Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-terminal il-qadim tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta hux propjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-terminal il-qadim tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta huwa proprjetà tal-Gvern iżda huwa mogħti b’titolu ta’ ċens lill-kumpnija li d-dettalji tagħha qed jingħataw lill-membru separatament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb ta' ffurmat ta' triq ġdida jew twessiegħ tat-triq fl-area f'Ħal Lija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet spezzjoni fit-triq imsemmija u jirriżulta li l-parti ta’ triq indikata m’hiex inkluża fl-iskema tal-bini. Inżid li l-iffurmar tat-toroq mhiex responsabiltà ta’ Transport Malta iżda ta’ min ikun qed jiżviluppa il-proprjetà.
Jista' l-Ministru jgħid kemm turisti ġew Malta f'dawn l-aħħar tliet snin (kull sena separatament) minn dawn il-pajjiżi:
a. il-Ġappun;
b. il-Korea t'Isfel;
ċ. iċ-Ċina; u
d. ir-Russja?
Kemm minnhom ġew bl-ajru u kemm minnhom ġew bil-cruiseliners?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-allowance li qed tingħata lill-first time buyers fuq xiri tad-djar tapplikax ukoll għall-persuni li jkunu ngħataw donation ta' proprjetà mill-ġenituri tagħhom anke f'każ li d-donation ma tkunx residenza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Avviż Legali 393 tal-2013 l-allowance li qed tingħata lill-first time buyers ma tapplikax għall-persuni li qabel ix-xiri tad-dar ikunu ngħataw donation ta’ propprjetà mill-ġenituri tagħhom anke f’każi fejn id-donation ma tkunx residenza peress li donation hija akkwist inter vivos.
Jista' l-Ministru jara li jiġi spezzjonat ix-xogħol ta' pavimentar li sar fil-foss tal-Imdina għax il-kwalità tiegħu hija fqira ħafna u jista' jagħti l-każ li l-kuntrattur jinżamm responsabbli għal xogħol ta' kwalità inferjuri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra aktar il-quddiem.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li Triq St. Anthony f'Ħ'Attard wara l-palazz ta' San Anton u li tgħaqqad Ħ'Attard ma' Ħal Lija u Ħal Balzan issir one way fid-direzzjoni ta' Ħal Balzan peress li din hi triq dejqa ħafna u ġieli jkun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku filwaqt li hi ta' perikolu għall-persuni li jkunu deħlin fil-Kitchen Garden tal-President?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Triq Sant’Antnin li tagħmel mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Balzan hija diġa one-way lejn k/m Triq Annibale Preca/Triq il-Kbira. Triq Sant’Antnin tkompli ma’ Triq San Anton fejn tagħmel mal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard. Din it-talba sabiex Triq San Anton issir f’direzzjoni waħda mhux possibbli li tintlaqa’ minħabba li tippreġudika ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fl-inħawi.
B'referenza għall-press release maħruġa mill-NSO fil-21 ta' Marzu 2014 World Water Day 2014, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta ingħatat l-istatistika dwar Waste water saret referenza biss għall-impjant ta' Sant' Antnin meta għal dawn l-aħħar snin id-drenaġġ kollu f'Malta u Għawdex qed jiġi ttratat fi tlett impjanti ġodda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ill t-tliet impjanti l-ġodda jittrattaw id-drenaġġ li eventwalment jispiċċa ‘l-baħar. Għaldaqstant, ma saritx referenza għalihom għar-raġuni li l-għan tan-news release kien dwar ilma li qed jintuża jew li qed ikun ikkonsmat fl-ekonomija lokali. Sant’Antnin huwa impjant li jittratta l-ilma għal skopijiet agrikoli, fosthom it-tisqija tar-raba mill-bdiewa. Madankollu, xejn ma jeskludi li l-NSO jiġbor ukoll statistika minn dawn it-tliet impjanti fil-futur, bl-iskop li jintefa’ aktar dawl fuq kemm likwidu ikun ttrattat qabel ma jiġi mormi ‘l-baħar.
