Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #756 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Proġetti ta' upgrading

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proġetti ta' upgrading li nbdew din is-sena u ma tlestewx f'Buġibba phase II humiex se jitkomplew is-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda xogħol li kien inbeda f'Buġibba m'huwa se jitwaqqaf.
Leg 9 PQ #386 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Stazzjon tad-Deutsche Welle

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir fis-sit ta' Deutsche Welle fi Xrob l-Għaġin mill-ħaddiema tal-gvern, huwiex kopert bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Jien nfurmat li saret spezzjoni u rriżulta li x-xogħol li kien qed isir jikkonsisti biss f'bini ta' parti mill-'boundary wall' li kien ġie mwaqqa' u li jdawwar id-Deutsche Welle. Dan jikkonsisti f'10 piedi u 9 filati għoli. Dan hu parti minn xogħol ta' 'maintenance'. Mhux mistenni li għandu jsir aktar xogħol. 09.11.98

Qrendi — Tal-Ħniena - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fit-toroq fl-area magħrufa bħala Tal-Ħniena, fil-Qrendi li nbeda f'Awissu ta' din is-sena issa twaqqaf u ma tkompliex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li x-xogħol fl-area tal-Ħniena, l-Qrendi waqaf reċentament peress illi l-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma qiegħda tistenna li jasal l-materjal għal 'House Connections' minn barra l-pajjiż. Ix-xogħol ser jitkompla hekk kif is-servizzi ta' taħt l-art ikunu lesti. Sfortunatament dan hu każ ieħor fejn ix-xogħol li nbeda' ma' kienx koordinat bejn kulħadd, bil-konsegwenza li x-xogħol kellu jieqaf.
Leg 9 PQ #388 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Proġett tal-Kottonera? Meta hemm il-ħsieb li jiġu finalizzati d-diskussjoniiet mal-consortia?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-Kottonera għadhom qegħdin isiru u kif dawn ikunu waslu fi stadju avvanzat il-Gvern ikun jista' jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.
Leg 9 PQ #389 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Manoel Island? Meta se jiġu mitmuma d-diskussjonijiet mal-consortium MIDI? Meta hu ppjanat li jinbeda l-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant jieħu pjaċir jinnota illi n-negozjati bejn il-Gvern u l-MIDI Consortium għaddejin fuq bażi regolari u sa issa sar progress sostanzjali. Madankollu għad hemm xi proċeduri li għad irid isir ftehim fuqhom fosthom il-każi tal-'vacant possesion'. Madankollu l-Gvern għadu ottimist li n-negozjati jiġu konklużi sa tmiem din is-sena. Il-bidu tal-proġett huwa kkundizzjonat mill-approvazzjoni neċessarja ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar filwaqt li nawgura li nkunu nistgħu naraw il-bidu tal-proġett fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #390 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cruise Passenger Terminal — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Cruise Passenger Terminal? Meta se jiġu mitmuma d-diskussjonijiet mal-consortia konċernati? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat miċ-Chairman tal-Valletta Cruise Terminal Development Steering Committee, li l-Consortia li kienu ġew short-listed kellhom jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom sa' l-aħħar ta' Ottubru 1998, kif fil-fatt għamlu. Issa l-kumitat se jibda l-proċess ta' evalutazzjoni biex ikun jista' jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern.
Leg 9 PQ #391 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Opera House — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' l-Opera House? Jista' jgħid kif se jipproċedi l-gvern fuq dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa tħabbar, il-Gvern huwa mpenjat illi s-sit ta' l-Opera House jiġi żviluppat primarjament għall-użu ta' kultura u kif ukoll diġa' tħabbar l-ewwel li se jsir huwa li tiġi formulata l-masterplan ghal dik l-area tal-Belt kollha inkluż ukoll l-entratura prinċipali li jistħoqqilha li tieħu dehra u xejra oħra.
Leg 9 PQ #298 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Segretarjat ta' l-Intern — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma l-istaff li għandu s-segretarjat parlamenti fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81/9/l. 16.11.98

Segretarjat ta' l-Agrikoltura u Sajd — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għar-rigward tas-segretarjat privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma` għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-prim Ministru b`risposta għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Leg 9 PQ #300 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat għal Għawdex — Staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tagħha? Tista' l-Ministru tgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l­individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall­mistoqsija magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi wkoll lill­onorevoli interpellant għat­tweġiba mogħtija mill­Prim Ministru b'risposta għall­Mistoqsija Parlamentari nru 18.
Leg 9 PQ #301 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Segretarjat tas-Saħħa — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, benefiċċji u allowances oħra ta' kull impjegat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-Segretarjat Privat. Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduti oħra wara li dawn jiġu nġaġġati formalment. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija parlamentari Nru. 81/9/1.
Leg 9 PQ #368 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Sur Schiavone

