Legislature:
Category:
Reset
Active:

Promozzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28042 jista' l-Ministru jgħid x'promozzjonijiet ingħataw fil-Water Service Corporation inkluż s-sezzjoni tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2007 ingħataw 277 promozzjonijiet fil-Water Services Corporation inkluż fis-sezzjoni tad-Drenaġġ kif jidher fuq it tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28043 u jagħti l-lista ta' proġetti ta' tisbiħ li twettqu matul is-snin 2006 u 2007 inkluż l-infiq fuq kull proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ proġetti ta’ tisbieħ li twettqu matul is-snin 2006 u 2007, inkluż in-nefqa fuq kull proġett hi kif tidher hawn taħt:- PROĠETT NEFQA L-Imdina 705,359 Il-Mixtla ta’ Bormla 393,033 Il-Pjazza Transfigurazzjoni, Ħal Lija 34,945 Il-Ġnien ta’ Hastings 179,194 Għar id-Dud, Sliema 193,833 Il-Mall, Furjana 128,122 Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex 73,189 Iz-Zuntier u madwar il-Knisja ta’ Birżebbuġa 142,055 Iz-Zuntier tal-Knisja taż-Żurrieq 44,285 Iz-Zuntier tal-Knisja ta’ San Ġwann 26,449 Iz-Zuntier tal-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi 50,798 Iz-Zuntier tal-Knisja ta’ Ħaż- Żabbar 15,110 Xemxija mixja panoramika 84,555 Wied Babu mixja panoramika (l/o Żurrieq) 474,402

Sliema — Tower Road

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28074 u jikkonferma li skond l-applikazzjoni li saret lill-MEPA mill-ADT (PA 5324/07) t-triq li tagħti minn Għar id-Dud għal Ferries bilfors irid jgħaddi minn Qui Si Sana għax Tower Road fil-parti bejn Triq Bizazza u l-Pjazzetta se ssir one way?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellatnt li l-interpretazzjoni tiegħu tal-pjanti fl-applikkazzjoni msemmija hija korretta. Ma danakollu għada trid tittieħed deċiżjoni finali fuq jekk Triq Bisazza ssirx pedonali.

Membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28018 u jagħti l-lista ta' membri fuq bordijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra peress li ċertu kumitati għadhom ma ġewx ippublikati fil-gazzetta tal-Gvern.

Energy from Waste

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28023 u jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Energy from Waste hija inkluża fl-Energy Policy u fir-Renewable Energy Policy ta’ Malta. Dawn id-dokumenti qegħdin fuq il-website tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. L-Energy Policy tirreferi għall-Working Group on Waste to Energy. Dan il-grupp jirraporta lill-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u Ambjent li l-Onor Interpellant jista’ jirreferi d-domanda lilu. Kopja ta’ din il-policy qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Royal Malta Yacht Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-issue tas-sit għal Royal Malta Yacht Club fuq Manoel Island ġietx riżolta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-issue ta’ sit fejn hemm Royal Malta Yacht Club illum ġiet riżolta. Dan is-sit sejjer jgħaddi għand il-MIDI, u r- Royal Malta Yacht Club sejjer jiġi allokat sit fuq żona oħra f’Manoel Island. L-agreements qegħdin jiġu iffinalizzati f’dawn il-ġimgħat.

Pont Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28028 u jgħid x'persentaġġ ta' xogħol fuq il-bridge ta' Manuel Dimech hu stmat li tlesta sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li huwa stmat illi madwar ħamsin fil-mija (50%) tax-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech Bridge huma kompluti.

Proġett ta' flood relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' flood relief Qormi-Marsa tlestiex kollu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-proġett kif ippreparat mit-Taqsima tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru hu lest ħlief għal-bridge li qed jaqsam Aldo Moro u cioe' li jgħaqqad il-kanal li ġej minn Triq Manwel Dimech sa ħdejn il-Marsa Sports Club. Din il-parti ser tiġi integrata fi tfassil ta' toroq u junctions ġodda li qed isiru mill-ADT. Sadanitant, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed isir storm water Masterplan for the Maltese Islands li għandu jindirizza proposti kif dan jiġi inkorporat fis-sistema kollha tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita inkluż re-use ta' run-off water tal-gżejjer Maltin.

Gzira — Gharghar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'soluzzjoni se tiġi mplimentata għal għargħar fil-Gżira li jirriżulta minn Wied Għollieqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li diġa tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 24184 u 28324

Forti Tigne — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr fil-Forti Tigne mill-MIDI? Meta hu proġettat li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr tal-ġebel fuq Forti Tignè hu 60% komplut. Minbarra xogħol ta’ restawr hemm xogħolijiet oħra għaddejjin fuq il-Forti bħal aperturi, pavimentar, xogħol ta’ ħadid u njam u landscaping.

