Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn il-Gvern u s-supply facilitators li sar fil-bidu ta' din is-sena skolastika? F'liema skejjel jinstabu dawn il-facilitators? X'jiġri f'każi fejn l-istudenti għal xi raġuni ma jattendux l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-supply kindergarten assistants li ġew ingaġġati fil-bidu ta' din is-sena skolastika jistabu kif jieher fil-lista li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Meta l-istudenti ma jattendux l-iskola, is-supply kindergarten assistant jattendu l-iskola u jagħmlu dak ix-xogħol relatat mal-grad tagħhom kif ikun meħtieġ u indikat lilhom mill-Kap ta' l-iskola.
Kopja ta' l-ittra ta' l-ingaġġ ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6177 tfissirx li sal-lum, ħafna min wara l-consortium MIDI ingħata letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Court, għadha ma ġietx sottomessa l-ebda tip t'applikazzjoni għall-iżvilupp lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6177.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6267, jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna responsabbli mill-ħaddiema tal-plumbing section li taħt is-superviżjoni tiegħu sar xogħol ħażin f'Marsaxlokk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onor. Interpellant kien il-Ministru responsabbli meta saru x-xogħlijiet in kwistjoni, u f'kull każ ma naħsibx li jkun etikament korrett li nagħti dettalji fuq persuni partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il residenza se taffettwa l-link road ġdida konnessa mal-proġett ta' Manoel Island fi Triq Luqa Briffa fil-Gżira?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din l-informazzjoni tkun tista tiġi stabbilita meta jintemmu l-konsultazzjonijiet mal-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar minn fejn preċiż ser tgħaddi t-triq.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 6496, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-kumitat li se jaġġudika s-sottomissjonijiet dwar il-proġett "Connections"? Meta hu maħsub li se jiġi ppreżentat dan ir-rapport lill-gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-membri tal-kumitat huma:
Il-Perit Vincent Cassar bħala Chairman
Is-Sur George Micallef bħala rappreżentant tal-Ministeru tat-Turiżmu
In-Nutar Vincent Miceli bħala rappreżentant tad-Dipartiment ta' l-Artijiet
Il-Perit George Cilia bħala rappreżentant ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar
L-Avukat Edward Woods bħala rappreżentant tal-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni
u l-Professur Daniel Darmanin.
Ma ġiet iffissata l-ebda data meta l-Bord għandu jippreżenta r-rapport tiegħu iżda dan hu mistenni fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 6179 għax ir-risposta li ngħatat ma taqbilx ma' l-informazzjoni li ntalbet f'din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6179.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġew towed away mit-toroq matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull xahar separatament? Minn liema lokalitajiet ittieħdu dawn il-vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
03.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex hemm differenza tant kbira fir-rata ta' bejgħ ta' karta għar-riċiklaġġ kif muri fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6013?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-rata ta' bejgħ ta' karta għar-riċiklaġġ tiddependi mill-ammont u kwalita' li tiġi provduta kif ukoll mid-domanda ta' dak il-perjodu partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard? Meta hu ppjanat li se jitlestew dawn ix-xogħlijiet? Dawn ix-xogħlijiet jinkludu bini mill-ġdid tal-ground tal-football? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi x-xogħlijiet kollha proposti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li qiegħed isir fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard jikkonsisti fil-bini ta' sular addizzjonali fuq il-blokk tal-Kindergarten flimkien ma' xogħlijiet ta' finitura u servizzi fl-istess sular kif ukoll xogħlijiet ta' riabilitazzjoni fis-sular t'isfel ta' l-istess blokk u taż-żewġ blokki eżistenti. Inbena wkoll 'linking corridor' li jgħaqqad it-tlett blokki li fil-preżent qegħdin isiru xogħlijiet ta' servizzi u finatura fuqu kif ukoll għaddej ix-xogħol ta' bini ta' sala li 'l quddiem ikunu jridu jsiru xogħlijiet simili fuqha. Il-konkos ta' l-art u landscape areas sejrin jiġu mtejba bħala parti mill-istess xogħlijiet.
Hu antiċipat li x-xogħlijiet kollha ta' ġebel u saqaf jitlestew sa l-aħħar ta' Lulju 1999 filwaqt li dawk ta' servizzi u finitura li qegħdin isiru f'fażijiet biex l-andament ta' l-iskola ma jitħarbatx hu antiċipat li jitlestew sa' l-aħħar ta' Frar 2000.
