Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Security

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29491 u jikkonferma jekk ix-xogħol ta' security fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29492 u jikkonferma jekk il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena? Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Maintenance

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29493 u jgħid jekk x-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-kuntratturi privati? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera l-Park and Ride fil-Floriana? Kemm hu stmat li użawh vetturi sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29542, qiegħed nerġa’ nagħti l-informazzjoni mitluba fejn qed tingħata kjarifika dwar il-patrunaġġ tal-Park and Ride. Ninsab infurmat illi kif inhu imsemmi fir-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari numru 21207, 27969 u 28067 il-Park and Ride fi Crown Works/Horn Works Ditch bdiet topera fis-6 ta’ Novembru, 2006 u l-estensjoni bdiet topera fit-12 ta’ Settembru, 2007. L-Awtorita’ Dwar it-Trasport izzomm biss estimi tal-patrunaġġ tax-shuttle bus. L-estimi tal-patrunaġġ sal-lum huma: Xahar Estimi tal-Patrunaġġ (medja kuljum) Novembru 2006 1020 Dicembru 2006 2736 Jannar 2007 1574 Frar 2007 1674 Marzu 2007 1589 April 2007 1504 Mejju 2007 1437 Gunju 2007 1263 Lulju 2007 1255 Awwissu 2007 1352 Settembru 2007 1336 Ottubru 2007 1148 Novembru 2007 1251 Dicembru 2007 1514

Ħal Balzan — Triq Birbal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29488 u ċioe' jikkonsidra li wara li qegħda tiġi resurfaced Triq Birbal, Hal Balzan isiru traffic lights fil-junction bejn Triq Birbal u Pjazza Wesgħa Guże Aquilina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar it-Trasport eżaminat din il-proposta w mhux rakkommandat li jkunu installati traffic lights fil-post li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari għax minħabba l-konfigurażżjoni tat-triq, ma hemmx post fejn tkun implimentata holding lane għall vetturi li jduru lejn il-lemin. Għaldaqstant il-post ta’ l-STOP tkun trid tiġi mressqa lura aktar mill-istandards sabiex vetturi kbar jkunu jistgħu jimmanuvraw. Dan bir-riżultat li vetturi li jkunu fuq l-STOP ma jkollhomx visibilita’ ta’ vetturi oħra fuq il-lemin u x-xellug . Iżda, t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku hija infurmata li l-kunsilli ta’ Hal Balzan, Hal-Lija u ta’ Hat-Attard qed jagħmlu studju konprensiv sabiex iħejju proposti konkreti ta’ mmaniġġjar tat-traffiku fit-tlett lokalijiet bl-iskop li titnieda skema holistika w sostenibbli għall-inħawi.

Sptar Mater Dei — Twaqqiegħ ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u ċioe': B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Manwel Dimech Bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tarmac li ngħata fuq id-deck tal-Bridge Manwel Dimech ġiex ittestjat? Jekk fl-affermativ, dan għadda mit-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Impjieg fix-xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li sabiex persuna tidħol taħdem ix-xatt jeħtieġ li tattendi l-MCAST?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Mater Dei — Fornitura ta' ikel

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29311 u jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pembroke — Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Park and Ride f'Pembroke bediex jintuża? Jekk fl-affermattiv, kemm hu stmat li użawh vetturi? Din il-faċilita' hi koperta bil-permess tal-MEPA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l- Park and Ride f’Pembroke beda jintuża temporanjament waqt iż-żminijiet tal-festi, bejn l-14 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar. Kien hemm madwar 1,200 vettura li għamlu użu mill- parking area . Ingħata permess minn għand id-Dipartiment tal-Artijiet filwaqt li ma kienx hemm bzonn permess tal-MEPA.

Kopja tal-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tac-CEO ta' l-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-kuntratt tal-Kap Ezekuttiv tal-ADT ġie ffirmat fil-31 ta’ Awissu 2007. Dan il-kuntratt li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2007 huwa għal perjodu definit ta’ tlett snin li jagħlqu fl-14 ta’ Ottubru 2010. Din il-kariga iġġor magħha salarju ta’ Lm22,000 fis-sena, car allowance ta’ Lm10 kuljum u fuel, użu ta’ telephone u mobile, rifużjoni tal-health insurance premium, u life insurance li tinkludi wkoll il-mara. Barra minn hekk hemm performance bonus li jvarja bejn 0% u 15%. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq jara kopja tal-kuntratt, nista’ nagħmel dan privatament.

Liġi tal-Health and Safety

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29211 u 29287 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Security

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' security fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena? Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk x-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-kuntratturi privati? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Park and Ride

Question

No question text.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi kif inhu imsemmi fir-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari numru 21207, 27969 u 28067 il-Park and Ride fi Crown Works/Horn Works Ditch bdiet topera fis-6 ta’ Novembru, 2006 u l-estensjoni bdiet topera fit-12 ta’ Settembru, 2007. L-Awtorita’ Dwar it-Trasport izzomm biss estimi tal-patrunaġġ tax-shuttle bus. L-estimi tal-patrunaġġ sal-lum huma: Xahar Estimi tal-Patrunaġġ Novembru 2006 1020 Dicembru 2006 2736 Jannar 2007 1574 Frar 2007 1674 Marzu 2007 1589 April 2007 1504 Mejju 2007 1437 Gunju 2007 1263 Lulju 2007 1255 Awwissu 2007 1352 Settembru 2007 1336 Ottubru 2007 1148 Novembru 2007 1251 Dicembru 2007 1514