Jista' l-Ministru jara li titwaħħal crash barrier fil-ġenb ta' Triq Ħaż-Żebbuġ, l/o Ħ'Attard (quddiem l-Allwoods & Steel) peress li bħalissa m'hemm l-ebda lqugħ għal ġol-wied fil-ġenb tal-bridge, bil-konsegwenza li vetturi neżlin lejn Ħ'Attard minn naħa ta' Ħaż-Żebbuġ jistgħu faċilment jibqgħu neżlin fil-wied?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex kif ikun qed isir xogħol ta' tiswija fuq dan il-pont ikunu jistgħu jitwaħħlu l-'crash barriers'.
Kunsilli lokali — Servizzi ta' dipartimenti governattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jimplimenta policy sabiex il-kunsilli lokali jiġu mħeġġa jużaw is-servizzi tad-dipartimenti tal-gvern għall-kuntratti tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naqbel li d-dipartimenti tal-gvern għandhom jagħmlu l-
almu tagħhom biex ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu sew
fir-rigward ta' sejħiet għall-kuntratti mill-Kunsilli
Lokali għal xogħlijiet u servizzi.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Xogħol għall-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward xogħol li jagħmlu ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għall-kunsilli lokali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s'issa ma kien hemm l-ebda tibdil mill-policy li kien hemm qabel fir-rigward xogħol li jagħmlu ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet mal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' persuna li tispiċċa bla xogħol u li wara jinstab li l-imgħallem (ta' qabel) tagħha ma ħallasx il-bolol dovuti sakemm din baqgħet taħdem minkejja li mill-paga tal-persuna tkun inqatgħet il-kontribuzzjoni relattiva?
Għaliex f'każi bħal dawn il-persuna bla xogħol tispiċċa ma tieħux il-benefiċċju tal-qgħad, minkejja li ma jkollha l-ebda tort?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali tipprovdi li persuna li tkun tnaqsitilha l-kontribuzzjoni mill-paga, minkejja li l-imgħallem ma jkunx għadu ħallas il-kontribuzzjoni dovuta lid-Dipartiment, ma titlef ebda benefiċċju kawża ta' hekk, sakemm tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet. Kontribuzzjonijiet imnaqqsa mill-paga jiġu meqjusa daqs li kieku kienu tħallsu lid-Dipartiment.
Ovvjament, id-Dipartiment aktar tard jieħu passi biex dawn il-kontribuzzjonijiet jinġabru.
16.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk garaxx Nru. 62 fl-Imtarfa huwiex se jinħareġ mill-Awtorita' tad-Djar għall-bini jew bejgħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-garaxx numru 62 li hemm ġo Binja Buqana, Mtarfa, dan ser jinħareġ għall-bejgħ b'sejħa għall-offerti.
16.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-prattika li l-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi jiffirmaw l-attendenza kemm meta jidħlu għax-xogħol kif ukoll qabel ma jitilqu għadhiex fis-seħħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iva, il-prattika għadha illi l-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jiffirmaw l-attendenza kemm meta jidħlu għax-xogħol u kif ukoll qabel ma jitilqu għadha fis-seħħ, kif kienet fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett — Inspectorate Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-Inspectorate Unit fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Inspectorate Unit li kien fi ħdan l-Uffiċċju tal-
Kabinett ġie xolt u skond kif jien infurmat, it-tlett
uffiċċjali li kienu jiffurmaw il-Unit irritornaw fid-
dipartimenti rispettivi tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm nuqqas kbir fl-istock ta' fittings li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Huwa veru li minn żmien għal żmien ikun hemm nuqqas ta' fittings fl-istorijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi taż l-ilma , speċjalment fuq dawk li jintużaw ħafna (fast moving).
Matul l-aħħar ftit xhur kien hemm xi diffikultajiet dwar l-ispecifications taż dawn il-fittings. Dan wassal biex il-materjal ma kienx ordnat fil-ħin.
Ittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn id-diffikultajiet jingħelbu u s-sitwazzjoni tiġi għan-normal. Sakemm isir dan, il-Korporazzjoni ħadet il-passi biex tordna il-fittings u dawn mistennija jibdew jaslu qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proġetti ta' upgrading tas-South, jiġifieri Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbugia, humiex se jitkomplew is-sena d-dieħla? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawk il-proġetti li se jitwettqu s-sena d-dieħla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda xogħol li kien inbeda m'huwa se jitwaqqaf u proġetti ġodda jitħabbru meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkarigu ġdid li ngħata l-perit Richard England għall-preparazzjoni ta' masterplan għal Bieb il-Belt huwiex kuntratt ġdid? Kemm hu l-valur ta' dan il-kuntratt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol li qiegħed jagħmel il-Perit Richard England huwa abbażi ta' l-istess kuntratt li kellu qabel meta kien maħtur bħala l-Perit responsabbli għall-Proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti fl-1995, liema kuntratt huwa bbażat fuq skala ta' tariffi simili għal Tariffa K.
Jista' l-Ministru jara f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' parker fil-Mosta (GPD/GEN/11/98)?
Response (BORG, TONIO)
Ir-referenza ta` l-applikazzjoni kif ikkwotat fil-Mistoqsija mill-Onorevoli Interpellant ma teżistix fir-rekords tal-Pulizija. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħti aktar dettalji dwar l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjani li kellhom il-kumitati tar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Kottonera għadhomx fis-seħħ jew jekk ġewx mibdula? X'inhuma l-proġetti f'dawn il-pjani li huma maħsuba għas-sena d-dieħla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress illi l-kumitati tar-riabilitazzjoni għad iridu jinħatru mill-ġdid, jixraq li tingħata opportunita' lil dawn il-kumitati meta jerġgħu jinħatru biex ifasslu l-prioritajiet tagħhom. Fl-istess ħin, xogħlijiet mibdija mill-kumitati maħtura mill-amministrazzjoni preċedenti, baqgħu għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għal park nazzjonali, jiġifieri dawk ta' (i) Salina/Burmarrad; (ii) Ta' Qali; (iii) Delimara; (iv) Kottonera Heritage Park?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-pjanijiet għal Parks Nazzjonali waslu f'dawn l-istadji:
(i) Il-proposti tas-Salina/Burmarrad qed jiġu diskussi ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
(ii) Il-proposti ta' l-ewwel fażi għal Ta' Qali waslu fi stadju avvanzat.
(iii) Rigward Delimara, il-proposti għadhom qed jiġu żviluppati.
(iv) Il-proposta għall-Cottonera Heritage Park għadha fi stadju ta' diskussjoni.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-istudju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-golf courses?
Response (BORG, TONIO)
Jien nfurmat li l-ewwel fażi ta' l-istudju dwar l-Iżvilupp ta' 'golf courses' ġie finalizzat fl-1997. Dan wassal għat-tfassil ta' 'policy paper' fir-rigward ta' dan l-Iżvilupp, flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, li ġiet approvata mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Awissu tal-1997.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qiegħed jagħmel id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Kunvent ta' l-Ursolini fil-Belt? Kif ġie kkummissjonat dan ix-xogħol u x'inhu stmat li hu l-valur tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qiegħed jiġi ffinalizzat mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-kunvent ta' l-Ursolini fil-Belt huwa ta' manutenzjoni normali, inkluż dak ta' madum. Ix-xogħol ġie kkummissjonat mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Ix-xogħol huwa stmat li jiswa, mingħajr l-element tal-pagi, madwar LM385.00.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie awarded il-kuntratt għall-karozzi self-drive mill-ministeru li jeskludi wkoll id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kuntratt għall-karozzi 'self-drive' ingħata b'effett mis-16 ta' Ottubru 1998, wara li ġew segwiti s-soliti proċeduri tat-Tenders tat-Tezor.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 286, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iqisx l-ingaġġ ta' xufiera impressed bħala essenzjali għax-xogħol tal-Gvern u l-funzjonijiet strateġiċi tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal kull ingaġġ ieħor, dak ta' xufiera impressed huwa ukoll
meqjus bħala essenzjali għax-xogħol tal-Gvern u l-funzjonijiet
strateġici tiegħu. Tant hu hekk li dawn għandhom isiru
mpjegati permanenti skond kif hemm fil-Programm Elettorali tal-
Gvern.
Il-ħsieb tal-Gvern hu li jiġi eleminat l-ingaġġ ta' vetturi
impressed. Għalhekk qed jingħad li d-drivers ta' vetturi
impressed għandhom isiru impjegati permanenti.