu ffinanżjati minn fondi ta’ koezjoni. L-applikażżjoni għal dawn il-fondi ġiet sottomessa lill-PPCD sabiex hekk kif ikun ikkonfermat li l-abbozz huwa tajjeb, l-applikażżjoni tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea.

Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-patronaġġ tal-karozzi tal-linja għas-snin 2006 u 2007 u d-dħul għal kull sena separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-patrunaġġ bejn Ottubru ta’ l-2005 u Settembru ta’ l-2006 kien ta’ 29,817,385 passiġġier, filwaqt li bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007 l-patrunaġġ kien ta’ 31,854,025, jiġifieri kien hemm żieda ta’ 6.83% mis-sena ta’ qabel. Fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ ta’ biljetti, bejn Ottubru ta’ l-2005 u Settembru ta’ l-2006 l-ammont kien ta’ Lm6,575,271, filwaqt li bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007 id-dħul kien ta’ Lm7,035,884, jiġifieri kien hemm żieda ta’ 7.01%.

Park and Ride

Question

Fir-rigward tal-Park and Ride jista' l-Ministru jgħid: Kemm kienet in-nefqa kapitali sal-lum u kemm hemm postijiet ta' parkeġġ? Meta beda jiffunzjona? X'kienet l-occupancy rate? Kemm kienet n-nefqa rikorrenti sal-lum inkluż pagi ta' ħaddiema u s-servizz tal-minibusesseparatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n–nefqa kapitali sa llum kienet tammonta għall-Lm788,065. Fil-Park and Ride ta’ Hornworks Crownworks ditch hemm madwar 850 parkeġġ u fl-estenżjoni l-ġdida hemm madwar 250 parkeġġ. Il- Park and Ride ta’ Hornworks and Crownworks ditch beda jopera fis-sitta ta’ Novembru 2006 u l-estenżjoni bdiet topera fit-tnax ta’ Settembru 2007. L-Awtorita’ dwar it-Trasport iżżomm statistika dwar l-użu tal-minibus. L- occupancy rate tvarja skond il-ħin tal-ġurnata. Għaldaqstant matul ġurnata tipika, l-użu tas-servizz ikun ta’ 116 passiġier għal ħabta tas-0730. Dan jonqos għal massimu ta’ 102 passiġier għal ħabta tat-0830, jkompli jinżel għal 30-35 passiġġier kull nofs siegħa bejn id-0930 u l-1200. In-numru ta’ passiġieri jinżel għal 10 kull nofs siegħa bejn 1200 u 1600. Is-servizz jerġa jaqbad għal xi 1630 u jibqa għaddej b’massimu ta’ 30 passiġġier kull nofs siegħa, sa 1900. Wara 2100 l-ebda passiġier ma juża s-servizz tal-minibus. Din l-istatistika tirrapreżenta x-xahar ta’ Ġunju 2007. Fir-rigward ta’ l-infiq kurrenti, l-ispiza fuq security kienet tammonta għall-Lm28,165, filwaqt dik fuq trasport bil-minibuses kienet tammonta għall Lm97,436. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra skeda dettaljata ta’ l-ispejjeż.

Pace Grasso Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iżvilupp propost għal ground Pace Grasso?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qed jiġi preparat Environment Planning Statement (ESP). Hu mistenni li dan jitlesta fi ftit ġimgħat oħra u mbagħad jiġi sottomess għall-konsiderazzjoni tal-MEPA.

Attard — Bus Shelter

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21313 tal-25 ta' Ottubru, 2006 jista' l-Ministru jgħid kif bus shelter li l-ADT kienet kommessa li twaħħal f'Mdina Road, H'Attard, illum sena wara għadha ma twaħħlitx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li kif diġa ingħatat tweġiba f’ mistoqsija parlamentari numru 27301, dan il-bus shelter għadu ma twaħħalx minħabba li l-permess għal dan il-Bus Shelter għadu ma ġiex approvat mill-MEPA. Jien infurmat ukoll li minħabba l-fatt li l-proċess qed jieħu fit-tul, u wara li saru diversi ilmenti kemm minn individwi, kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’ Attard, l-ADT ser twaħħal Bus Shelter temporanju sabiex jinqdew ir-residenti tal-lokal.

