Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28578 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28618 u jgħid jekk il-masterplan għall-Belt huwiex lest? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Master Plan għal Belt Valletta ser ikun finallizzat għal Jannar 2008
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28681 u jgħid jekk hemmx xi relazzjoni bejn l-inspectors tal-PTA u l-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-unika relażżjoni bejn l-inspectors ta’ l-ADT u l-PTA hija li t-tnejn jagħmlu xogħol ta’ infurzar fuq xogħol skedat tax-xarabanks. L-inspectors tal-PTA huma impjegati mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku filwaqt li it-Transport Assistants huma impjegati mill-Awtorità dwar it-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur tad-dipartiment, li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, hux intitolat għall-użu tal-karozza bix-xufier jew mixtrija għalih? F'dan il-każ din il-policy qegħda tiġi osservata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li d-Direttur tad-Dipartiment li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, huwa ntitolat bħal kull Direttur ieħor ta’ Dipartment tal-Gvern, għal karozza fully expensed għall-użu personali tiegħu. Waqt il-qadi ta’ dmirijiet uffiċjali, d-Direttur jista jagħmel użu minn karozza li tkun misjuqa minn xufier. Din hi policy li minn dejjem kienet titħaddem fid-Dipartimenti li jiffurmaw id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u dik tas-Servizzi.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28343 u jgħid x'se jsir mill-pont tal-Mistra li hu fi stat perikoluż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Adt qed isegwi il-ħsarat fl-imsemmi pont sabiex jistabillixxi l-aħjar mod kif dawn għandhom jkunu rranġati. Sa issa ma hemmx periklu imminenti għat-traġitt tat-traffiku fuq dan il-pont.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28331 u jgħid x'inhu t-tul ta' main renewals, mains ġodda u servizzi ġodda ta' l-ilma li ngħataw f'dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Ottubru 2006 sa Settembru 2007 sar dan ix-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma f' Malta u Għawdex:
Mains renewals: 47,507m
Mains ġodda: 5,427m
Servizzi ġodda: 4,687m
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati ħsarat tal-bus ticketing machines kemm dawk fuq il-vetturi kif ukoll dawk li hemm fil-Belt, tas-Sliema u Buġibba, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kull xahar separatament?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28327 u jgħid f'liema stadju waslu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, il-Mellieħa u l-Kalkara? Meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol fuq dawn l-impjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-impjant tad-drenaġġ f'Għawdex ser jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2007.
L-impjant tad-drenaġġ tal-Mellieħa qiegħed fi stat avvanzat, ma dan kollu, wara nuqqas mill-fornitur Taljan li jibgħat t-tagħmir kollu li huwa neċessarju sabiex jitħaddem dan l-impjant, qed isiru negozjati biex tiġi stabbilita d-data tat-tlestija.
Fejn jirrigwarda l-impjant ippjanat fin-Nofsinhar ta' Malta, bħalissa qegħda issir l-evalwazzjoni tat-tender, wara sejħa għall-offerti ippublikata għal dan l-istess impjant.
B'riferenza għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-WSC jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28291 u jgħid x'inhu l-prezz attwali għal kull unit prodott? Kemm jiġi jqum kull unit ta' l-ilma lill-WSC meta jitwassal għand il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28333 u jgħid x'inhu t-tul ta' l-extension tal-main tad-drenaġġ li saru f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, inkluż il-lokalita' fejn sar ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28354 u jgħid x'sar mil-laboratory equipment li kellu d-dipartiment tat-toroq? Il-laboratorju fi ħdan in-Network Infrustructure Directorate qiegħed jitħaddem?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li parti minn dan it-tagħmir qed jintuża mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta biex permezz tiegħu jsiru field tests. Qed isiru diskussjonijiet bejn l-ADT u l-Università ta’ Malta biex din tibda tagħmel użu wkoll minn dan it-tagħmir biex tipprovdi faċilitajiet ta’ ttestjar addizzjonali lill-Awtorità filwaqt li fl-istess hin
titħarreġ lill-istudenti fil-proċeduri ta’ ittestjar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-MEPA għal xogħol ta' upgradingtal-pjazza ta' Kastilja, l-Belt? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' din l-applikazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ma saret l-ebda applikazzjoni lill-MEPA għal-xogħol ta' upgrading tal-pjazza ta' Kastilja l-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid x'pjanijiet għandu l-gvern għar-restawr tal-Victoria Lines?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni m'għandix fil-preżent pjanijiet għar-Restawr tal-Victoria Lines. Pero' il-konsolidament, ir-restawr u r-rijabilitazzjoni ta' dawn il-fortifikazzjonijiet ser ikunu inklużi gradwalment fil-programm ta' xogħlijiet għall-ħames snin li ġejjin.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27951 u 28116 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informażżjoni mitluba relatata man-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007 (sa Ġunju) skond il-katagoriji tal-vetturi.