Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' l-extension tal-main tad-drenaġġ li saru f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, inkluż il-lokalita' fejn sar ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27951 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27957 ċioe': B'referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru mill-MIDI fuq Manoel Island jista' l-Ministru jgħid ix-xogħlijiet li saru s'issa u x'kellu attwalment isir s'issa skond il-kuntratt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond il-kuntratt u skeda ta’ xogħolijiet – l-ewwel fażi ta’ restawr kellu jkun lest (5) ħames snin mill-ħruġ tal-permess mill-MEPA. Dan seħħ fl-2003. Għalhekk dawn ix-xogħolijiet għandhom jkunu lesti sal-2008. Tista’ ssir estensjoni ta’ dan il-perjodu minħabba il-fatt li l-RMYC tħallew jokkupaw il-parti tal-fortiżża sakemm jinstab sit alternattiv.
Xogħolijiet li saru sa issa jinkludu;
Interventi ta’ emergenża fil-Fortiżża Manoel 2001
Restawr tal-pont tal-ħadid
Restawr tal-Polverista’, Blokok A,B,C,D fuq il-fortiżża Manoel
Il-kappella ta’ Sant’ Antnin
Il-Casemates
Il-Fortifkażżjonijiet (Swar)
Dawn ix-xogħolijiet msemmija huma kompleti jew fi stadju avanzat ta’ xogħol. Saru xogħolijiet estensivi fuq il-bini li ser jinkorpora l-Uffiċini tal-MIDI. Sar xogħol ukoll fuq iċ-ċentru ta’ distribużżjoni li ġie trasferit lil Enemalta. Il-MEPA qed tipproċessa l-applikażżjoni fuq il-Lazzarett.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il-gradi tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta’ l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il-grad tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista (inkluż il-valur) tal-makkinarju tqil li nxtara mid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-lista nkluż in-nefqa fuq makkinarju tqil li nxtara mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, matul l-2006 u l-2007 hija kif tidher hawn taħt:
2006
Makkinarju
Valur
(Lm)
Tipping Truck with crane
23,800.00
Refuse Disposal Truck
4,990.00
Forklifter (3 ton)
9,440.00
Dumper
10,995.00
Dumper
10,996.00
TOTAL
60,221.00
2007
Makkinarju
Valur
(Lm)
Water Bowser
11,682.00
Road Sweeping Machine
10,030.00
Forklifter (2 ton)
4,975.00
2 Road Sweepers
24,680.00
Mini dumper
1,600.00
Van flat bed
9,350.00
TOTAL
62,317.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-kumitati tar-riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 kull kumitat separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-fondi li ngħataw separatament lill-Kumitati tar-Riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 hu kif qed jidher hawn taħt:
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera
Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina
2006
143,500.00
95,000.00
11,500.00
2007
40,000.00
5,000.00
5,000.00
Fil-lokalitajiet li jinsabu taħt il-kappa ta’ dawn it-tlett kumitati, jiġifieri CRP – Kottonera kollha, MRP – Mdina u VRP – Valletta u Furjana ġew investiti madwar Lm 417,341 fl-2006 u Lm 119,905 fl-2007 kif muri hawn taħt:-
2006
2007
Lm
Lm
Hastings Gardens
90,929
Hastings Gardens2,846
Mdina Paving
201,800
Mdina Paving6,455
Mixtla ta’ Bormla
121,725
Mixtla ta’ Bormla84,773
St. Helen’s Gate
2,887
Mall - Furjana25,831
Total
417,341
Total 119,905
Dan l-investiment kien imsarraf fil-proġetti ta’ restawr, rijabilitazzjoni u tisbiħ.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' restawr sar fuq is-swar matul l-2006 u 2007? X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, saru xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ Santa Barbara l-Belt, Westreme Battery il-Mellieħa u s-Swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss. Ix-xogħlijiet saru kollha mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u huwa stmat illi komplessivament ġew investiti madwar Lm70,000.
Matul is-sena 2007 tkomplew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ Santa Barbara l-Belt, u s-swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss. Dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u s’issa ntefqu madwar Lm50,000. Saru wkoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-mina ta’ Sant’Anna ta’ l-Isla u s-Sur ta’ San Ġakbu l-Birgu. Dawn ix-xogħlijiet li saru bid-direct labour huma stmati li swew Lm3,500.
