Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29136 u jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri fi ħdan il-ministeru u awtoritajiet li jaqgħtu taħtu? Minn min huma mikrija dawn il-karozzi u x'inhi r-rata tal-ħlas għal kull ġurnata? Kemm ilhom li ngħataw dawn il-kuntratti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista ta' karozzi tal-kiri.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk x-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-kuntratturi privati? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu taqa' il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena? Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu taqa' il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).

Sptar Mater Dei — Security

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' security fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27848.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 u 27581 u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt il-proposta lill-Awtorità dwar it-Transport għal konsiderazzjoni tagħha.

Ħlas ta' taxxa żejda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29122.

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li ilhom isiru risk assesments tal-premises tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru sa mill-2001. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' numru ta' assesments li saru.
Leg 10 PQ #29222 Sitting 601 2007-12-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Liġi tal-health and safety

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tagħha skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex sar risk assessment skond kif titlob il-ligi tal-health and safety, taht kull dipartiment. Kopji taghhom ser jitpoggew fuq il-mejda tal-Kamra fil-jiem li gejjin.

Liġi tal-health and safety

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tagħha skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti indikati fl-istess Tabelli.

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar tlett snin nżammu aktar minn risk assesment wieħed. Ir-risk assesments li nżammu kienu kollha interni li fuq dawn ir-rapporti saru x-xogħolijiet neċessarji inklużi strutturali biex titjieb s-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol.
Leg 10 PQ #29216 Sitting 600 2007-12-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sar risk assessment fil-bini tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, tad-Dipartiment tat-Turiżmu, ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu, ta’ Heritage Malta u ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi kif ukoll fil-workshop tas-sezzjoni tal-beach cleaning, filwaqt li ma sarx mill-Kunsill Malti għal Kultura u l-Arti, it-Teatru Manoel, iċ-Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu, l-Orkestra Nazzjonali u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Ninsab infurmat ukoll illi fir-rigward ta’ Heritage Malta dan sar ukoll fid-diversi siti li għalihom hija responsabbli din l-aġenzija eskluża d-Diviżjoni tal-Konservazzjoni fejn ir- risk assessment wasal fi stadju avanzat. Peress li dawn ir- risk assessments huma fil-biċċa l-kbira tagħhom voluminużi ma naħsibx illi jkun prattiku li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Iżda jekk ikun neċessarju ma jkolli l-ebda problema nissottomettihom lill-Onor. interpellant.

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2006 u l-2007 saru żewġ risk assessments fil-bini tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Qed inpoġġi kopja ta' dawn ir-risk assessments fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Impjegati fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet xahar b'xahar matul dawn l-aħħar tlett snin inkluż il-grad li ngħata kemm jekk hu post kif ukoll position fis-servizz pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 29121.

Ħlas ta' bolla lura

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija 29020 u jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament u li hi armla tingħata lura l-ħlas tal-bolla għax din mhux suppost li tħallset?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Proġett nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29024 b'referenza għall-proġett nazzjonali kontra l-għargħar li ġie preżentat lil UE għal talba għal fondi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi s'issa l-Unjoni Ewropea qed tikkofinanzja l-istorm water Master Plan. Pero' dan l-istudju ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Dan l-istudju ser jintuża fil-proġett nazzjonali kontra l-għargħar li ġie ppreżentat lill-Unjoni Ewropea għal talba għall-fondi.