Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29219 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li, fid-Dipartimenti u dekasteru tal-Izvilupp Urban u t-Toroq, risk assessments skond kif titlob il-liġi tal-health and safety, l-aħħar li saru kien fil-perjodu Marzu/April tas-sena 2005.
Dawn kienu:
1. fid-Dipartime
nt tas-Serviżżi Korporattivi, li dak iż-żmien kien fil-Binja ta’ l-Edukażżjoni, il-Furjana;
2. fis-Segretarjat tal-Ministru u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-bini
House of the Four Winds
, il-Belt;
3. fid-Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fi Blokk 7, it-2ni sular, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Membru li minn dak iż-żmien, id-Direttorat tas-Serviżżi Korporattivi sar jissejjah id-Direttorat tas-Servizzi ta’ Sapport u Management Finanzjarju, u li dan id-Di
rettorat mexa mill-Binja ta’ l-Edukazzjoni għat-3et u r-4ba’ sular ta’ Nru. 54, Transcontinental House, Triq Zaccaria, il-Belt Valletta, u li
risk assessment
għal dan il-post għadu jrid isir.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-
risk assessments
li saru.”
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 29220 u jgħid jekk sarx risk assessmentfid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29214 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru r-risk assessments neċessarji fid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru. Ir-risk assessment fil-Ministeru nnifsu għad irid isir.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29218 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul l-2007 saru diversi risk assessments f'siti taħt il-kontroll tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Dawn ir-risk assessments saru ġewwa l-Għammieri, il-Mixtla ta’ San Vinċenz de Paule, fil-ġonna privati ta’ San Anton, Tumbrell Reservoir limiti tax-Xgħajra - Ħaż Żabbar, San Anard limiti ta' Ħaż Żabbar, Bidni Reservoir lmitit ta' Ħaż Żabbar, Ħabel l-Abjad Reservoir limiti taż-Żejtun, Tas-Silġ Reservoir limiti taż-Żejtun u l-Pitkali f'Ta' Qali. B'konsegwenza ta' dan qegħdin jittieħdu passi ħalli fejn hemm il-ħtieġa jkunu rranġati u mtejba l-kundizzjonijiet li fihom jaħdmu l-ħaddiema.
Il-kumpanija WasteServ Malta Limited ippreparat risk assessments għall-faċilitajiet kollha li topera, anke dawk li fihom jaħdmu anqas minn 10 impjegati, eż. ċentri għal skart goff (civic amenity sites) fejn jaħdmu massimu ta’ tliet ħaddiema. Il-faċilitajiet / postijiet li għalihom risk assessments huma disponibbli huma dawn li ġejjin:
- Uffiċini
- Ċentri għal skart goff fil-Magħtab, l-Imrieħel u Ħal Far
-
Temporary Sorting and Storage Facility
, Marsa
- Għallis
non-hazardous waste landfill
- Ta’ Żwejra
non-hazardous waste landfill
-
Thermal Treatment Facility,
Marsa
Il-proġetti fl-impjant ta’ Sant'Antnin u l-miżbla l-qadima tal-Magħtab qed isiru minn kuntratturi u l-impjegati tal-WasteServ mhux involuti fix-xogħlijiet. Għalhekk, ir-risk assessments saru mill-kuntratturi rispettivi.
Fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sar Risk Assessment f'żewġ dipartimenti fil-Corporate Services Directorate, i.e. is-Support Services Section u l-Land Survey Unit. Huwa ppjanat li l-eżerċizzju jkompli fid-dipartimenti u d-Direttorati kollha ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-lanċa tal-pilot fil-Port l-Kbir kenitx bil-ħsara bil-konsegwenza li l-vapuri kellhom jidħlu l-Freeport biex jiġbru l-pilot li mbagħad idaħħalhom fil-Port il-Kbir? Ma jaħsibx li din toħloq inkonvenjent u spejjeż bla bżonn lis-sidien tal-vapuri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-lanċa li l-kuntrattur tal-Belt kien qed jopera ġiet fil-fatt irtirata mis-servizz temporanjament bejn is-6 u l-11 ta’ Dicembru sabiex isirulha tiswijiet urġenti. Matul dawn il-jiem il-bastimenti kienu mitluba jimbarkaw il-pilota minn Marsaxlokk.
Ngħarraf ukoll lill-Onor Membru li l-ftiehim konkluż mal-Piloti Marittimi f’Diċembru li għadda, jipprovdi għas-servizzi tal-laneċ tal-pilota, mill-istess piloti marittimi, fil-portijiet Maltin. Dan għandu jżid l-effiċjenza peress li issa ser ikun hemm erba’ laneċ tal-pilota joperaw fiż-żewġ portijiet. Dan apparti l-investiment li ser isir mill-piloti marittimi sabiex jinxtraw żewġ laneċ ġodda.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li wara li qegħda tiġi resurfaced Triq Birbal, Hal Balzan isiru traffic lights fil-junction bejn Triq Birbal u Pjazza Wesgħa Guże Aquilina?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala s-senior konslu qiegħed jagħmilha diffiċli sabiex l-argentiera jdaħħlu x-xogħol tagħhom għand il-konslu bħal ma kien isir qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-Att dwar il-Ħaddiema id-Deheb u Ħaddiema il-Fidda (Kapitolu 46) dawk l-arġentiera kollha li qabel kienu jieħdu x-xogħol għand il-konslu setgħu jkomplu jagħmlu dan basta jsir tiġdid tar-reġistrazzjoni tagħhom mal-konslu. Kull talba għal dan it-tiġdid ġiet approvata minnufih. Arġentiera ġodda jeħtieġilhom joqgħdu għall-interview qabel ma jingħataw permess li jieħdu x-xogħol għand il-Konslu. F’dan il-każ ukoll l-ebda persuna ma ġiet irrifjutata permess. Jekk imbagħad l-arġentier jixtieq japprfoitta mill-faċilitajiet ġodda li joffri l-Att u jinbolla hu stess id-deheb li jaħdem jeħtieġ li jkollu ċertifikat ta’ taħriġ fis-sengħa. Dan fl-interess ta’ l-arġentier stess u tal-konsumatur.
