Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtarax il-materjal għall-pavimentar ta' Triq il-Merkanti, il-Belt? Jekk fl-affermattiv, mingħand min inxtara u x'inhu l-valur tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-materjal għall-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti, u toroq oħra inxtara.
Peress l-materjal tal-porfido qed jiġi pprovdut mid-ditti; Consorzio Cavatori Produttori Porfido, Albiano, Trento, Porfidi Montebarco S.r.l., Albiano, Trento, Porfido Giuseppe Odorizzi, Albiano, Trento u l-hardstone (tal-qawwi) mingħand Ditta Paolo Belluardo, Modica, l-prezz totali tal-paviment imwassal Malta tinkludi ukoll il-prezz tat-trasport kif ukoll tal-ħlas tal-VAT u peress li t-trasport isir bi trailers kif ukoll b'containers, huwa għaqli li l-valur totali ta' l-ispiża tax-xiri tiġi komputata hekk kif jitwassal il-materjal kollu Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disinn ta' pavimentar ta' Triq il-Merkanti, Valletta hux l-istess wieħed li ġie approvat bil-permess tal-MEPA? Dan il-permess jinkludi wkoll Triq Santa Luċija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-permess tal-MEPA (PA 4716/06) jkopri x-xogħol ta’ pavimentar fi Triq Merkanti u l-Pjazza quddiem San Ġwann filwaqt li x-xogħol ta’ Triq Santa Luċija hu kopert b’DN 00653/07.
Sar tibdil fid-disinn tal-margins tal-qawwi. Il-materjal li qed jintuża baqa’ l-istess jiġifieri Porfido u tal-qawwi
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-parti ta' Triq il-Merkanti li se tiġi pavimentata ( minn fejn sa fejn)? Kemm hi l-area ta' pavimentar ta' din it-triq biss?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti jibda minn Triq l-Arċisqof sa Triq Nofs in-Nhar inkluż pjazza San Ġwann.
Barraminnhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett li qed jiġi attwat bħalissa jkopri l-pavimentar ta' Triq Santa Luċija u Triq il-Melita kif ukoll it-tiswija ta' Triq Feliċ u Triq it-Teatru. Għaldaqstant il-proġett ta' pavimentar komplessivament se jkopri area ta' madwar 8,402 metri kwadri.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew jitħaddmu d-diversi areas tal-Park and Ride? Kemm ġie jiswa x-xogħol kollu sal-lum għal dan il-proġett? Kemm kienu l-vetturi li wżaw il-faċilita' tal-Park and Ride mill-bidu sal-lum kull area separatament? X'kienet l-occupancy rate bħala persentaġġ ta' kull area fuq average ta' kull xahar għal Park and Ride mill-bidu tagħha sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Park and Ride ta’ Hornworks and Crownworks ditch beda jopera fis-sitta ta’ Novembru 2006 u l-estenzjoni bdiet topera fit-tnax ta’ Settembru 2007.
In–nefqa kapitali sa llum kienet tammonta għall-Lm788,065. Aktar dettajli fuq l-ispejjez kapitali u rikorrenti ingħataw f’domanda parlamentari numru 27969.
Minħabba li s-serviżż tal-
Park and Ride
fil-Blata l-Bajda qed jiġi offrut b’xejn, ma hemm l-ebda struttura jew mekkaniżmu li tippermetti li statistika tinġabar fuq l-
occupancy rates
tal-
areas
ta’ parkeġġ. Skond osservażżjoni mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, l-
Park and Ride
ta’
Hornworks and Crownworks ditch
ikun mimli matul il-ħinijiet ta’ xogħol, jiġifieri sal-5:30 ta’ fil-għaxija fix-xitwa u sas-2:00 ta’ wara nofs in-nhar fis-sajf. Is-Sibt fil-għodu (sas-2:00pm) l-
occupancy rate
tkun bejn wieħed u ieħor ta’ 80% tat-total tal-parkeġġ eżistenti. Il-Ħadd jkun hemm madwar 10%
occupancy
. Għada ma teżiżti l-ebda informażżjoni fuq l-użu minn vetturi fl-estenżjoni l-ġdida tal-
Park and Ride
.
