Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8067 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Club tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma r-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 7695 ċioe' li l-club tar-regatta tal-Birgu mhux se jkun affettwat mill-proġett tal-Kottonera peress li mill-pjanti li tħejjew mill-consortia jidher li l-club tar-regatta se jitwaqqa' u jiġi rilokat a spejjeż tal-Gvern sabiex f'postu tinbena parking area?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Club tar-Regatta tal-Birgu mhux inkluż fl-area li għaddiet għand il-Consortium mal-kuntratt li sar. Għalhekk il-pożizzjoni tal-gvern hija kif diġa' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 7695.
Leg 9 PQ #8141 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Twessigħ ta' Triq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 7721 peress li skond ir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7863, din il-materja taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Fgura — Triq Carmel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-talba għat-twessigħ ta' Carmel Str, Fgura (WD 2328/90) ma ġietx implimentata meta l-bini li jrid jitwaqqa' jinsab fi stat perikoluż strutturalment u ta' periklu kbir għal min bħalissa jokkupah?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-proġett qed jitwettaq mill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostrużżjoni, illum mill-Ministeru ta` l-Ambjent u l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7723 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Palazz ta' San Anton — Fanali

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-fanali li ntużaw fl-embellishment work li sar fl-area tal-Palazz ta' San Anton, Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsill Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.

Dingli — Triq Pawlu Ebejer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir ix-xogħol fuq ir-retaining wall fi Triq Pawlu Ebejer, Dingli qabel ma jsir xogħol ta' tarmac minħabba li dan il-ħajt jinsab fi stat strutturali perikoluż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma jirriżultax li dan l-ħajt qatt kien ippjanat li jinbidel iżda tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel l-ispezzjonijiet li hemm bżonn biex jiġi determinat jekk hemmx xi periklu.

Dingli — Triq Claudette Agius

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' water culvert fi Triq Claudette Agius, Dingli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol tal-water culvert mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #7647 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Korsijiet fil-Middle Management

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 7463, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibdew dawn il-korsijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li diskussjonijiet dwar meta se jibdew dawn il-korsijiet għadhom għaddejjin.

WSC/Enemalta — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 7462?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kontijiet tad-dawl u ilma għas-settur domestiku bdew jinħarġu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju.
Leg 9 PQ #7719 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — PA 5605/96

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar PA 5605/96 sal-lum għadha ma ġietx ipproċessata minkejja li ilha madwar tliet snin li ġiet sottomessa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet dwar estensjoni għall-bini eżistenti li jinsab barra miż-żona ta' l-iżvilupp. Id-Direttorat ta' l-Ippjanar ried jistabilixxi jekk il-bini eżistenti kienx inbena bil-permess. Meta l-perit kien intalab jipprovdi kopja tal-permess, hu kien indika li l-bini kien tela` 'l fuq minn tletin sena ilu u għalhekk ssottometta kopja ta' survey sheets(1968) li kienu juru l-bini eżistenti. Ninsab infurmat li għaldaqstant id-Direttorat ta' l-Ippjanar irrakkomanda l-iżvilupp propost u qed jistenna r-rapport tad-D.P.A. biex jintbagħat lill-perit għar-rimarki tiegħu.

Djar — Xiri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-applikazzjoni għal xiri ta' appartament skond Skema I (HA App. 2263) fir-Rabat inżammet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tal-Art ma tax l-awtoriżżazzjoni għall-bejgħ ta' din il-proprjeta' peress li hemm xi diffikultajiet fuq l-art li fuqha hemm mibnija din il-proprjeta'. 14.6.99
Leg 9 PQ #7721 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Twessigħ ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-talba għat-twessigħ ta' Carmel Street, Fgura (WD 2328/90) ma ġietx implimentata meta l-bini li jrid jitwaqqa' jinstab fi stat strutturali perikoluż u ta' periklu kbir għal min bħalissa jokkupah?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Dingli — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol f'ċerti toroq f'HOS, Phase III, Dingli, fosthom Triq il-Mediterran, Triq Claudette Agius, Triq Pawlu Ebejer u Triq Bir Mirdum, ġie abbandunat? Meta se jitkompla x-xogħol f'dawn it-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma jirriżultax li x-xogħol f`dawn it-toroq huwa abbandunat, anzi jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kellu jitlob l-approvazzjoni tad- Direttur tal-kuntratti biex il-kuntratt l-antik jinkludi wkoll ix-xogħol f`dawn it-toroq.

