Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5969 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Operations Manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew promossi għal grad ta' Operations Manager mill-1 ta' Jannar, 1990 sal-lum? X'kienu l-kwalifiki ta' dawn il-persuni meta applikaw għal promozzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi kien hemm żewġ persuni li ġew appuntati Operations Manager mill-1 ta' Jannar 1990 sa llum wara sejħa għal applikazzjonijiet. Id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant jidhru fl- Iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Lukanda Verdala — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-lukanda Verdala għaddiet għand il-privat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kuntratt li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa wieħed pubbliku u għalhekk jista' jinkiseb mill-Arkivji Notarili bħal kull kuntratt ieħor ta' dan it-tip.
Leg 9 PQ #5971 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Road rollers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu ir-road rollers li nxtraw mid-diviżjoni tax-xogħlijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm inxtraw min dawn ir-rollers?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn dawn ir-'Road Rollers' inxtraw sitta u tqassmu fid-Distretti Nri 2,4,9,10,11 u 13.
Leg 9 PQ #5972 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Trasferiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ffinalizzat it-transfer tal-persuna (li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) mid-dipartiment tas-saħħa għal mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant sejra tirritorna fid-Diviżjoni tas-Saħħa fuq talba tad-Diviżjoni stess fejn tista' tagħmel xogħol kompatibbli mal-grad tagħha.

Djar — Attard - Tal-Fuklar

Question

B'riferenza għall-bini tal-maisonettes f'Tal-Fuklar, f'Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mplimentat ix-xogħol ta' landscaping kif stipulat fil-kondizzjoni Nru. 8 tal-permess tal-bini (PA 4079/95/DC01)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qiegħed jikkonsulta lill-Kunsill Lokali dwar il-pjanta tal-'Landscaping'. Hekk kif ikun hemm qbil dwar din il-pjanta jibdew jitħejjew l-offerti biex ix-xogħol meħtieġ isir possibilment għal bidu tas-sena 2000. 24.3.99
Leg 9 PQ #5892 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għal post ta' direttur fid-dipartiment: 1) Building & Engineering; 2) Waste Management Strategy Implimentation; 4) Building Construction Industry; 4) Finance & Administration; u 5) Manufacturing & Services? Min kienu l-persuni li applikaw u x'inhu l-grad tagħhom illum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi l-applikazzjonijiet għall-postijiet imsemmija ġew maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Prim Ministru.

Dipartiment tat-Toroq — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat sabiex jimtela' l-post ta' direttur tat-toroq? Min huma l-applikanti u f'liema grad qegħdin ilum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li applikazzjonijiet bħal din jirċevuhom fl-Uffiċċju tal-Management Personnel Office. Għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.

Baħar iċ-Cagħaq — Surfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kuntrattur qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' surfacing f'Baħar iċ-Ċagħaq? F'kemm il-fażi jikkonsisti dan is-surfacing u kemm hu l-valur ta' kull fażi? X'differenza hemm fil-valur tax-xogħol kif qiegħed isir issa meta mqabbel ma' surfacing b'mod tradizzjonali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-trials li qed isiru s-Salina qed isiru mir-Roads Group li essenzjalment jinkludi l-maġġorparti tal-kuntratturi li jaħdmu fit-toroq. Ix-xogħol qed isir taħt kuntratt li jiswa Lm49,000. Il-fażijiet tal-kostruzzjoni ma jinkludux biss is-surfacing iżda jinkludu ukoll it-tneħħija tal-wiċċ l-antik, ir-recompaction u t-tqegħied tal-base u wearing courses. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija tkun tista` tingħata wara li t-trials jiġu analiżżati f`diskussjonijiet bejn d-Dipartiment tat-Toroq, il-konsulenti Ġermaniżi u l-kuntratturi li jagħmlu dan ix-xogħol.