Fid-domanda parlamentari numru 27969, issottomettejt statistika dwar l-użu tal-minibus għax-xahar ta’ Ġunju 2007. Jekk l-Onorevoli interpellant jirrikjedi aktar dettalji f’dan ir-rigward, l-Awtorita’ dwar it-Trasport tista’ tikkompila l-istatistika għal kull xahar sa llum.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett kontra l-għargħar f'Burmarrad? Hemm xi ħjiel meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ kontra l-għargħar f’Burmarrad qiegħed fl-ewwel fażi tiegħu u hu maħsub li jkun tlesta sa l-aħħar ta’ Novembru 2007. Il-proġett għandu żewġ fażijiet oħra li għalihom għad ma nħarġux il-permessi tal-MEPA u għalhekk mhux possibbli li tingħata data ta’ tlestija.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'dak in-numru kbir ta' blokki tal-konkos li tpoġġew fil-Fortizza ta' Pembroke? Kemm ġew jiswew flus dawn il-blokki?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-blokki tal-konkos li tpoġġew temporanjament fil-Fortizza ta’ Pembroke ser jintużaw għall-bini ta’ l-ilqugħ tal-kanal għal kontra l-għargħar li ser jinbena f’Burmarrad u ċioe' fil-bini ta' watercourse li jgħaqqad mit-Triq ta' Burmarrad sas-Salini. Dawn il-precast units li ġew manifatturati mill-ħaddiema tal-Works Division, ser jiffurmaw il-ġnub (l-embarkments) tal-watercourse propost li ser ikun twil madwar 1,575 metru. L-ispiża tal-manifattura ta' dawn il-blokki hija ta Lm283,871.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea approvatx in-nefqa għat-toroq hekk kif proġettata mill-gvern mill-fondi ta' koeżjoni 2007 - 2013?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li iva, l-Unjoni Ewropea approvat in-nefqa għat-Toroq li se jiġu finanżjati taħt il-Fond ta' Koezjoni. Din in-nefqa hija elenkata fil-'Operational Programme 1' li ġie approvata minn Kummissjoni Ewropea f'Ġunju. In-nefqa approvata tammonta għall 169,0387,258.82 ewros li minnhom 143,682,520 ewros se jiġu ko-finanzjati mill-Kommunita Ewropea. Din is-somma se tiġi ddedikata biex itejjbu t-toroq illi jaqgħu taħt is-'Trans European Transport Network', magħrufa aħjar bħala t-Ten-T network. Għal-aktar informażżjoni rreferi għal-paġni 122 u 188 tal-'Operational Programme One', ppubblikat minn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-magazine "On Site" li ġew ippublikati matul is-sena 2007? X'inhu n-numru ta' magazines ipprintjati f'kull ħarġa u x'inhuma l-ispejjeż involuti għal printing u pustaġġ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul l-2007 ħarġu 3 edizzjonijiet tal-magazine On-site, kif imesemmi hawn taħt:-
Numru 22
Stampati: 14000 kopja
Spiża: Lm 1,754,55
Posta: Lm 355.21
Numru 23
Stampati: 12000 kopja
Spiża: Lm 1,573.95
Posta: Lm 278.92
Numru 24
Stampati: 14000 kopja
Spiża: Lm 1,754,55
Posta: Lm 294.49
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-magazines.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-bilanċ ta' flus li għad fadallu jiġbor il-Gvern għad-disposal ta' l-iskart?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru baqa' responsabbli mill-ġbir ta' dawn il-flus sa l-2004. Il-bilanċ ta’ flus li baqa’ jinġabar għad-disposal ta’ l-iskart sas-sena 2004 huwa ta’ Lm 127,005.47 fejn;
- Lm 80,396.28 huma dovuti mill-Koperattiva Ndafa Pubblika li kienet ġiet xolta. Din il-problema qegħdha f’idejn il-likwidatur appuntat mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Koperattivi kif ipubblikat fil-Gazetta tal-Gvern tad-29 ta’ Marzu, 2006
- Dwar il-kumplament, Lm 46,609.19 dovuti minn kumpaniji u individwi qegħdin jittieħdu proċeduri legali sabiex dawn jinġabru.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali għas-snin 2005 u 2006 tal-Malta Resource Authority u tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapporti Annwali għas-snin 2005 u 2006 ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) u tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC).
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-bini tat-torri ta' l-arloġġ fil-Birgu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li kien ħareġ il-permess ta’ l-outline development mill-MEPA għar-rikostruzzjoni mill-ġdid tat-Torri ta’ l-Arloġġ fil-Birgu (PA838/05). Din is-sena ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida għar-rikostruzzjoni ta’ l-Arloġġ full development (PA 3601/07).
