Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett tal-Mixtla

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għal proġett tal-Mixtla f'Bormla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma narax il-bżonn li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-permessi mitluba għaliex il-permess bin-numru PA 07041/05 jista' jiġi faċilment aċċessat mis-sit elettroniku tal-MEPA.

CVA — Eżenzjoni mill-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi eżentati mill-ħlas ta' CVA fil-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tan-numru ta' vetturi eżentati mill-ħlas ta' CVA fil-Belt.

Pjazza ta' Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' tisbiħ tal-pjazza ta' Kastilja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-proġett ta’ tisbiħ fi Pjazza Kastilja hu parti mill-proġett ta' pavimentar taż-żona pedonali fil-Belt li tkopri diversi areas fosthom Pjazza San Ġorġ, it-Triq ta' quddiem il-Palazz u l-pjazza ta' Kastilja. Il-proġett hu maqsum f'diversi fażijiet. L-ewwel fażi li qed isir bħalissa tkopri Triq il-Merkanti u t-toroq ta' bejn Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika. Sussegwentament il-proġett se jkompli fil-futur sabiex iż-żona pedonali tkun kollha pavimentata.

Building regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġu fis-seħħ l-building regulations l-ġodda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minħabba li r-regolamenti tal-bini l-ġodda jolqtu diversi aspetti tal-bini u li jekk jidħlu fis-seħħ kollha f’daqqa jista’ jkollhom riperkussjonijiet mhux mixtieqa fuq l-industrija tal-bini, huwa ppjanat li dawn ir-regolamenti jiddaħħlu b’mod gradwali u mhux kollha f’daqqa.

Kumitati għar-rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-kumitati għar-rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kull sena u kull kumitat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Kumitati għar-Rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kienet kif muri hawn taħt: 2005 2006 2007 Lm Lm Lm Valletta Rehabilitation Committee 161,539 91,682 45,690 Cottonera Rehabilitation Committee 39,345 35,447 11,793 Mdina Rehabilitation Committee 19,436 17,388 2,891 Infakkar li l-policy tat-twettiq ta' proġetti fl-areas tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina inbiddlet fis-sens li dawn qed jiġu imfassla u attwata mill-Ministeru. Fost dawn il-proġetti hemm il-pavimentar ta' l-Imdina, pavimentar ta' diversi toroq fil-Belt Valletta, il-ġnien Kottonera, il-ġnien ta' Hastings u tal-Mall u diversi xogħlijiet ta' restawr eċċ.

Energy from Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bajja tax-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tisbiħ fil-bajja tax-Xemxija tlestix? Jekk fl-affermattiv x'kienet l-ispiża totali fuqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-proġett ta’ tisbiħ fil-Bajja tax-Xemxija tlesta. L-ispiża totali fuq dan il-proġett kienet tammonta għal Lm145,432.

Imtarfa Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fit-totalita' tagħhom ix-xogħlijiet kollha għal bini ta' l-Imtarfa Bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xoghlijiet fil-Bypass ta’ l-Imtarfa swew LM1,245,718.

Ħaddiema ta' l-ADT

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond l-impjieg tagħhom tan-nies kollha li jaħdmu ma' l-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-breakdown skond l-impjieg tagħhom tan-nies kollha li jaħdmu ma’ l-ADT. P ozizzjoni Direttorat Ammont Direttorat ghas-Servizzi Korporattivi (CSD) Webmaster CSD 1 Security & Liaison M CSD 1 Sytems admin CSD 1 Financial Controller CSD 1 Finance Manager - CS CSD 1 Security CSD 5 Messenger CSD 1 Administration Manager CSD 1 Administrative officer CSD 2 Asst. Principal CSD 1 Enforcement Officer CSD 1 General Hand CSD 1 IT Administrator CSD 1 Executive Officer CSD 1 Clerk CSD 1 Asst. Manager CSD 1 Driving Examiner (transferred as Security) CSD Suspended 1 Ufficcju Ezekuttiv (Executive Offic) Customer Care Officer EXEC. 7 Projects Implementat Manager EXEC. 1 Consultant EXEC. 1 Vehicle Evaluator EXEC. 1 Personal Assistant (Special Projects) EXEC. 1 Technical Inspector EXEC. 1 Technical Manager EXEC. 1 Personnel Officer EXEC. 1 Deputy Chief Executive Officer EXEC. 1 Secretary EXEC. 2 Legal Manager EXEC. 1 Executive Secretary EXEC. 1 Asst. Technical Manager EXEC. 1 Public Relations Manager EXEC. 1 Asst. Manager Customer Care EXEC. 1 Asst. Manager Human Resources EXEC. 1 Asst. Manager (Gozo) EXEC. 1 Human Resources Manager EXEC. 1 Tech Off./VRT Adm. EXEC. 1 Clerk Technical EXEC. 1 Manager (Gozo) EXEC. 1 Driver EXEC. 1 HR Officer EXEC. 1 Administration Manager Legal Unit EXEC. 1 Manager Customer Care EXEC. Seconded 1 Technical Officer EXEC./Technical Office 1 Direttorat ghall-Lincenzi u Testijiet (LTD) Administrator LTD 6 Clerk LTD 29 Senior Tradesman LTD 2 General Hand LTD 4 Messenger LTD 2 Manager LTD 4 PA to the Chairman LTD 1 Driving Examiner LTD 9 Legal Officer LTD 1 Director LTD 1 Executive Secretary LTD 1 Executive Officer LTD 1 Airport office dispa LTD 1 Senior Clerk LTD 1 Driving Examiner LTD Suspended 2 Clerk LTD Suspended 2 Direttorat ghall-Infrastruttura u Toroq (NID) Traffic Control Manager NID 1 Field Officer NID 10 Senior Clerk NID 1 Clerk NID 2 Secretary NID 2 Junior Architect NID 4 Planning & Design Manager NID 1 Asst. Manager NID 8 Quantity Surveyor NID 5 Executive Officer NID 1 Director NID 1 Manager NID 2 Operations Improvement and Maintenance Manager NID 1 Maintenance Manager NID 1 Roads Construction Manager NID 1 Architect and Civil Engineer NID 1 General Hand NID 1 Land Surveyor NID 1 Draughtsman NID 1 Senior Technical Officer NID 1 Technical/Quality Assurance NID 1 Quantity Surveyor NID Seconded 1 Draughtsman - Appren NID/ Student 3 Direttorat tat-Trasport Pubbliku (PTD) Transport Assistant PTD 51 Senior Enforcement Officer PTD 5 Enforcement Officer PTD 17 Assistant Manager - Enforcement Operations PTD 2 Secretary PTD 1 Director PTD 1 Clerk PTD 4 Operations Officer PTD 1 Operations Manager PTD 1 Administrative offic PTD 2 Supervisor Transport PTD 2 Detail Officer PTD 1 Transport Assistant PTD Seconded 3 Enforcement Officer PTD Seconded 2 MANAGER PTD Seconded (Not Paid from ADT) 1 SEN. ENFORCEMENT OFF PTD Suspended 1 Unit ghall-Imaniggjar tat-Traffiku (TMU) Administrator TMD 1 Asst. Manager TMD 1 Field Officer TMD 1 Unit Head TMD 1 Executive Secretary TMD 1 Clerk TMD 2 Senior Transport Officer TMD 1 Asst. Manager TMD Seconded 1 Direttorat ta’ l-Istrategija u Trasport (TSD) Safety Officer TSD 1 EU Manager TSD 1 Policy and Planning Manager TSD 1 Consultant TSD 1 Asst. Manager TSD 1 Administrator TSD 1

Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala t-triq l-qadima li tagħti mit-triq tar-Rabat għal fejn iċ-ċimiterju ta' l-Imtarfa li llum m'għadhiex tintuża għax it-triq ġiet redesigned ma tneħħitx kif intqal li se jsir aktar minn sena ilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hu mistenni li dan ix-xogħol jinbeda u jitlesta fil-gimgħat li ġejjin

Talba ghal leave

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista jsir f każ ta' ommijiet li jaħdmu u li jitolbu leave għal raġunijiet speċifiċi eżempju, bidu ta' sena skolastika tat-tfal, u ma jingħatawx dan il-leave minħabba li jkun hemm persuni oħrajn li jkunu talbu l-leave għall-istess ġurnata, b'mod partikolari fil-fabbriki?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond L-Ordni ta’ Standard Nazzjonali ta’ 1989 dwar Jum ta’ Mistrieh fil-Gimgha u Leave ghal Vaganza Annwali (A.L. 38 ta’ l-1989), leave bi ħlas jingħata lil ħaddiem bi ftehim mal-prinċipal. Il-prinċipal, qabel ma jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-leave bi ħlas jista jieħu in konsiderazzjoni l-operat tal-intrapriża . Għalhekk jista jkun hemm każi fejn il-prinċipal ma jkunx jista jagħti leave bi ħlas minħabba ċirkustanzi bħal per eżempju meta jkun hemm impjegati oħra li jkunu se jingħataw leave bi ħlas fl-istess ġurnata.

Viset

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 27823, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma mħallsa mill-Viset u għalxiex intużat din is-somma? Kemm ġew jiswew it-tlett xogħlijiet artistiċi li se jsiru fil-Cottonera Waterfront u liema artisti ġew ikkommissjonati għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Malta Resource Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-Malta Resource Authority fil-bdil tar-rata ta' surcharge fuq l-elettriku u dwar iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-fuel? Skond il-liġi l-MRA trid tapprova tali tibdil?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din il-mistoqsija diġa ġiet imwieġba fil-25 ta' Settembru 2007 u għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant għandu jgħamel riferenza għar-risposta ta' PQ 27201.

Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew sal-lum ix-xogħlijiet li saru fuq: il-bridge Manoel Dimech il-bypass ta' San Pawl il-Baħar it-triq ta' Hal Far?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Pagamenti li ġew iċċertifikati fuq il-proġetti msemmija mill-Onorevoli interpellant huma s-segwenti: 1. il- bridge Manoel Dimech – Lm879,243.01 (sa Interim Numru 4) 2. il- bypass ta' San Pawl il-Baħar– 2,427,412.31 (sa Interim Numru 6) 3. it-triq ta' Hal Far – Lm2,759,530.46 (Kont Finali)

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinħarġu s-sejħiet għall-iżvilupp għal Ta' Qali Crafts Village?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tender documents qegħdin għand id-Dipartiment tal-Kuntratti u mistenni jiġi ppublikat it-tender fil-gimgħat li ġejjin.

Direttiva ta' l-UE — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar trasport pubbliku ġietx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, tista' kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ogħti ta’ Kuntratti fis-Settur tat-Trasport Pubbliku għadu ma daħalx fis-seħħ. Huwa mistenni li dan ir-Regolament jiġi ippubblikat aktar tard din is-sena.