Jista' l-Ministru jgħid liema impjegati fuq bażi full time u part-time fid-dipartiment tal-bini u inġinerija fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet qegħdin jingħataw overtime fuq il-proġett tad-djar tax-xjuħ f'Bormla? Kemm minn dan l-overtime inħadem mill-perit inkarigat minn dan il-proġett? (L-isem tiegħu qed jintbagħat separatament).
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-persuni fid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija li għamlu l-overtime fuq xogħol in konnessjoni mad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla huma:
Karl Borg - Technician
Ernest Cassar - Technician
Stephen Borg - Technical Officer
Joe Scerri - Clerk
Marlene Caruana - Casual Typist
Il-perit inkarigat mill-proġett mill-1 ta' Jannar 1997 sal-31 ta' Marzu 1999 irċieva Lm267. Il-kumpens għal sigħat żejda jingħata biss skond l-esiġenza u biex jitħaffef ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft report preparat mid-ditta Aspinwall & Co. Ltd għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar (Waste Management Subject Plan) imsemmi fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5864?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta' l-Ippjanar qiegħda fl-istadju li tipprepara Waste Management Subject Plan, liema pjan qed jiġi mħejji minn Aspinwall & Co. (ditta Ingliża b'esperjenza internazzjonali) u iffinanzjat minn diversi dipartimenti u aġenziji tal-Gvern. Dan il-Pjan beda f'Awissu ta' l-1998, iżda minħabba li ma kinitx teżisti Waste Management Strategy u l-informazzjoni dwar l-ammont ta' skart li jiġi prodott fil-Gżejjer Maltin minn sorsi differenti hija skarsa, l-Awtorita` talbet lil Aspinwall & Co. sabiex tħejji rapport preliminari dwar is-sitwazzjoni ta' Waste Management fil-Gżejjer billi tiffoka l-aktar fuq dawk 'l hekk imsejħa 'priority waste streams'. Dawn ġew identifikati flimkien mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u jinkludu skart mill-Ajruport, mill-biċċeriji, mill-portijiet, mill-isptarijiet, kif ukoll mill-industrija tal-kostruzzjoni.
Issa li tlesta l-'preliminary report' tfassal ukoll l-ewwel draft tal-'Waste Management Subject Plan' li bħalissa qiegħed jiġi rivedut mill-Aworita` ta' l-Ippjanar qabel ma ssir konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan.
L-Onor. Membru jifhem li għaldaqstant għal issa mhux f'pożizzjoni li nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.
28.04.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-operazzjoni ta' knee replacement fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru t'operazzjonijiet ta' Knee Replacement li qegħdin fuq il-'waiting list' bħalissa hu ta'687. Dawn huma mqassma skond kif ġej:-
Mr. C. Apap Bologna 48
Mr. A. Bermard 358
Mr. C. Grixti 56
Mr. C. Sciberras 95
Mr. F. Zammit Maempel 130
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar in-nefqa li qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għal xogħol ta' bankina ġewwa l-pjazza li tinsab f'nofs Triq Sant'Aristarkus?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor. Membru li jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx il-permess għal bdil ta' alignment tal-bankina li qiegħda ssir fil-Pjazza fi Triq Sant'Aristarkus, f'San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopji tal-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jaf il-Ministru li permezz ta' dan ix-xogħol qegħdin jitnaqqsu għaxar parking spaces?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-unika applikazzjoni li taffettwa l-alignment ta' Triq San Aristarkus, f'san Pawl il-Baħar hi applikazzjoni PA 1112/97 li saret fl-1997 mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Din l-applikazzjoni kienet għall-Kostruzzjoni ta' roundabout, għat-twessigħ tal-bankini u għal kostruzzjoni ta' traffic islands biex jiġi kontrollat it-traffiku. Fil-pjanti ma kienx indikat li se jintilfu xi parking spaces peress li s-sit huwa junction bejn ħames toroq.
Ninsab infurmat ukoll li l-permess inħareġ fit-3 ta' April 1997.