Sadanittant qabel ma jinbena t-torri u jsir il-pavimentar tal-pjazza, l-Ministeru għadu qed jistenna konferma bil-miktub mill-Kunsill Lokali li fil-pjazza mhux ser ikun hemm aktar parkeġġ kif maqbul mal-Kunsill. Din id-deċiżjoni għandha tirrifletti referendum li kellu jsir fil-lokalita' tal-Birgu sabiex id-deċiżjoni tittieħed favur l-għażla tar-residenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jitħallas l-operatur tas-CVA kull xahar għas-servizz li qiegħed jipprovdi? Jista' jgħid x'persentaġġ ta' flus hu dovut li jiġbor mid-dħul ta' kull xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-operatur tas-CVA jista’ jitħallas sa massimu ta’ Lm808,336 (inkl. VAT) fis-sena. Dan l-ammont jitħallas fix-xahar, skond kemm l-operatur ikun ġabar flus li għalihom ikunu ħarġu l-kontijiet:
65% fil-15 ta’ kull xahar
25% meta’ l-operatur tas-CVA jkun ġabar mill-inqas 85% ta’ l-ammont dovut
10% meta’ l-operatur tas-CVA jkun ġabar mill-inqas 95% ta’ l-ammont dovut
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' proġetti mwettqa mill-kumitati ta' rijabilitazzjoni matul is-snin 2006, 2007, inkluż l-ispiża fuq kull proġett?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar li l-policy tat-twettiq ta' proġetti fl-areas tal-Belt Valletta u l-Floriana, Il-Kottonera u l-Imdina inbiddlet fis-sens li dawn qed jiġu imfassla u attwata mill-Ministeru. Fost dawn il-Proġetti hemm il-pavimentar ta' l-Imdina, il-pavimentar ta' diversi toroq fil-Belt Valletta, il-Barrakka ta' Fuq, l-ġnien Kottonera, il-ġnien ta' Ħastings u tal-Mall u diversi xogħlijiet ta' restawr eċċ.
Il-lista ta' proġetti mitluba mill-Onorevoli Interpellant ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21634, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal it-tħammil tal-bottleneck li hemm fis-Sokkors tas-Salini?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li t-tħammil tal-bottleneck li hemm fis-Sokkors tas-Salini għadu fl-istadju tal-permessi tal-MEPA. L-applikazzjoni għal permess tal-MEPA għal dawn ix-xogħlijiet qegħda f’istadju ta’ konsultazzjoni ma’ partijiet interessati f’din iż-żona. Fil-fatt il-MEPA irċeviet oġġezzjonijiet fosthom mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u mill-ADT.
B'riferenza għax-xogħlijiet tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid:
i) jekk inbnewx xi ġibjuni bħala parti mix-xogħol u jekk fl-affermattiv x'inhi l-capacity tagħhom?
ii) kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ġibjuni li nbnew bħala parti mix-xogħol imsemmi hawn fuq huma:
· Erba Mwieżeb roundabout – Ġibjun -Volum 112m3
· Erba Mwieżeb ma’ Triq Burmarrad – Ġiebja (Sump) Volum 91m3
· Xemxija roundabout (ta’ Fuq) – Ġibjun - Volum 274m3
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, il-pagamenti li ġew iċċertifikati fuq dan il-proġett huma ta’ Lm2,427,412.31 (sa Interim Numru 6)
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27801, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-fabbriki li ġew rilokati minn Ricasoli, inkluż taż-żewġ kumpanniji li ma ġewx rilokati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-fabbriki li ġew rilokati minn Ricasoli huma dawn:
1. F.X. Enterprises Co Ltd
2. Windmill Aluminium Co. Ltd.
3. Melita Power Diesel Ltd.
4. Ellul (Holdings) Ltd.
5. Highland Enterprises Ltd.
6. Macpherson Med. Ltd.
7. Skat Limited
8. Sargent & Best Limited
9. General Gas Limited
10. CGL Oil Blenders Limited
11. The House of Detergents Ltd
12. Allchem Limited
13. SM (Cables) Limited
14. Blye Engineering Co Ltd
15. AJD Tuna Limited
16. Medistone Limited
Filwaqt li dawn il-fabbriki ma nħassitx il-ħtiega li jiġu rilokati:
1. Paper Malta Limited
2. Packprint Limited
Jista' l-Ministru jgħid x'fadal isir fil-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-Bieb ta' Santa Liena, Bormla? Meta hu maħsub li se jitlestew x-xogħlijiet kollha?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li għad fadal xi jsiru fuq il-proġett ta’ rijabilitazzjoni tal-Bieb ta’ Santa Liena, Bormla jinkludu t-tqegħid ta’ l-art ta’ l-injam u xi bollards quddiem ir-rampi. Dawn ix-xogħlijiet għandhom jiġu konklużi sa l-aħħar ta’ din is-sena.