Ma jirriżultax li l-konslu anzjan għamilha diffiċli biex jingħataw il-permessi ndikati anzi kien dejjem pront li jgħin lill-applikanti kollha dejjem kif hu fid-dmir skond ta’ l-esiġenzi ta’ l-Att.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid
x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu,
kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar
kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' talbiet li saru lill-Awtorita' tad-Djar għall-installazzjoni ta' lift fi blokki ta' appartamenti tal-gvern u li sal-lum
i) ġew installati
ii) ġew rifjutati
iii) għad iridu jiġu approvati mill-Awtorita'
iv) għad iridu jiġu approvati mill-MEPA
v) ġew approvati mill-MEPA iżda ma sarx ix-xogħol fuqhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li għamlu l-eżami ta' l-iskrivani mal-gvern li sar dan l-aħħar? Kemm minnhom għaddew mill-ewwel parti? Meta se ssir it-tieni parti ta' l-eżami? X'inhu n-numru ta' skrivani li l-gvern beħsiebu jingaġġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kandidati li għamlu l-eżami għal Skrivan mal-Gvern kien ta’ 970.
Minn dawn il-kandidati, 344 għaddew mill-eżami.
Ir-riżultat ta’ l-eżami ġie ppubblikat fis-26 ta’ Novembru 2007.
Il-ħatriet jingħataw skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' fornitura ta' ikel lill-istaff ta' Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29124 u jara li tiżdied is-sigurta' madwar l-iskola tal-kindergarten tal-gvern fil-Mosta peress li mhux l-ewwel darba li kien hemm xi inċident ikkaġunat mill-vetturi li jgħaddu minn dawn l-inħawi waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-isptar San Luqa qabel ma sar it-trasferiment għall-isptar Mater Dei
fis-sezzjoni tal-kċina
fis-sezzjoni tas-security
fis-sezzjoni tal-maintenance nkluż inġinera?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema fl-Isptar San Luqa qabel ma sar it-trasferiment għall-Isptar Mater Dei fis-sezzjonijiet tal-kċina, security u maintenance inkluż enġiniera kien kif jidher hawn taħt:
Kċina
40
Security
60
Technical staff
inkluż Enġiniera
174
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28578, 28766, 28939, 29012 u 29123 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-dħul ta l-Enemalta mid-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena finanzjarja 2005/6, skond l-accounts mhux awditjati, huwa stimat li kien ta' Euro 206 miljun. Dan id-dħul ma jinkludiex sussidji tal-gvern u dħul ieħor anċillari li daħħlet il-Korporazzjoni. Jekk wieħed jikkunsidra d-dħul totali għal Enemalta inkluż sussidji u dħul anċillari ieħor, dan jiżdied b'Euro 51.9 miljun oħra għal Euro 257.6 miljun.
L-ispiża totali għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena finanzjarja 2005/6, skond l-accounts mhux awditjati, hija stimata li laħqet Euro 264.6 miljun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-inspections saru fil-ħwienet tad-deheb mill-ispetturi tal-konslu mill-1 ta' April 2004 sal-lum? Kemm inġabar xogħol minn dawn l-inspections? X'verifiki qegħdin isiru fuq il-kwalita' tad-deheb li jiġi mpurtat f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ April 2004 sas-17 ta’ Diċembru 2007, il-konslu għamel mija u tmienja u erbgħin (148) spezzjoni fil-ħwienet tad-deheb u nġabru sittin (60) oġġett tad-deheb u l-fidda. Dan minkejja li l-perijodu bejn l-1 ta’ April 2004 u l-ewwel ta’ April 2006 kien stipulat bħala perijodu ta’ transizzjoni li fih id-deheb imbullat skond l-ordinanza preċedenti għall-Att kienu għadu legali.
F’dawn l-ispezzjonijiet oġġetti maħduma lokalment kif ukoll impurtati jiġu eżaminati bir-reqqa filwaqt li l-oġġetti miġbura għall-verifika u assaġġ jinkludu kemm oġġetti ta’ manifattura lokali u kemm oġġetti mpurtati.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29020 u 29199 u jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament u li hi armla tingħata lura l-ħlas tal-bolla għax din mhux suppost li tħallset?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-talba għall-ħlas saret fis-27 ta' Novembru, 2007 u qed tiġi kkonsidrata.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29211 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29212 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartimenti li fihom sar risk assessment huwa kif indikat hawn taħt - fil-każi l-oħra, għalkemm jien infurmat li ma kienx hemm ilmenti f'dan ir-rigward, tali assessments se jsiru fil-futur qarib.
F'dan l-istadju ma nħossx li kopja ta' l-assessments li saru s'issa għandhom jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Permanent Secretariat (House of Catalunya)
Land Registry / Public Registry / Passport Office / Probation Services
Citizenship & Expatriates
Civil Protection
Government Property Division (Auberge de Baviere)
Local Government
Courts of Justice Division
Office of the Attorney General.