Trasport permezz taż-żwiemel fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kenux ġew ippubblikati r-regolamenti dwar trasport permezz taż-żwiemel f'toroq arterjali? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li tħejja l-abbozz tar-regolamenti meħtieġa li dwaru qed ikunu finaliżżati l-konsultażżjonijiet mal-GWU li tirrappreżenta lis-sidien tal-karrozzini. Konsultażżjonijiet saru wkoll mal-Għaqda Avvenimenti Armar u Tiġrijiet taż-Zwiemel peress li r-regolamenti proposti jkopru mhux biss l-użu tal-karrozzini fit-triq iżda kwalunkwe vettura miġbuda minn bhima.

Bacir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-Baċir Nru. 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Consortium bi qbil mal-Gvern tefa’ applikazzjoni għand il-MEPA għal Outline Development Permit. Hekk kif dan l-istadju jkun konkluz il-Gvern jkun jista’ jmexxi il-proċess aktar il quddiem biex jikkonkludi in-negozjati.

Trasferiment ta' lukanda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-talba tal-MIDI għat-trasferiment tal-lukanda minn Tigne Point għal Manoel Island?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Master Plan il-ġdid għal Manoel Island għadu qed jiġi evalwat mill-MEPA

Xogħlijiet fuq it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali fuq toroq arterjali matul is-snin 2006 u 2007 u b'liema fondi tħallsu dawn ix-xogħlijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa kapitali fuq toroq arterjali matul is-snin 2006 u 2007 hija kif inhi hawn taħt: Summary Payments 2006 Arterial and Distributor Roads Lm 627,507.93 Italian Protocol Works Lm 3,243,769.51 EU Projects paid from Domestic Funds Lm 84,029.19 EU Projects paid from EU Funds Lm 1,539,669.57 Total 2006 Lm 5,494,976.20 Payments up to 12th October 2007 Arterial and Distributor Roads Lm 835,161.70 EU Projects Paid from Domestic Funds Lm1,344,578.30 EU Project paid from EU Funds Lm4,683,710.67 Total 2007 to date Lm6,863,450.67

Mellieħa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ġeometrija u d-disinn tat-toroq Triq Għar u Casa u Triq il-Għajn fil-Mellieħa tinbidel peress li din m'hijiex konformi ma' l-istandards u wara dawn it-toroq jiġu mogħtija wiċċ xieraq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li din it-triq hija waħda mit-toroq li qed jinbnew skond il-program ta’ toroq 2006-2008. Fil-ġimgħat li għaddew saru diversi laqgħat fuq is-sit imsemmi bejn ir-residenti, l-kuntrattur u rapprezentanti tal-ADT. F’dawn l-laqgħat ġew diskussi diversi diffikultajiet imqajma mir-residenti u saru proposti biex jitnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti ta’ dawn it-toroq.

Estenzjoni tal-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għall-estenzjoni tal-Park and Ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopoja tal-permess tal-MEPA għall-estenżjoni tal-Park and Ride.

Testijiet bil-Weigh Pads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u meta saru testijiet bil-weigh pads minn meta ġew introdotti sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li t-testijiet tal- weigh pads ġew introdotti f’ Jannar li għadda. It-testijiet li saru minn Jannar sal-lum kienu s-segwenti:- Xahar Numru ta’ testijiet Numru ta’ Citazzjonijiet maħruġa f’ dan ir-rigward Jannar’ 07 37 23 Frar’ 07 16 5 Marzu’07 34 17 April’ 07 8 1 Mejju’ 07 20 8 Ġunju’ 07 17 7 Lulju’ 07 17 6 Awissu’ 07 15 4 Settembru’ 07 8 3 Ottubru’ 07 8 2 TOTALI 180 76

Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-ADT għas-snin 2006 u 2007 mill-liċenzji tas-sewqan u mill-liċenzji tat-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nformazzjoni dwar id-dħul għas-snin 2006 u 2007 li nġabru mil-liċenzji tas-sewqan u mil-liċenzji ta-triq (informazzjoni annessa). PQ 27952 Licenzji tas-Sewqan Licenzji tat-Triq Dhul tal-Gvern Dhul ta' l-ADT Total Dhul tal-Gvern Malta Ghawdex 2006 448,977.60 77,660.00 526,637.60 11,406,463.39 731,711.54 2007 (Jan - Sett) 444,183.60 74,735.00 518,918.60 8,878,067.56 348,602.03

Rabat — Installazzjoni ta' lift

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux possibbli li jiġi nstallat lift fi Blokk A (Flats 9 - 16) Għajn Qajjiet Housing Estate, Rabat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar irriżulta li t-tromba tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant hi dejqa wisq biex takkomoda lift u żewġ meded ta’ taraġ tal-wisa’ meħtieġ skond ir-regolamenti. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ qed tikkunsidra l-possibilita’ li x- shaft tal- lift issir fuq barra.