Ċentru tal-Konferenzi

Question

B'referenza għall-proġett ta' Ċentru tal-Konferenzi f'Ta' Qali jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għall-offerti? F'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-MEPA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet huma temporanjament weqfin sakemm il-MEPA tipproċessa l-outline application li saret fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru.

Project Development and Cordination Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw il-Project Development and Coordination Unit? Meta twaqqaf dan il-unit?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan il-Unit ġie mwaqqaf fl-1 ta’ Diċembru 2006. Il-Membri ta’ dan il-Unit huma: Kap tal-Unit Policy Development Manager Project Architect Project Manager Project Co-ordinator Draughtsman Administrative Secretary

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'każ ta' ġenituri pensjonanti u li t-tfal tagħhom jattendu l-MCAST u jirrepetu l-klassi dawn it-tfal jibqgħu jingħataw l-istipendju biex ma jkunux ta' piż fuq il-familja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Avviz Legali dwar l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jagħmilha ċara li studenti li qed jirrepetu l-istess sena jew li ma jkunux qed jirreġistgraw progress fl-istudji tagħhom, titwaqqfilhom l-għotja ta’ manteniment sakemm jerġgħu jibdew jagħmlu progress. Dan jgħodd għall-istudenti kollha li jieħdu stipendju u mhux biss għal dawk ta’ l-MCAST. B'dankollu tajjeb li l-individwu konċernat jikteb direttament lili b'tagħrif dwar iċ-ċirkostanzi tal-familja bl-iskop li nara hemmx xi għajnuna li tista' tiġi konsidrata.

Sliema Wanderers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27972 u jgħid meta se jingħata lura l-ground lill-Sliema Wanderers liema ground kellu jinbena mill-MIDI? Meta suppost ingħata lura skond il-kuntratt mill-MIDI?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Kuntratt jistipula li l-ground għandu jkun sostanżjalment komplut fi żmien mid-data tal-ħrug tal-permess relevanti mill-MEPA 6.10.2008. L-Onorevoli Nterpellant huwa nfurmat ukoll illi huwa mistenni illi l-ground ser jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2009.

Viset

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 27823, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27987 u jgħid kemm kienet is-somma mħallsa mill-Viset u għalxiex intużat din is-somma? Kemm ġew jiswew it-tlett xogħlijiet artistiċi li se jsiru fil-Cottonera Waterfront u liema artisti ġew ikkommissjonati għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-VISET ma kelliex obbligu fil-kuntratt mal-Gvern sabiex tikkontribwixxi għal xogħolijiet artistiċi. Huwa il-kas fil-kuntratt mal-konsorzja fil-Kottonera li fil-proġett ikun hemm allokażjoni fuq xogħolijiet artistiċi. B’dan il-għan u skond dan l-obbligu il-proġett ta’ xogolijiet artistiċi fuq il-moll tal-Kottonera li jagħmel parti mill-proġett kollu ta’ tisbih kien jinkludi kompetiżjoni u ġew mgħazula tlett biċċiet. Dawn jinkludu: Gabriel Caruana - Astratt LM 6,000 Anton Grech Argos LM 10,000 Charles Sammut Sails and Dolphins LM 3,408.28 Il-prezzijiet ikkwotati ma jinkludux VAT, xogħol ta’ stallażżjoni, dwal, bażijiet u kif ukoll il-plakek.

Power station

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlemantari 27907 jista' l-Ministru jirrispondi l-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-power station u l-ferry terminal building?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-ex power station li tlesta jikkonsisti fir-restawr tal-faċċati kif ukoll spazji oħrajn fuq ġewwa għal użu ta’ l-operazzjonijiet ta’ baggage handling, sorting u screening. Hemm ukoll l’għassa tal-pulizija u il-‘quarters’ tal-Pilots tal-port fil-parti li illum magħrufa bħala ‘Magazino’. L-aħħar xogħolijiet kienu il-bini mill-ġdid tal-Pinto terminal minn ġewwa u is-sala ġdida għal użu tal-passiġġieri tal-ferry.

Konferenza dwar t-trasport urban

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-procedings tal-konferenza dwar trasport urban sostenibbli li kienet saret f'April ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-proceedings tal-konferenza dwar trasport urban sostenibbli li kienet saret f’April ta’ din is-sena.

Park And Ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni ta' l-offerti għal provvista' ta' servizzi ta' sigurta' u mini buses għal Park and Ride, liema offerta nħarġet f'Awissu ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma nħargux sejħiet għall-offerti għal servizzi ta’ sigurta’ u minibuses għal-Park and Ride f’Awissu ta’ din is-sena. L-Awtorita’ dwar it-Trasport għada kif għaddiet id-dokument tat-tender għall-servizzi ta’ trasport fil-Park and Ride lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan għandu jiġi ppublikat fil-jiem li ġejjin. It-tender għal servizzi ta’ sigurta’ u management għadu qed jiġi kkompilat mill-Awtorita’ dwar it-Trasport. Dan ser jiġi ppublikat fix-xhur li ġejjin.