Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjant tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett għal bini tat-trattament tad-drenaġġ fin-naħa t'isfel ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Tender għal bini ta' l-impjant għat-trattamnet tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta' Malta qegħda fi stat avvanzat ta' evalwazzjoni.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol tal-bini ta' l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bini ta’ l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa huwa fi stat avvanzat bil-bini strutturali lest.

Wied il-Għajn — Rikostruzzjoni tal-Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol fuq ir-rikostruzzjoni tal-bypass ta' Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa t-tender tar-rikostruzzjoni tal-bypass ta' Wied il-Għajn qed ikun aġġudikat. Ix-xogħol huwa maħsub li jibda lejn il-bidu tal-2009.

San Pawl il-Baħar — Xogħol fuq il-Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li għandu x'jaqsam miegħu l-ADT hu ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta' Settembru iżda persess illi "support work" tat-triq mhix responsabbilta tal-ADT f'dan l-istadju ma tistax tingħata data meta tinfetaħ it-triq.
Leg 11 PQ #107 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta beda jopera l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienet l-istima tax-xogħlijiet? Kemm fil-fatt ġie jiswa dan l-impjant? X'kien il-volum ta' ilma li ġie ttrattat sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Sptar Mater Dei — Xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29668.

Sptar Mater Dei — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29301 ċioe: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29668.

Sptar Mater Dei — Fornitura ta' ikel

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29311 u jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29664.

Sptar Mater Dei — Ikel lill-istaff

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29313 u jgħid jekk is-servizz ta' fornitura ta' ikel lill-istaff ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-fornitura tal-ikel għal l-Istaff fl-Isptar Mater Dei ingħata lil privat. Il-Kuntratt ġie mogħti lil Quality Catering and Retail Services. Preżentament l-Istima tan-nefqa fuq dan il-kuntratt għal din is-sena tammonta għal ċirca €694,000 (sitt mija u erbgħa u disgħin elf ewro).

Sptar Mater Dei — Twaqqigħ ta' bini

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29667.

Sptar Mater Dei — Twaqqiegħ ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u ċioe': B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29303.

Persuni li jieħdu ħsieb lill-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħlas li jsir lil dawk il-persuni li jieħdu ħsieb xi persuna anzjana fil-familja tingħatax kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sew il-Pensjoni tal-Wens kif ukoll l-Għajnuna tal-Wens, li jitħallsu taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali lil persuni li jieħdu ħsieb anzjani fil-familja, huma pagabbli kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel.

Consortium ELC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema tal-Gvern sekondati mal-Consortium ELC humiex se jingħataw l-għażla li jmorru b'mod permanenti mill-Consortium jew jibqgħu mal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-ftehim li kien għamel il-Gvern ma’ l-Unions dwar il-ħaddiema tal-Gvern li ġew sekondati mal-Consortium ELC, ma jipprovdix għal possibbiltà illi dawn il-ħaddiema jieħdu mpjieg permanenti ma’ l-imsemmi Consortium.

Sptar Mater Dei — Fornitura ta' ikel

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29311 u 29606 u jgħid jekk il-kuntratt għall-fornitura ta' ikel lill-pazjenti ta' l-Isptar Mater Dei ingħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u x'inhu stmat li hu l-valur ta' dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-fornitura ta’ l-ikel lill-pazjenti fl-isptar Mater Dei ingħata lil privat. Il-Kuntratt ġie mogħti lil Malta Healthcare Caterers Limited, James Caterers Ltd u Sea Bank Catering Co Ltd. Preżentament l-Istima tan-nefqa fuq dan il-kuntratt għal din is-sena tammonta għal ċirca €2,306,000 (Żewġ miljuni, tlett mija u sitt elef ewro).

Manuel Dimech Bridge

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29603 u jgħid jekk it-tarmac li ngħata fuq id-deck tal-Bridge Manwel Dimech ġiex ittestjat? Jekk fl-affermativ, dan għadda mit-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi il-Quality Assurance Team tal-kuntrattur issotomettew lis-supervisor ir-riżultati tas-samples li ttieħdu waqt it-tqegħid tal-asphalt. Skond is-supervisor, minn dawn ir-riżultati jidher illi l-materjal huwa konformi mal-mix design hekk kif speċifikata. Riżultati oħrajn huma mistennija li jkunu sottomessi hekk kif jittieħdu l-cores minn ġos-saff ta’ asphalt mqiegħed. Minn barra hekk, ikun hemm testijiet oħrajn fl-aħħar tax-xogħlijiet biex ikun assigurat illi l-performance criteria skond il-kuntratt ġew milħuqa.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 29303 u 29598 u cioe': B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-volum ta’ materjal li ġie skavat għall-proġett mill-bidu tal-Kuntratt (Design and Build Contract) kien jammonta għat-total ta’ 224,151 metri kubi. Dan l-iskavar qam Lm920,818 liema somma tinkludi l-VAT. Ix-xogħolijiet ta’ twaqqiegħ ta’ bini li kien diġà sar iżda kellu jiġi mwaqqa’ minħabba bdil fil-pjanti u disinn in ġenerali minn Frar 2000 meta ġie iffirmat il-Kuntratt (Design and Build Contract) sewa’ Lm1,525,595 eskluża l-VAT.

Sptar Mater Dei — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29301 u 29545 u cioe: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħolijiet imsemmija qamu kif hu deskritt fit-tabella hawn taħt: - Concrete and block work including internal roads – Lm13,112,000 - Waterproofing to roofs and roads – Lm751,000 - Electricity installation package – Lm24,642,000 - Mechanical Installation (Air conditioning, hot/cold water, drainage & sanitary fittings) – Lm35,687,000 - Floor tiles (Ceramic & Terazzo flooring) – Lm668,000 - Wall tiles (Ceramic) – Lm150,000 - Plastering and painting – Lm1,965,000 - Aluminium apertures & partitions internal and external – Lm2,607,000 - Marble floors and walls – Lm174,000 - Medical Equipment Contract – Euro 66,096,167 li jinkludu €2,203,814.30 IT Hardware - Furniture – Euro 9,345,104 - IT €18,187,279 li jinkludi €2,203,814.30, IT Hardware li nxtara taħt il-kuntratt tal-Medical Equipment. Dawn l-ammonti ma jinkludux il-VAT.

Bdil ta' saqaf

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi rranġat s-saqaf ta' appartament li qiegħed fi stat strutturali perikoluż, li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.