Jista' l-Ministru jara li jinbidel il-paviment fuq in-naħa tax-xellug tal-Katidral tal-Imdina għax dan kollu mfarrak u jagħti impressjoni mill-aktar ħażina lill-mijiet ta' eluf ta' turisti li jiġu f'dan il-post tant popolari?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xogħol ta’ pavimentar imsemmi mill- Onor. Interpellant huwa proġett li l-Uffiċċju għar-Riabilitazzjoni tal-Mdina qed jippjana għas-sena ddieħla. Dan ix-xogħol se jsir wara li jitlesta r-restawr tas-swar li hemm taħt il-Katidral minħabba l-fatt li dan il-pavimentar qed jintuża bħala aċċess għal min qed jagħmel dan ix-xogħol ta’ restawr.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema tal-Cleansing Services Department li għamlu xogħol fil-Belt barra l-ħin normali tagħhom (xogħol ta' bini) bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2012, sal-lum għandhom ma tħallsux għal xogħolhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li d-Direttorat għat-Tindif fil-perjodu imsemmi bejn l- 1 ta’ Lulju u il- 31 ta’ Diċembru 2012 kien il-kuntrattur responsabbli mit-tindif taċ-ċentru kummerċjali u ż-żona residenzjali tal-Belt Valletta. Il-ħaddiema assenjati f’din il-lokalita’ wettqu xogħol wara l-ħin normali tagħhom. Il-ħlasijiet pendenti għal dawn ix-xogħlijiet (kemm dak dovut mill-Kuntratt kif ukoll extras) iridu jitħallsu mill-Kunsill Lokali Valletta. Dawn jammontaw għal € 45,357. Il-proċedura hija li l-ħaddiema jitħallsu għax-xogħol dovut, meta l-Kunsill Lokali Valletta jgħaddi l-pagament dovut lid-Direttorat. Sal-lum dan għadu ma twettaqx. Wara li diversi tentattivi sabiex jinġabru l-flus dovuti mingħand il-Kunsill Lokali fallew, dan il-każ ġie mgħoddi lit-Taqsima Legali fi ħdan il-Ministeru sabiex jibdew proċeduri legali kontra l-istess Kunsill Lokali. Il-Proċeduri Legali għadhom għaddejjin. Madankollu id-Dipartiment qed jara li jingħata il-ħlas dovut lill-ħaddiema fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4456 u jagħti update dwar liema areas iddaħlu fl-iskema tal-bini permezz tar-rationalisation exercise li sar fl-2007 sal-lum ġew approvati mill-Ministeru? B'liema zoning ġew approvati u meta ġew approvati? X'sar mill-area l-oħra sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata sa l-1 ta' Ottubru 2013, bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mwaqqaf il-warranting board tal-periti peress li hemm diversi gradwati li qegġdin jistennew li jagħmlu l-eżami tal-warrant ħalli jkunu jistgħu jibdew jipprattikaw ta' periti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdin fil-proċess li jitressaq l-ewwel qari fil-Parlament. Wara li tiġi eżawrita id-diskussjoni fuq l-emenda, immedjatament wara jiġi mwaqqaf il-Warranting Board.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar li għandhom:
a) pannelli fotovoltajiċi; u
b) solar water heaters?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 5936 (ħamest elef, disa' mija, sitta u tletin) familja li stallaw pannelli fotovoltajiċi, filwaqt li 7925 (sebat elef, disa' mija, ħamsa u għoxrin) familja stallaw is-solar water heaters.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux skemi ta' għajnuna għal min jistalla insulators jew double glazing fid-djar u jekk fl-affermattiv, x'inhu take up ta' kull skema separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-13 ta' Mejju 2013, ġiet imnieda skema ta' għajnuna għal roof insulation u double glazing. In-numru ta' familji li ngħataw grant kien ta' 131 (mija, wieħed u tletin) u 68 (tmienja u sittin) rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jagħti update dwar liema areas iddaħlu fl-iskema tal-bini permezz tar-rationalisation exercise li sar fl-2007 sal-lum ġew approvati mill-Ministeru? B'liema zoning ġew approvati u meta ġew approvati? X'sar mill-area l-oħra sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir il-parti t'isfel ta' Triq Batu ġewwa Ħaż-Żebbuġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta’ Transport Malta, instab li l-manutenzjoni ta’ din it-triq taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-distanza massima li jistgħu jiġu spazzjati l-arbli li magħhom jitwaħħal cable tal-elettriku biex jipprovdi servizz ta' dawl fi proprjetà?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment id-distanza bejn l-arbli tkun ta' 30 metru, iżda din tista' tvarja peress li tiddependi fuq in-numru u d-daqs tal-linji li jkunu jiġu mgħoddija. Jiddependi wkoll jekk l-arbli jkunux se jitwaħħlu f'linja dritta jew le.
