Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10179 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kumitat ta' tmexxija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9925, jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-kumitat tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali humiex rappreżentanti ta' xi dipartiment jew ġewx magħżula f'kapaċita' personali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9925 il-Kumitat tal-Park Nazzjonali huwa kompost minn: Chairman Sur Joseph M Mallia Principal Environment Officer - Ministeru għall-Ambjent Membri Sinjorina Marie Louise Caruana BE&A(Hons) A&CE - Ministeru għall-Ambjent Sur Robert Abela - kapaċita' personali Sur Ronnie Galea - kapaċita' personali Sur Anthony Bezzina - kapaċita' personali
Leg 9 PQ #10032 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Dipartiment tat-Toroq - Diretturi

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal post ta'direttur fid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm erba applikazzjonijiet għall-post ta' Director (Roads).
Leg 9 PQ #10033 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Suldati — Eżamijiet

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kandidati li għaddew mill-ewwel parti ta' l-eżami (physical efficiency test) għall-ingaġġ ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta (1999)?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif weġibt għall-aħħar parti tal-mistoqsija numru 9882, dettalji u analiżi dwar kull parti tar-riżultat ikunu jistgħu jingħataw wara li jiġi ppublikat ir-riżultat finali.
Leg 9 PQ #10035 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Vetturi ta' l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-gvern mingħand is-sidien tal-vetturi li jdaħħlu l-iskart il-Magħtab? Kemm hemm vetturi li huma reġistrati li jdaħħlu skart fil-Magħtab? Kemm iddaħħal skart fil-Magħtab f'dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li l-Gvern għandu jieħu mingħand is-sidien tal-vetturi li jdaħħlu l-iskart il-Magħtab jammonta għal Lm432,048.23. In-numru ta' vetturi li huma reġistrati li jdaħħlu skart il-Magħtab huwa 1,693. 1,125,695 tunellata ta' skart iddaħħal il-Magħtab f'dawn l-aħħar 12-il xahar.
Leg 9 PQ #10132 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Bord tal-Bennejja — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent il-Bord tal-Bennejja, li jagħmel eżamijiet għall-għoti ta' liċenzja ta' bennej, jaċċettax applikazzjonijiet minn persuni li mhumiex ċittadini Maltin? Jekk fin-negattiv, jekk Malta issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, dan it-tip ta' eżami jkun miftuħ għaċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-għoti ta' Licenzja ta' Bennej hija regolata mil-Liġijiet tal-Pulizija Kap 10, Taqsima V Artikolu 95. F'dan l-Artikolu ma hemm xejn li jirrestrinġi persuni li ma għandhomx ċittadinanza Maltija milli japplikaw għall-għoti ta' Liċenzja ta' Bennej.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fis-Sebgħa Distrett Elettorali, kull lokalita' separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu 1999 fis-sebgħa distrett elettorali kien kif ġej: LOKALITA' AWISSU 1999 _________ ___________ Żebbuġ 220 Siġġiewi 168 Attard 74 Dingli 45 Qrendi 72

Toroq — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-interpellanza numru 5129, jista' l-Ministru jgħid kif u fejn intuża l-vot ta' