Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17934 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jiġi ffinalizzat l-akkwist tal-art li fuqha ngħataw il-plots tal-Home Ownerhsip Scheme fl-Imġarr Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li sal-lum dawn il-plots ma jistgħux jiġu trasferiti mis-sidien tagħhom b'mod finali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi b’referenza għad-dettalji provduti b’mod separat ma’din il-mistoqsija parlamentari fuq plot partikolari, dan kien trasferit lill-Awtorita’ tad-Djar bis-saħħa ta’ Avviż Legali numru 265, effettiva mit-3 t’Awwissu 2015.
Fit-18 ta’ Settembru il-benefiċċjarju ffirma l-kuntratt finali ta’ din l-imsemmija art.
Il-plots kollha taż-żona huma kollha koperti b’Avviż Legali.
L-Imdina u r-Rabat — Shelters liż-żwiemel tal-karrozzini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karrozzini liċenzjati biex jaħdmu fl-Imdina u r-Rabat? Transport Malta se tipprovdi shelters għaż-żwiemel bħal ma saru fil-Belt? Jekk fl-affermattiv, fejn se jsiru dawn is-shelters?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi l-Awtorità ma tillimitax in-numru ta’ karozzini li jistgħu joperaw fl-inħawi tar-Rabat u l-Imdina. Madankollu, l-Awtorità hi nfurmata li mill-mija u ħdax-il karozzin li hawn liċenzjati f’Malta, hemm madwar ħdax li joperaw fin-naħat imsemmija.
Infurmat ukoll li dawn il-karozzini normalment joperaw mill-istand li tinsab biswit id-daħla prinċipali tal-Imdina. Din l-istand tilqa’ fiha sebgħa karozzini u toffri dell naturali għaż-żwiemel permezz tas-siġar li hemm fil-viċinanzi. F’dawn l-inħawi m’hemmx stands oħrajn għall-karozzini.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk hu possibli li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar tippermetti lill-periti jieħdu l-aerial photographs minn fuq l-internet bħal ma jsir għas-site plans biex b'hekk il-periti jiffrankaw ħafna ħin li jqattgħu fil-kju, jitnaqqas ix-xogħol fuq il-ħaddiema tal-MEPA u allura forsi anke jitnaqqsu l-prezz għal dan is-servizzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-Awtorita’ qed tipprepara serje ta’ servizzi li ser tkun qed toffri fil-futur fosthom is-servizz ta’ bejgh ta’ Aerial Photographs, mapep u ħafna mis-servizzi li jingħataw mill-Mapping Shop. Il-web site ta’ l-Awtorita’ l-gdida ser tigi revamped biex tkun iktar facli kemm għal publiku in generali kif ukoll b’servizzi apposta għal professjonisti.
Ir-Rabat — sistema tad-drenaġġ - hamlet tal-Landrijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17610 u ċjoè: Issa li qiegħed issir id-drenaġġ mill-Baħrija sar-Rabat, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li s-sistema tad-drenaġġ titwassal ukoll fil-hamlet tal-Landrijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-parti li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant mhix parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, iżda qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi iffinalizzat l-akkwist tal-art li fuqha ngħataw il-plots tal-Home Ownerhsip Scheme fl-Imġarr Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li sal-lum dawn il-plots ma jistgħux jiġu trasferiti mis-sidien tagħhom b'mod finali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fuq liema jinsab mibni l-plot tal-Home Ownership Scheme li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, minn dejjem kienet tal-Gvern u qatt ma kienet taħt esproprju. Barra minn hekk l-art fejn jinsab dan il-plot kienet trasferita lill-Awtorità tad-Djar permezz tal-Avviz Legali Nru 59 datat 25/4/1989. Għaldaqstant ġa la darba l-art issa hija amministrata mill-Awtorità tad-Djar, nitlob lill-Onorevoli Membru jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ir-Rabat — sistema tad-drenaġġ - hamlet tal-Landrijiet
Question
Issa li qiegħed issir id-drenaġġ mill-Baħrija sar-Rabat, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li s-sistema tad-drenaġġ titwassal ukoll fil-hamlet tal-Landrijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17160, jappreza li d-direzzjoni tat-traffiku eżistenti toħloq periklu kbir għal persuni li jmorru fil-Kitchen Garden tal-President u li kieku l-vetturi jużaw rotot alternattivi sabiex imorru lejn it-Tramuntana ta' Malta kull ma jkun iffisser mhux aktar minn żewġ minuti żejda fil-vjaġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li sistema ta’ traffiku f’direzzjoni waħda toħloq problem ta’ ċirkulazzjoni fiż-żona. Madanakollu, il-periklu li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ser jiġi eżaminat minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li t-traffiku li jkun ħiereġ minn Triq Ġużeppi Portelli f'Ħal Lija fi Triq San Anton f'Ħ'Attard ma jiġix permess jipproċedi lejn Ħ'Attard iżda biss lejn Ħal Balzan għar-raġuni li Triq San Anton hija dejqa wisq għat-traffiku f'żewġ direzzjonijiet apparti li dan it-traffiku joħloq periklu kbir għall-persuni li jkunu deħlin jew ħerġin mill-Kitchen Garden tal-President?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li r-residenti taż-żona ta’ Triq Ġużeppi Portelli jistgħu joħorġu biss minn Triq San Anton jew minn Triq Annibale Preca, liema toroq it-tnejn huma dojoq. Infurmat ukoll li Triq San Anton hija l-uniku aċċess għal dawn ir-residenti sabiex imorru lejn it-tramuntana ta’ Malta. Għaldaqstant, minħabba raġunijiet ta’ ċirkolazzjoni tat-traffiku, tali talba ma tistax tiġi kkunsidrata f’dan il-mument.
