Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #287 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Attard — Triq il-Belt Valletta - Crane

Question

Jista' l-Ministru jara li dak il-crane li ilu pparkjat fi Triq il-Belt Valletta f'H'Attard (fejn l-għassa tal-pulizija) għal ħafna xhur mingħajr xi użu partikolari jitneħħa, peress li qiegħed jingombra triq li hi ta' ċerta importanza fis-sistema ġdida ta' traffiku li ġiet introdotta f'H'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-'crane' indikat qed jintuża għal xogħol fit-tul u hu kopert bil-permess meħtieġ. Il-Pulizija ser tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-'crane' jitneħħa meta ma jkunx qed jintuża. 02.11.98
Leg 9 PQ #288 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeri — Segretarjat privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit in-numru ta' nies li għandu jkopri s-segretarjat privat ta' kull ministeru? Jista jgħid ukoll jekk dan in-numru japplikax ukoll għas-segretarji parlamentari?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onor interpellant għad-dukument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'din is-Seduta b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 81.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandu s-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Minħabba li l-proċess ta' identifikar tal-persuni biex jimlew id-diversi karigi fi ħdan is-Segratarjati Privati kemm tal-Viċi Prim Ministru kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għadu qed jiġi finaliżżat, mhux possibli li tingħata l-informazzjoni kollha mitluba.
Leg 9 PQ #290 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandu s-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Min huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż pagi, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sa issa għad ma ġie konkluż ebda kuntratt jew ftehim ma staff fis-segretarjat privat tiegħi. Nirreferi wkoll lill-Onor Interpellant għad-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'din is-Seduta b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 81.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu kif ukoll tas-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu jekk dan ikun il-każ? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li ta l-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru. 81. Anke fil-każ ta' dan il-Ministeru, peress li s'issa għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt jew ftehim ma' l-individwi kkonċernati, tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 2.11.98