San Pawl il-Baħar — Mosta Road - Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-periti u technical officers li ippreparaw id-disinji u qegħdin jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' Mosta Road, San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol qiegħed jiġi koordinat mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #5896 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Konsorzju MIDI — Letter of intent

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-ewwel letter of intent lill-konsorzju MIDI għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim preliminari li kien sar bejn il-Gvern u l-konsorzju, u li jġib id-data tat-22 ta' Diċembru 1993.
Leg 9 PQ #5675 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dingli — Main tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-main tad-drenaġġ li ħiereġ mill-iskola ta' Ħad Dingli fi Triq Santa Marija u li żbroffa xi tliet xhur ilu jitranġa minħabba li fl-istat li hu qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5676 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Lija — Villa Francia

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f'Villa Francia, Ħal Lija sabiex tinżamm fi stat tajjeb peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiġrilha ħsara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda f'idejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Prim Ministru. 23.03.99

Dipartiment tat-Toroq — Karozzi self-drive

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li tefgħu l-offerta tad-Dipartiment tat-Toroq għall-kiri ta' karozzi self-drive? Kemm kienet l-offerta ta' kull wieħed minnhom? Kemm hu l-ammont ta' karozzi li jridu jinkrew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ntefgħet offerta waħda minn `Sterling Car Hire`, li kienet tkopri kiri u manutenzjoni ta` disa karozzi, sitta normali u tlieta ta` `standard` aħjar, bil-prezz ta` Lm4.95 u Lm6.50 kuljum rispettivament.

Dipartiment tat-Toroq — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali tad-Dipartiment tat-Toroq li mill-1 ta' Jannar, 1999 qegħdin jużaw il-karozzi tagħhom biex joħorġu fuq ix-xogħlijiet? X'inhi r-raġuni għaliex dawn l-uffiċjali qegħdin jitħallew jagħmlu hekk? X'tip ta' kumpens qegħdin jingħataw dawn l-uffiċjali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5741 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bini storiku — Restawr

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5612 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rapport ippreparat mill-Works Division dwar restawr ta' bini storiku msemmi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4834?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Toroq — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5129, jista' l-Ministru jagħti aktar tagħrif dwar ix-xogħlijiet li se jsiru fis-Salina bħala parti mir-road restoration works matul din is-sena u li għalihom ġiet stmata nefqa ta' Lm2,000,000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li t-`trials` fis-Salina għadhom kif bdew, il-konsulenti Ġermaniżi għadhom ma għamlux ir-rakomandazzjonijiet tagħhom dwar kif ix-xogħol f`din il-lokalita` għandu jsir. Malli jitlestew dawn it-`trials`, id-Dipartiment ikun f`pożizzjoni li jagħti aktar informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #5625 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera — Dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li ġew iffirmati maż-żewġ konsorzja għall-iżvilupp tal-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-kuntratt propost kif ukoll għal 'Land Drawings' relattivi li kienu inizjalati mill-konsorzja, u li minn mindu saret il-Mistoqsija Parlamentari ta' l-Onorevoli Interpellant ġew ippreżentati lill-Iskrivan tal-Kamra flimkien ma riżoluzzjoni għall-approvazzjoni ta' l-istess kuntratt.
Leg 9 PQ #5626 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Sejħa għal diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista għas-sejħiet ta' diretturi u assistenti diretturi li saru wara l-5 ta' Settembru, 1998? Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll l-ismijiet tal-persuni li applikaw għal kull sejħa nkluż il-grad ta' kull persuna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi ħarġu tliet sejħiet għal mili ta' pożizzjonijiet ta' Diretturi u Assistenti Diretturi wara l- 5 ta' Settembru, 1998. Ċirkolari Numru OPM 3/99 kienet għal mili ta' pożizzjonijiet ta' Diretturi u żewġ cirkolarijiet oħra bin- Numru MPO 16/99 u MPO 32/99 kienu għal mili ta' pożizzjonijiet ta' Assistenti Diretturi. Iż-żewġ skedi li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra juru l-pożizzjonijiet li għalihom ħarġu s-sejħiet. Ma nħossx li hija etika li tingħata lista ta' l-applikanti għal dawn il-pożizzjonijiet.
Leg 9 PQ #5627 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Servizzi ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni għas-sejħa ta' servizzi ta' konsulenza għall-upgrading tas-sistema infrastrutturali tad-drenaġġ għan-naħa t'Isfel ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ diġa' ħejja rapport fejn għadda r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lid-Dipartiment tal-Kuntratti. B'hekk l-għoti tal-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant mistenni jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4469, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji nkluż l-isem, ta' kull impjegat li jgawdi minn din it-tip ta' allowance nkluż id-degree jew diploma relattiva u x-xogħol li qiegħed iwettaq bħalissa dan l-impjegat?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru. Kull persuna ndikata f'din l-iskeda qed tagħti servizz, f'qasam jew f'ieħor, fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.