B'referenza għas-sejħa għal expression of interest sabiex isir xogħol ta' titjib fil-mini, jista' l-Ministru jgħid min irrisponda għal din is-sejħa? X'passi se jittieħdu issa wara li għalqet is-sejħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li dawn is-sitta irrispondew għas-sejħa:
1. Nexos Lighting
2. KDM Group of Companies
3. Koptasin
4. Complete Technical Services Co. Ltd.
5. Consortium – JRD Systems Ltd / Bitmac Services Ltd / Road Servicing Ltd.
6. Aplan Ltd.
Bħal issa l-ADT qed taħdem fuq l-ispecifications sabiex tkun tista' tinħareg sejħa għall-offerti għall-istallazzjoni ta' sistema ġdida ta' dawl fil-min Ta' Ġiorni, San Ġiljan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rrappurtati inċidenti tat-traffiku matul it-tnax-il xahar li għaddew, kull xahar separtament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Ottubru tas-sena 2006 sa l-aħħar ta' Settembru tas-sena 2007, l-inċidenti tat-traffiku investigati mill-Pulizija, kienu kif jidher hawn taħt:-
Xahar
Malta
Għawdex
Ottubru 06
396
14
Novembru 06
380
17
Diċembru 06
442
14
Jannar 07
368
11
Frar 07
368
14
Marzu 07
384
16
April 07
375
15
Mejju 07
417
10
Ġunju 07
445
19
Lulju 07
485
22
Awissu 07
464
25
Settembru 07
368
10
Total
4892
187
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni li tirrigwardja inċidenti tat-traffiku li ġew irrappurtati lill-Gwardjani Lokali għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega d-dettalji tal-ftehim li ntqal li ntlaħaq mal-kumpanija Cenmed għat-toroq f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa? Jekk il-ftehim ġie ffirmat jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
S’issa il-ftehim formali għadu ma sarx. Il Ministeru għandu commitment minn għand ic-Cenmed li din lesta tonora l-obbligu tagħha, konfermat mill-qorti li din il-kumpanija tagħmel ix-xogħolijiet f’dawk it-toroq li qatt ma saru f’Santa Marija Estate.
L-ADT għamlet stima ta’ dawn ix-xogħolijiet li telgħat aktar minn dak li kien stabbilixxa l-Perit tal-Qorti, iġifieri LM 400,000. Ic-Cenmed intrabtet li hija kienet lesta tgħolli l-kontribużżjoni tagħha għal LM 450,000 u tgħaddi l-flus lill-Gvern sabiex l-ADT tqabbad kuntratturi hi direttament wara li l–Kabinett approva din il-linja t’ażżjoni. Mbeda survey tas-sistema tad-dranaġġ sabiex ikun żgurat l- estent kollu tax-xogħol li hu meħtieġ. Din is-survey tlestit f’dawn il-ġranet u hu mistenni li l-ftehim ikun formaliżżat u x-xogħol fuq it-toroq jinbeda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' barklora liċenzjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa hemm 18-il barklor li huma liċenzjati jekk kemm il-darba l-Onor. Membru bil-kelma barklora qed jirreferi għad-dgħajjes tal-pass.
Jista' l-Ministru jeżamina l-kundizzjoni tal-public convenience li hemm f'Howard Gardens, l-Imdina peress li qiegħed ikun hemm ilmenti kontinwi min-nies li jużawha li jkun fiha ħsarat sikwit? Jista' jara li din il-public convenience li tintuża ħafna peress li hi biswit il-bieb ta' l-Imdina tingħata supplies biżżejjed peress li sikwit ma jservux?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kundizzjoni tal-public convenience li hemm f' Howard Gardens l-Imdina hija relattivament tajba. Din ġiet mibnija mill-ġdid riċentament flimkien mal-proġett ta' tisbieħ tal-ġnien imsemmi. Il-ħsarat illi jkun hemm f'din il-latrina jiġu indirizzati mill-ewwel mid-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-indafa. Dwar supplies dawn jingħataw dejjem skond il-ħtieġa.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 27966, jista' l-Ministru jgħid jekk il-forward projections li kienu saru fir-rapport ta' l-2004 ġew riveduti peress li l-iskema ta' CVA tapplika biss għal Belt (mhux inkluża l-Floriana)? Jekk fl-affermattiv, jista' l-ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-financial feasibility rivedut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-evalważżjoni finanżjarja li qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra fuq l-ewwel talba ta’ l-Onor. Interpellant kien fiha l-elementi kollha li ppermettiet it-tbassir ta’ l-impatt finanżjarju ekwivalenti tad-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern wara l-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27970 u jgħid liema huma t-toroq arterjali li ġew upgraded matul is-sena 2006 u 2007 u x'kienet in-nefqa tax-xogħlijiet?
Jista' l-Ministru jgħid tlestiex il-feasibility study dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija? Jekk fl-affermattiv x'inhu propost li jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-‘feasibility study’ dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija tlesta.
Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan biex jiġi nstallat impjant żgħir (stand alone) għat-trattament tad-drenaġġ fil-Baħrija stess. Dan juża teknoloġija magħrufa bħal “Ceramic Membrane Technology”.
Jista' l-Ministru jara li tiġi ddisinnjata l-junction fi Triq in-Nutar Zarb, quddiem iċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard, peress li l-karozzi li jaqsmu din it-triq tant traffikuża joħolqu periklu kbir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Toroq qed jeżamina il-proċedura ta' din il-junction sabiex ikun jista' jiddisinja alternattiva aħjar għal din il-problema.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista' ta' subways taħt it-toroq kif ukoll pedestrian overpasses li hawn f'Malta? Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dawn l-istrutturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista ta' subways taħt it-toroq kif ukoll pedestrian overpasses li hawn f'Malta.
Ninsab infurmat li l-manutenżjoni ta' dawn l-istrutturi taqa' fir-responsabbilta' ta' l-ADT.
B'riferenza għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-WSC jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz attwali għal kull unit prodott? Kemm jiġi jqum kull unit ta' l-ilma lill-WSC meta jitwassal għand il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-polishing plant f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid:
i) kemm ġie jqum dan l-impjant u meta beda jitħaddem
ii) kemm ipproduċa ilma sal-lum
iii)kemm hi l-ispiża tal-produzzjoni għal kull metru kubu?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ispiża ta’ l-Impjant imsemmi, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari nru 16196.
Ninsab infurmat li l-impjant beda jaħdem nhar is 7 ta' Lulju 2004 u l-volum totali ta' l-ilma proċessat sal-25 t'Ottubru 2007 kien 1,308,309 metri cubi.
L-ispiża biex kien proċessat l-ilma hi 10.7c kull metru kubu. Din ma tinkludix l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ilma mill-boreholes.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, il-Mellieħa u l-Kalkara? Meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol fuq dawn l-impjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.