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tas-Sur Schiavone li ġie trasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wara l-elezzjoni li għaddiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-rwol ta' Hermann Schiavone, wara li dan ġie ttrasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, huwa ta' Works Manager fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.
Leg 9 PQ #369 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Mosta — Triq Durumblat - Karozza tat-tip Fiat

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa x-chassis tal-karozza tip Fiat li ilu abbandunat għal ħafna xhur fi Triq Durumblat (in-naħa ta' Ta' Qali) fejn il-kapppella, l/o Mosta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ingombru li għalih irrefera l-Onorevoli Interpellant tneħħa. 04.11.98
Leg 9 PQ #292 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom is-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 176.
Leg 9 PQ #293 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Segretarjat tal-Finanzi — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħi? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma` l-individwi konċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Leg 9 PQ #294 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Segretarjat għall-Ambjent — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma l-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward tas-Segretarjat Privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi konċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 81.
Leg 9 PQ #295 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Segretarjat tat-Turiżmu — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretajat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowance u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-persuni li s'issa jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma:- Anthony Cachia Charles Micallef St. John John Aquilina Maria Portelli Lucienne Camilleri Romina Agius Cutajar Marie Louise Grixti Audrey Cummings Vincent Tanti Victor Bray John Cardona Joe Bonello Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru fit-2 ta' Novembru 1998 għall-mistoqsija Nru. 81.

Segretarjat tat-Trasport u Komunikazzjoni — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff fis-Segretarjat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni li huma mpjegati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji ta' kull impjegat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma` għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsija f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment. Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 81.

Segretarjat għas-Servizzi Ekonomiċi — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom s-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu l-irwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk l-impjegati li qegħdin b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma: Mr. Pierre Cauchi (Private Secretary) Mr. Charles Micallef (Secretariat Officer Scale 10) Mr. Ivan Bezzina (Secretariat Officer Scale 10) Mr. Sammy Bonniċi (Secretariat Officer Scale (10) Mr. Joe Oliva (Secretariat Officer Scale 10) Mr. Adrian Busuttil (Driver/Security Officer) Mr. Carmel Formosa (Driver/Security Officer) Ms. Tania Dalli (Charwoman Scale 19) Ms. Marthese Scerri (Secretariat Pool Scale 14) Ms.Jeannette Zarb (Secretariat Pool Scale 14) Ms. Olivia Bezzina (Secretariat Pool Scale 14) Ms. Vanessa Schembri (Secretariat Pool Scale 14) Il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari L-Onor. George Hyzler huma: Mr. Oliver Mallia (Communications Coordinator ) Mr. Joe Calleja (Secretariat Officer) Mr. George Muscat (Security Officer/Driver) Mr. Patrick Gatt (Security Officer/Driver) Dr. James Calleja (Assistent Personali) Mr. Anthony Fenech (Segretarju Privat) Mrs. Doris Żammit (Secretariat Officer) Ms. Roselle Attard (Secretary) Ms. Josefa Laferla (Secretary) Mr. Nazzareno Portelli (Messenger) Mr. Luke Cassar (Messenger) L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo huma : Iman Schembri (Communications Coordinator Officer) Tonio Camilleri (Secretariat Officer) Ms. Louise Fenech (Secretariat Pool) Mr. Saviour Bugeja (Messenger) Mr. Jimmy Mallia (Messenger) Mr. Saviour Mifsud (Secretariat Officer) Ms. Karen Tonna (Secretariat Pool) Mr. Albert Briffa (Personal Assistant) Mr. Gilbert Agius (Private Secretary) Mr. Mario Delceppo (Driver/Security) Mr. Raymond Pisani (Driver/Security) Dwar l-aħħar parti tald-domanda nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 119.
Leg 9 PQ #286 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-direttiva li kienet ingħatat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li ma kellu jsir ebda ingaġġ ġdid ta' persuni mas-Servizz Pubbliku kif ukoll mal-Korpi Parastatali, għadhiex tgħodd jew inkella jekk ġietx interotta? Jekk din għadha fis-seħħ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din id-direttiva għadhiex tapplika wkoll għall-vetturi impressed bħalma kienet tapplika qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-proċeduri li kull ingaġġ mas-Servizz Pubbliku u Korpi Parastatali irid l-approvazzjoni ta' dak li kien il- Cabinet Committee on Recruitment m'għadhomx fis-seħħ. Madankollu, kull ingaġġ ġdid mas-Settur Pubbliku hu ristrett għal dak biss li hu essenzjali għax-xogħol tal- Gvern u l-funzjonijiet stateġiċi.