Kors tad-Diploma Nursing — sponsorship ta' individwu
Question
Tista' l-Ministru tara x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li bħalissa qed tagħmel kors ta' Diploma (Nursing) tiġi sponsored għal aktar żmien fil-kors tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna involuta kienet ingħatat il-faċilità li tieqaf mix-xogħol minn fejn kienet taħdem biex tagħmel il-kors li twassal għal Diploma fin-Nursing. Mhix il-prattika li sponsorship bħal dan jiġi estiż aktar minn kemm hu twil il-kors.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kienet taħdem bħala heavy plant driver kif ukoll multi skilled fitter mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kenitx fil-fatt ħaddiema tal-Korporazzjoni jew inkella sekondata minn mal-gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata kien ħaddiem tal-gvern.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jinħarġu għal bejgħ il-flats li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament, skont l-iskema Kun Sid Darek?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-propjeta hawn fuq imsmmija tinsab għal bejgħ u f'każ li l-kerrejja konoxxuti huma nteressati li jixtru, huma mitluba li jiġu l-customer care tal-Awtorità tad-Djar sabiex japplikaw.
Tista’ l-Ministru tivverifika jekk il-kera li ġiet imġiegħla tħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex għolja ħafna speċjalment meta wieħed iqis li hija każ soċjali u l-appartament hu żgħir ħafna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni għandha l-kera kummerċjali tal-post fejn toqgħod €2,094. Hija tħallas kera ta’ €1,256 fis-sena jiġifieri €314 kull tlett xhur.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament inqaflet fid-dar għal persuni b’diżabilità f’Wied il-Għajn meta din il-perusna sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet tgħix mal-familja tagħha u llum l-istess familja għandha diffikultà kbira biex tara lil din il-persuna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva ħafna u kunfidenzjali, u għaldaqstant inkun lesta li nitkellem privatament ma’ l-interpellant u/jew mal-persuna nvoluta.
Ħaż-Żebbuġ – Triq it-12 ta’ Mejju – xogħlijiet fit-triq
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-parti tat-Triq 12 ta’ Mejju bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat tiġi rranġata għax tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-triq imsemmija hija triq rurali u għalhekk ma taqax taħt ir-responsabilita’ ta’ Transport Malta. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati biex nara li is-sitwazzjoni titranġa.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3504 u tgħid x’inhi r-raġuni li l-pensjoni tar-romol li tingħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se titwaqqaf għax għandha tifla li għadha tistudja li se tgħalaq 21 sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jżomm milli titlesta Triq Xatbet l-Art f’Ħ’Attard meta din it-triq inbdiet xhur ilu qabel l-elezzjoni u issa x-xogħol ilu wieqaf ġimgħat sħaħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xogħlijiet fi Triq Xatbet l-Art, Attard kellhom jieqfu diversi drabi minħabba li nstabu diversi fdalijiet arkeoloġiċi. Ix-xogħol tkompla fit-3 ta’ Lulju 2013 wara li dawn il-fdalijiet ġew studjati u kkatalogati min-naħa tas-Sovrintendenza. Ix-xogħlijiet tkomplew bil-preservazzjoni tal-fdalijiet. It-triq hija mistennija li titlesta f’Awwissu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-area madwar ir-roundabout fit-tarf tal-bypass tal-Mellieħa fejn is-Seabank Hotel tiffurmax parti mix-xogħol ta’ upgrading tal-bypass tal-Mellieħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-area madwar ir-roundabout fit-tarf tal-bypass tal-Mellieħa fejn is-Seabank Hotel ma tiffurmax parti mix-xogħol ta’ upgrading tal-bypass tal-Mellieħa.