28.04.99
San Pawl il-Baħar — Triq Sant'Aristarkus - Bankina
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq approvax l-alignment mibdul għal bankina li qiegħda ssir fil-Pjazza fi Triq Sant'Aristarkus, San Pawl il-Baħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma kienx mitlub japprova bdil ta` rijalinjament tal-bankina msemmija mill-Onor. Interpellant. Mhux normali li meta jsir xi rijalinjament ta` bankini tintalab approvazzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq, ġaladarba ix-xogħol ikun qed isir mill-Kunsill Lokali f`żoni residenzjali li l-aktar li jkun jaf il-bżonnijiet partikolari tagħhom huwa l-istess Kunsill.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-karozzi GAL 249, LAG 242, HAA 958, u CAE 764 humiex mikrija mid-Dipartiment tat-Toroq? Minn liema kumpannija huma mikrija dawn il-vetturi? Meta nħarġet it-tender għall-kiri ta' dawn il-vetturi? Minn min jintużaw dawn il-karozzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-vetturi msemmija mill-Onor. Interpellant huma ta` dawn l-uffiċjali:
Darmanin Lawrence Senior Technical Officer HAA - 958
Brincat Anthony Technical Officer GAL - 249
Zammit Emanuel Ass. Technical Officer LAG - 242
Portelli Joseph Ass. Technical Officer CAE - 764
Dawn kienu jintużaw biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jaqdu d-dmirijiiet tagħhom fuq ix-xogħolijiet tad-Dipartiment sakemm ġew mibdula ma` karozzi oħra pprovduti mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-somma ta' Lm38 miljun li ssemmiet bħala valur ta' xogħlijiet għall-implimentazzjoni tal-masterplan għal Bieb il-Belt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf illi l-valur tax-xogħlijiet għall-implimentazzjoni tal-'Masterplan' għal Bieb il-Belt huwa mqassam kif jidher hawn taħt:
Opera House Site Lm13.5 million
Freedom Square Lm10.25 million
Valletta Entrance Lm 1.75 million
Valletta Ditch Lm 1.5 million
Bus Terminus & Traffic related works Lm 9 million
Other Works Lm 1.5 million
(Including deviation of services &
landscaping, surface improvements,
Planning fees, Infrastructural fees,
EIA and TIS studies),
Contingencies Lm 0.5 million
----------------
Lm38 million)
----------------
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5970, jista' l-Ministru jagħti d-data u l-isem tan-nutar li għamel il-kuntratt għat-trasferiment tal-Lukanda Verdala?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kuntratt li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ġie ppubblikat min-Nutar Peter Fleri Soler fis-26 ta' Marzu 1997.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Executive Steering Group li hemm riferenza għalih fi klawsola 9 fil-letter of intent li ngħatat lill-consortium MIDI huwiex kostitut? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri ta' dan l-iSteering Group?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Executive Steering Group, jew kif inhu magħruf issa, l-Government Negotiating Team, huwa kostitwit u huwa magħmul mill-Ministru għall-Ambjent, l-Avukat Ġenerali, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, l-Assistent Personali tal-Ministru għall-Ambjent, is-Sur Noel Borg, il-Professur Daniel Darmanin u l-Perit Damian Vella.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MIDI issottomettietx lill-gvern Financial & Marketing Brief skond kif stipulat fi klawsola 6 fil-letter of intent għall-iżviluppi ta' Manoel Island u Tigne' Point? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Financial and Marketing Brief ġie sottomess lill-Gvern. Dan ir-rapport kien suġġett għal xi reviżjonijiet u qiegħed jintuża mill-konsorzju MIDI għan-negozjati tagħhom mal-kredituri tagħhom. Għaldaqstant inħoss li m'huwiex prudenti li dan id-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'dan l-istadju minħabba l-informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali li l-Onorevoli Interpellant żgur jifhem li jista' jkun hemm.
Nixtieq pero' inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt li qiegħed jitħejja jassigura illi l-Gvern jista' jevalwa l-kredibilita' finanzjarja ta' l-iżviluppatur, liema kuntratt ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-approvazzjoni, fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir riċiklaġġ tal-karta fl-impjant ta' Sant'Antnin? Jekk fl-affermattiv, kemm inġabru flus kull ġimgħa minn dan il-bejgħ mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Min hu nkarigat minn dan il-bejgħ? Fejn qegħdin imorru l-flus minn dan il-bejgħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iva, ninsab infurmat illi qiegħed isir riċiklaġġ tal-karta. Il-karta qiegħda tinġabar u tittieħed fl-Impjant ta' Sant'Antnin fejn tintgħażel biex dik tajba għal riċiklaġġ fis-suq lokali tinbiegħ u l-parti l-oħra tiġi riċiklata f'kompost fl-impjant stess.