Transport Malta — Triq it-Tnax ta' Mejju - Irranġar ta' triq
Question
Jista' l-Ministru jara jek hux posibbli li Transport Malta tindaħal biex tiġi rranġata l-parti ta' fuq ta' Triq it-Tnax ta' Mejju f'Ħaż-Żebbuġ il-parti viċin tar-Rabat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq it-12 ta’ Mejju f’Ħaż-Żebbug, hija triq li taqa` taħt ir-responsabbilta` tal-kunsill lokali. F’każi bħal dawn Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7246, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-camera li tinsab fi Triq SAnta Katerina f'Ħ'Attard fejn il-Maypole? Jista' l-Ministru jivverfika l-operat ta' din il-camera?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali li l-camera li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant titħaddem b’mod manwali billi persuna tara dak li jseħħ mill-iscreen u toħroġ kontravenzjoni għal kull abbużż li tara. Intant infurmat li la r-Reġjun Ċentrali u lanqas l-Uffiċċjal Awtorizzat ma rċivew xi allegazzjoni ta’ abbuż relatat mal-camera msemmija. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi abbuż partikolari nistiednu jgħaddili d-dettalji ħalli d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jkun jista’ jinvestiga l-każ.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk hemmx xi problema biex tgħaddi l-allokazzjoni finanzjarja dovuta lill-kunsilli lokali dan ix-xahar għax milli jihder ma saritx?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li kif isir is-soltu, diġa għadda l-allokazzjoni finanzjarja għat-tlett xhur li ġejjin (Jannar-Marzu 2014) lit-Teżor biex din tkun pproċessata u mdaħħla fil-kontijiet bankarji tal-Kunsilli Lokali rispettivi (permezz tal-Bank Ċentrali). L-Onor Interpellant japprezza illi dan il-proċess jieħu daqsxejn aktar fit-tul peress li qegħdin fil-bidu tas-sena finanzjarja. Infurmat ukoll illi din l-allokazzjoni ser tkun fil-kontijiet tal-Kunsilli Lokali fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li titranġa s-sitwazzjoni attwali fejn cameras li jitwaħħlu fl-areas partikolari biex jimmonitterjaw parkeġġ illegali jitġaddmu b'mod manwali u minflokk jibdew jittħaddmu b'mod awtomatiku għax is-sistema kurrenti tagħha lok għall-abbuż mill-persuna li tkun qed tħaddem il-cameras? Aktar informazzjoni qed tingħata separatament.
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-lokalitajiet fejn jinsabu l-cameras li qed jagħmel referenza għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx irmiġġi vojta fil-bajja tax-Xemxija? Jekk fl-affermattiv x'irid jagħmel individwu li jrid japplika għall-irmiġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitwazzjoni tal-irmiġġi f’kull lokalità differenti inkluż dik tax-Xemxija qiegħda tiġi evalwata.
Individwi għandhom japplikaw ma’ Transport Malta u jagħtu d-dettalji kollha ħalli t-talba tagħhom tiġi kkunsidrata skont iċ-ċirkustanzi tal-lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bendy buses li twaqqfu mis-servizz tat-trasport pubbliku? Kemm-il vettura ġew ingaġġati sabiex jagħtu s-servizz li kienu jagħtu dawn il-bendy buses?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox tneħħew mis-servizz tat-trasport pubbliku 68 articulated buses.
Dawn ġew sostitwiti bi 12-il vettura tat-tip low floor li huma proprjetà ta’ Arriva Malta Ltd, u b’40 vettura oħra li ġew ikkuntrattati mill-Unscheduled Bus Service min-naħa tal-Arriva Malta Ltd.
Jista’ l-Ministru jara li t-triq (forma ta’ rampa) li hemm quddiem il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi rranġata għax fil-proprjetà joqogħdu żewġ anzjani u mhux l-ewwel darba li waqgħu f’din il-parti tat-triq minħabba l-istat ħażin li tinsab fiha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija mhix arterjali jew distributorja għaldaqstant il-manutenzjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għala l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li qiegħed fil-Kumpless Vajrita f’Wied il-Għajn mhux qed jitħalla jmur id-dar t’ommu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3600.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola sekondarja tar-Rabat (Malta) kantuniera ma Triq il-Kulleġġ hux se tingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta se tingħalaq?
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu azzjoni kontra azzjoni abbużiva ta' bdil ta' użu minn għalqa għall-scrapyard kif jidher is-site plan li qed tingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ilment gie mgħoddi għall-investigazzjoni sabiex l-Awtorità tieħu l-passi meħtiega.
L-Infurzar inħareg fuq binja eżistenti. Huwa parti mill-proċess normali li d-dipartimenti kkonċernati jigu kkonsultati sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala ċittadini Maltin? Kemm minn dawn għandhom id-dritt għall-vot? Hawn minnhom li mhumiex reġistrati fuq indirizz f'Malta u jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2599. L-Onorevoli Interpellant mitlub jirreferi it-tieni parti tal-mistoqsija lil Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5845 u tara li jsir manutenzjoni fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li mill-aperturi jidħol ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li l-aperturi tal-injam qed jiterrew?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx tiswijiet f’ appartamenti individwali, iżda tista’ tipprovdi għajnuna finanzjarja għal dan ix-xogħol taħt l-iskema tagħha msejħa ‘Sussidju fuq xogħlijiet ta’ Irranġar u Titjib f’Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini’. Se tintbagħat l-applikazzjoni lil persuna kkoncernata.