Il-Belt Valletta — Triq San Mark u Triq iż-Żekka - tabelli u marki tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġu ffriskati t-tabelli u l-marki tat-traffiku fil-junctions mat-Triq ta' Marsamxett li tilwi għal Triq San Mark u bejn Triq San Mark u Triq iż-Żekka fil-Belt Valletta peress li dawn jintużaw ħafna bħala l-unika dħul għaċ-ċentru tal-Belt u peress li sikwiet ikun hemm inċidenti f'dawn il-junctionsu kultant sfortunatament anke fatali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li dan huwa xogħol ta’ manutenzjoni ta’ toroq tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant tali xogħol huwa taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-yellow line li hemm quddiem id-dar lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux kopert bil-permess ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tal-Awtorità tat-Trasport, irriżulta li ma nstab ebda sinjal isfar immarkat quddiem id-dar li għalija qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tabelli fit-triq li tagħti mill-bypasstal-Mellieħa għall-Popeye's Village li juru li f'din l-area hemm il-qniefed li ġieli jaqsmu t-triq u jispiċċaw mgħaffġa mill-vetturi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport laqgħet din it-talba u dawn it-tabelli se jiġu ordnati u stallati.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10253.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Santa Katarina (ix-Xwieki) bejn San Ġwann u l-Għargħur li ġiet magħluqa għat-traffiku minħabba l-preżenza ta’ żewġ kmamar tan-nar u li tħalliet biss għall-użu ta’ residenti, tistax terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku issa li l-kmamar tan-nar m’għadhomx joperaw?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li din it-triq se tinfetaħ għall-pubbliku fl-isfond ta' sistema ta' traffiku f'direzzjoni waħda sabiex twieżen l-impatt tat-traffiku waqt li se jkunu qed isiru proġetti kbar ta' toroq fit-Tramuntana tal-pajjiż u suċċessivament fuq bażi permanenti
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10158 u jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10158 u jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk skont il-kuntratt li għandha l-MIA, kull passiġier li jasal Malta bl-ajru irid jgħaddi mit-terminal tagħhom? Jekk għandhom dan it-tip ta' monopolju, għal kemm-il sena ingħata? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-MIA fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-MIA hija l-kumpanija li ġiet mogħtija liċenzja fl-2002 biex topera fl-ajrudrom ta’ Ħal Luqa għal ħamsa u sittin (65) sena. Bħalissa dan huwa l-uniku ajrudrom liċenzjat mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-plot f'HOS (home ownership scheme) Marsaxlokk murija fis-site plan li qed tingħata separatament u li sal-lum ma sarx żvilupp fuqha hijiex mgħoddija lil terzi jew hijiex tal-Awtorità tad-Djar? F'każ li hi tal-Awtorità din se tinbiegħ lill-privat
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-plot imsemmija hija proprjetà tal-Awtorità tad-Djar. S'issa m'hemmx pjanijiet li se tinbiegħ lill-privat.
Jista' l-Ministru jara li jsir il-major patching meħtieġ fi Triq il-Pantar li tagħti minn Ħ'Attard għall-Mosta, b'mod partikolari tat-trinek li hemm fit-triq peress li din it-triq tintuża minn numru kbir ta' vetturi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Pantar m’hiex triq arterjali u lanqas distributorja u għalhekk minħabba li din ma taqax taħt ir-responsabbiltà diretta ta’ Transport Malta, xogħol f’din it-triq isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.