Matul is-snin 2006 u 2007, saru xogħlijiet biex jiġu dokumentati s-Swar tal-Couvre Porte u tal-Kavallier u Bastjun ta’ San Ġwann fil-Birgu, kif ukoll il-Kavallier ta’ San Ġwann, is-Swar ta’ Sant’ Andrija u ta’ San Mikiel fil-Belt bi preparazzjoni għal tenders għal xogħlijiet fuq dawn is-siti. Dawn l-istudji saru mill-ħaddiema tal-Photogrammetry Section fi ħdan it-Taqsima tar-Restawr.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' mill-barranin f'dawn l-aħħar tnax-il xahar u x'kien il-valur tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Proprjetà Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) kien ta’ 473 bejn it-30 ta’ Settembru 2006 u 30 ta’ Settembru 2007.
Il-valur globali tal-proprjetà kien ta’ Lm44,246,852.
Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27798, 27528 u 27914 cioe': Peress li l-Prim Ministru ħabbar li l-bini tal-hanger ġdid għall-kumpanija Lufthansa Teknik hu joint venture bejn il-gvern u l-kumpanija, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ispejjeż tal-bini li se jitħallas mill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Malta Enterprise torbot lill-istess Malta Enterprise milli tagħti l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' recreational area u żvilupp ieħor li kellu jsir fi Triq il-Ponsjetta, H'Attard?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-għaqdiet li għamlu użu mill-kumpless sportiv tal-Kottonera matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm kien id-dħul tal-kumpless matul dan il-perijodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għaqdiet li uzaw il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera matul dawn l-aħħar tnax-il xahar:
National
Association of Arms Collectors & Target Shooters
Malta Badminton association
Malta Judo Federation
Malta Netball Association
Malta Volleyball Association
Malta Weightlifting Federation
Traditional Karate Federation of Malta
Clubs
Aerobic Classes
Foreign Netball Teams
Kick Boxing Club
Tigne' Judo Nursery
Education
Education Division - Skolasajf
Various Schools as well as Primary/Secondary, Government/Private/Church
Non Sport
Care Malta Institution
Komunita' Tiġi Saltnatek
Neo Katekomunali
Richmond Foundation
Various Canine Shows
Il-Kumpless kien jintuza wkoll għall-programmi sportivi tal-KMS:
Active Youngsters
Girls on the Move
Skolasport
Summer on the Move
Informat li l-ammont tad-dħul mill-Kumpless kien ta' Lm 44,529.24.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27954 u jgħid x'inhu n-numru ta' number plates personalizzati maħruġa mill-ADT sal-lum u kemm kien id-dħul minnhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta ħarġet 756 number plate personaliżżati .
L-ammont ta’ flus miġbura mill-ADT huwa ta’ Lm 142, 630.00.*
*Nixtieq ninfurma lil-Onor Interpellant illi l-ADT għamlet offerta promożżjonali lil Importaturi tal-karozzi ġodda u dawk użati fejn ġew offruti li jixtru 50 jew 60 plate għal prezz ta’ Lm 5,000.00 jew Lm6,000.00 rispettivament basta l-ħlas jkun bil-quddiem.
B’din il-promożżjoni l-bejgħ ta’ pjanċi personaliżżati żdid.
Dawn il-pjanċi jistgħu jintużaw biss għal- karozzi ġodda jew dawk impurtati minn barra minn Malta u qegħdin jiġu rreġistrati Malta għall-ewwel darba.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-ADT tispezzjona ir-road humps u plateuskollha li hemm fit-toroq biex taċċerta li dawn saru bil-permessi meħtieġa u huma skond l-istandards peress li wħud minnhom tant huma għoljin li tista' ssir ħsara fil-vetturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-approvażżjonijiet li jinħargu mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku għal ‘road humps’ jew ‘plateaux’ jinħargu bid-daqsijiet li għandhom jinbnew tali ‘humps’. Hija responsabbilta’ ta’ kull kunsill li jara li jimplimenta ‘road humps’ skond il-kriteria maħruga mit-taqsima.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol ta' trinek li qiegħed isir fi Triq Birbal, Hal Balzan jitlesta bla dewmien għax din hi triq traffikuża ħafna u l-ilma tax-xita li jgħaddi minnha qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti minħabba li t-trinka għadha miftuħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed issir fuq it-trinek tal-WSC fi Triq Birbal waslu fl-aħħar fażijiet. Dawn qed jiġu testjati mill-istess WSC u kif jiġi ċertifikat li kollox sar sew, ix-xogħol ikun jista jitlesta.