WSC/Enemalta — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għas-settur domestiku peress li dawn ilhom biex jinħarġu għal diversi xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7463 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Korsijiet fil-Middle Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena d-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi huwiex beħsiebu jorganizza korsijiet fil-Middle Management bħalma kien sar fi żmien preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet bi ħsiebha torganizza kemm kors ieħor fil-Middle Management bħalma kien sar fi żminijiet preċedenti kif ukoll torganizza kors ta' grad għola għal dawk l-impjegati li temmew b'suċċess l-ewwel kors.
Leg 9 PQ #7487 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każijiet li qegħdin jiġru fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard fejn tfal ta' eta' żgħira ħafna qegħdin jiġu mġiegħla jġorru għamara tqila fil-klassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola ta' Ħ'Attard bħalissa qed isir xogħol ta' kostruzzjoni u ta' manutenzjoni. Tfal minn Year V ġew mitluba biex joħorġu s-siġġijiet mill-klassijiet tal-Year 1 u jtellawhom fil-klassijiet il-ġodda. Id-daqs ta' dawn is-siġġijiet huwa ħafna iżgħar minn dak ta' siġġijiet normali. It-tfal ma ġewx imqabbda jġorru mwejjed jew għamara oħra.
Leg 9 PQ #7001 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti mediċini li jqumu ammont konsiderevoli ta' flus bħal Atenol 10mg tabs, Losec 20mg caps. u Prepulsid 10mg tabs ma jinstabux b'mod regolari fl-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dan l-aħħar ma kienx hemm rapporti ta' nuqqas tal-mediċini Omeprazole 20mg capsules (Losec), Atenolol 100mg tablets u Cisapride 10mg tablets (Prepulsid) mill-ispiżerija ta' L-Isptar San Luqa. Il-mediċini Omeprazole u Cisapride jiġu approvati u mixtrija għall-pazjenti individwali.
Leg 9 PQ #7002 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Inġiniera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inġiniera fi ħdan id-dipartimenti fid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi għandhomx id-dritt ta' aċċess għall-internet? Liema inġiniera jgawdu minn din il-faċilita' sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, l-użu ta' l-Internet huwa mxerred kullimkien u huwa bżonnjuż u għalhekk ma hemmx xi prerogattiva ta' xi distinzjoni għall-użu tiegħu fuq xi klassi jew oħra. Madankollu lanqas hemm xi dritt awtomatiku ta' aċċess. Dan l-aċċess jingħata fejn ikun hemm bżonnu u fejn ikun meħtieġ. Bħalissa hemm tmienja (8) minn total ta' sittax (16)-il inġiniera li għandhom dan l-aċċess. Ma nħossx li huwa korrett li noqogħdu nagħtu elenku ta' ismijiet ta' dawn l-inġiniera. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi każ partikulari ta' xi inġinier li lilu ġie miċħud dan l-aċċess huwa mitlub li jinfurmani separatament.
Leg 9 PQ #7003 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dipartiemnti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu mill-allowance għal degree jew diploma li għandhom? Min huma dawn l-impjegati, f'liema dipartimenti jaħdmu, x'inhu x-xogħol u l-grad li għandhom u x'inhu d-degree jew diploma li għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-numru ta'impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Ambjent li jgawdu mill-allowance għal degree jew diploma li għandhom huwa ta' 31. Dawn huma: TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET ISEM DIPARTIMENT DEGREE/ GRAD DIPLO Cachia Fearne Joseph Dir Gen's Off. Dottorat A & CE Attard John Drainage Master Snr A & CE Debattista Mary Ministeru '' Snr Principal Debono Oliver Bldg Eng '' '' Borg Claude '' '' A & CE Camilleri Em. Dir Gen Off. '' Snr Principal Camenzuli Althea Bld & Eng '' Snr A & CE Barbara Carmelo Constr & Maint '' Chief A & CE Buhagiar George Bld & Eng '' '' Ellul Frederick '' '' A & CE Gatt Kevin Ministeru '' A & CE Vassallo Grant A.On paid study leave '' Snr Principal Valentino John Bld & Eng '' Snr A & CE Gatt Norbert '' '' A & CE Ciantar Christ. Manuf Serv '' Engineer Schembri Philip Bld & Eng '' Snr Engineer Cassar Charles Constr & Maint 1st Degree Chief A & CE Coleiro Ivan Bld & Eng '' Snr A & CE Gatt Joseph Dir Gen '' Asst Librarian Borg Grech Jos Constr & Maint '' Snr A & CE Saliba Paul Bld & Eng '' STO Muscat Raymond '' Diploma Snr Eng Borg Raymond Dir Gen '' Book Binder Busuttil Alex Bld & Eng '' Tech Off Jones Raymond Accounts '' E O Ruffini Dorraine Ministeru '' Clerk Tabone Raymond Bld & Eng '' STO DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT ISEM TAQSIMA DEGREE/DIPLOMA XOGĦOL A E Baldacchino Biodiversity MSc (Env Man & P Env Off Planning) Jos M Callus Pollution BSc (Hons) '' Control Co- Ordinating Unit Prassede Grech Marine MSc Biol Env Off Pollution Juliet Fava Salaries & BA (Hons) EO Accounts Public Policy
Leg 9 PQ #7004 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Technical officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm technical officers u assistant technical officers mad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, kull dipartiment separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent hawn dawn it-Technical Officers u Assistant Technical Officers: TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET DIPARTIMENT ASST TECH OFFICER TECH OFFICER Bldg & Eng 10 24 Bldg Constr & Ind 1 - Constr & Maintenance 10 13 DG's Office 4 11 Finance & Adm - 1 Drainage 18 11 Districts 25 14 Manufacturing & Serv 44 15 Ministry for the Env - 4 Operating Units 5 3 -------------------------------------- TOTAL 117 96 -------------------------------------- BICC - 1 DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT 7 1
Leg 9 PQ #7070 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi xoljiet il-Project Management Office li kien imsemmi fil-bini ta l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-F.M.S. ma għandha l-ebda relazzjoni kuntrattwali mal-`Project Management Office` (P.M.O.) u għal daqstant ma xoljietx l-P.M.O. Il-ftehim għat-tmexxija tal-proġett kien mal-`Malta University Services Limited` (M.U.S.). L-F.M.S. itterminat dan il-ftehim bi preparazzjoni għall-kuntratt ta' `Design and Built' u anke għaliex l-iskop tal-P.M.O. kif maħsub taħt il-kuntratt l-antik (measured contract) ma japplikax għal kuntratt l-ġdid.