Ix-xogħlijiet ma jinkludux il-bini mill-ġdid tal-'ground'. Għal dan l-iskop għad trid issir applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isir it-tkabbir tal-'ground' eżistenti kif ukoll biex 'il quddiem toħroġ l-offerta relattiva għal dan ix-xogħol li jkun jista' jitwettaq skond l-allokazzjoni finanzjarja li jkollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Ta' min wieħed isemmi li l-materjal fil-'ground' la darba jitlestew ix-xogħlijiet ta' ġebel u saqaf fuq il-bini tas-sala sejjer jitneħħa u l-istess 'ground' jiġi mnaddaf. Kopja tal-pjanta li turi x-xogħlijiet kif proposti qiegħdha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pero' din ma tinkludix ix-xogħlijiet ta' l-estensjoni tal-'ground' peress li l-pjanti relattivi għad iridu jsiru.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-evalwazzjoni tal-proġett "Connections"?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li l-proċess ta' evalwazzjoni għadda mill-ewwel stadju ċioe' ta' 'shortlisting' fejn ġew magħżula tlett konsorzja issa l-Gvern waqqaf kumitat ieħor li għandu jidħol aktar fid-dettal fis-sottomissjonijiet li ġew proposti biex dan l-istess kumitat ikun jista' jindika lill-Gvern liema konsortium huwa l-iżjed idoneu biex il-Gvern ikun jista' jibda diskussjonijiet miegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tinġabarx statistika dwar kemm hemm persuni Maltin miżżewġin barranin f'Malta? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan in-numru u jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nazzjonalita' tal-barranin?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jiġborx statistika ta' dan it-tip. Tinżamm statistika dwar in-numru ta' żwiġijiet li jinvolvu persuni barranin. Din ix-xorta ta' statistika bdiet tinġabar għall-ewwel darba fl-1997. Matul dik is-sena 249 raġel u 179 mara ta' nazzjonalita barranija iżżewwġu f'Malta.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-ammont ta' overtime approvat sal-lum mid-direttur tad-dipartiment ta' l-anzjani fuq il-proġett tad-djar tax-xjuħ f'Bormla? Min qiegħed jibbenefika minn dan l-overtime?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fuq il-proġett tad-djar tal-Anzjani f'Bormla ġiet approvata s-somma ta' Lm4,849 għall-perjodu minn Ġunju 1996 sa Marzu 1999. Il-persuni li ħadmu din is-sahra kienu dawn:
1 Architect & Civil Engineer
1 Technical Officer
1 Works Technical Officer
1 Principal Technical Officer
1 General Hand
1 Health Attendant
1 A.W.T.S.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-consortium MIDI li ngħata letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point issottomettiex outline scheme plants skond klawsola nru. 1? L-outline scheme plans ġew approvati mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, saret applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif stipulat fi klawsola 5? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-outline scheme plans maqbula fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixteq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati fuq l-arranġamenti spjegati fil-letter of intent li bagħat il-Gvern lill-Consortium għadhom għaddejjin.
Għalhekk l-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata meta dawn in-negozjati jiġu fi tmiemhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni li turi l-approvazzjoni tal-gvern għal bdil li sar fil-membri tal-consortium MIDI li ngħataw letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6177 (Seduta 86).
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5896, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Attachments A, B u C li hemm riferenza għalihom fil-letter of intent li ġiet iffirmata mal-consortium MIDI?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6177 (Seduta 86).
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għal xiri ta' proprjeta' tal-gvern fir-Rabat (AD290)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-riferenza imsemmija AD 290 hija l-'code' tal-formola. L-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħti r-riferenza tal-'file' jew l-isem u l-indirizz tal-persuna konċernata jew Numru tal-Karta ta' l-Identita' ħalli l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tagħti l-informazzjoni mitluba.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' service connection mal-main ta' l-ilma fi Triq ix-Xatt tas-Sajjieda, Marsaxlokk konness max-xogħol ta' embelishment, sarx mill-kuntrattur jew mill-ħaddiema tal-gvern? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol li sar kienx ta' kwalita' tajba jew kellux jerġa' jinqala'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' service connection mal-main ta' l-ilma fi Triq ix-Xatt tas-Sajjieda sar mill-ħaddiema tal-plumbing section fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet taħt is-superviżjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Irriżulta li parti minn dan ix-xogħol ma kienx sodisfaċenti u kellu jerġa' jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol (part 2) fl-aħħar ta' Jannar 1999?
Għal-liema tip ta' xogħol qegħdin jirreġistaw għax-xogħol dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni parti tar-reġistru (part 2) fl-aħħar ta' Diċembru 1998 kien ta' 473.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi għall-liema tip ta' xogħol kienu qegħdin jirreġistraw.
28.4.99