Il-valur tal-karta li nbiegħ kull ġimgħa huwa kif ġej:
Ġimgħa Numru 3 3,880Kg. Lm23.28
4 3,200Kg. Lm19.20
5 2,320Kg. Lm13.92
6 4,360Kg. Lm26.16
7 6,900Kg. Lm41.40
8 1,800Kg. Lm10.80
9 8,840Kg. Lm53.04
10 30,720Kg. Lm64.32
L-uffiċjal inkarigat mill-bejgħ ta' prodotti fl-impjant jgħaddi l-informazzjoni lis-sezzjoni ta' l-Accounts fil-Marsa minn fejn toħroġ l-invoice u jinġabar il-ħlas biex jiġi depożitat fil-vot tar-revenue.
Jista' l-Prim Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f'Villa Francia, Ħal Lija, sabiex tinżamm fi stat tajjeb peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiġrilha ħsara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li qed issir il-manutenzjoni meħtieġa minn żmien għall-ieħor biex l-istat ta' Villa Francia, Ħal-Lija ma jmurx lura.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5740?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-uffiċjali li wżaw il-karozzi tagħhom biex joħorġu fuq ix-xogħlijiet huma dawn:
Mr H. Sultana A & CE Chief Architect & Civil Engineer
Mr C. Grech A & CE Junior Architect
Ms A. Demicoli A & C Junior Architect
Mr L. Darmanin Senior Technical Officer
Mr A. Brincat Technical Officer
Mr J. Portelli Assistant Technical Officer
Mr E. Zammit Assistant Technical Officer
Dan kellu jsir sakemm inħarġet is-sejħa għall-offerti biex il-ħtiġijiet tad-Dipartiment f`dan ir-rigward ikunu milħuqa.
L-uffiċjali nkwestjoni jiġu pprovduti bil-`fuel` u jieħdu `allowance` ta` Lm4.00 kuljum, li fil-każ tal-periti tkopri sebat ijiem fil-ġimgħa fil-waqt l-uffiċjali l-oħra l-`allowance` hi għal ħamest ijiem u li minnhom jitnaqqsu l-ġranet li t-trasport ma jintużax meta l-uffiċjali jkunu `leave` jew `sick leave`.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5741?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li x-xogħol ta' restawr fuq il-monumenti arkitettoniċi pubbliċi fl-inħawi ta' l-Imdina u tar-Rabat jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru ta' l-Ambjent.
Għal dan l-iskop il-Gvern diġa' ddikjara li fi żmien qasir ħafna se jibda Proġett ta' Riabilitazzjoni Għall-Imdina u r-Rabat fuq l-istess mudell ta' proġetti simili fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta u tal-Kottonera.
Ix-xogħol ta' dan il-proġett - li jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru ta' l-Ambjent - huwa li jniedi strateġija ġenerali għall-konservazzjoni tal-wirt storiku taż-żona in-kwistjoni, u li jiddirieġi x-xogħol kollu ta' restawr li huwa meħtieġ f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5742?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5742 diġa ngħatat f`seduta 79. Li nista nżid huwa li bħala parti mit-`trials` l-esperti Ġermaniżi qed jimmonetarjaw il-`performance` tat-triq fejn ingħata l-wiċċ il-ġdid ta` l-asfaslt sabiex eventwalment l-analiżi li hemm bżonn toħroġ tkun kompluta kemm jista` jkun.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' trinek u twaħħil ta' arbli għal traffic lights huwiex qiegħed isir mill-kuntrattur u mhux mill-ħaddiema tal-gvern kif kien isir qabel? Liema kuntrattur qiegħed jagħmel dan ix-xogħol u b'liema mod ġie magħżul?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ngħata kuntratt wara sejħa għall-offerti biex isir xogħol fuq twaħħil ta` arbli u `ducts` għall-`cables` għal stallazzjoni ta` `Pelican Lights` fi tmien lokalitajiet, wara li d-Dipartiment kien infurmat li l-ħaddiema li kienu jagħmlu dan ix-xogħol kienu tqabbdu jagħmlu xogħol ieħor ta` manutenzjoni.
Saru żewġ sejħiet għal offerti wara li fl-ewwel sejħa ma kienu intefgħu l-ebda offerta. Wara t-tieni sejħa, x-xogħol ingħata lill-Polidano Bothers Ltd. li l-offerta tagħhom kienet 28% taħt l-istima tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5622?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nikkonferma li x-xogħol li qed jagħmlu bħalissa huwa relatat mal-kwalifiki li qed jingħataw 'allowance' għalihom
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li huma kwalifikati fihom l-impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li għalihom igawdu minn allowance għal degree jew diploma? X'inhu x-xogħol relattiv li dawn l-impjegati qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5613.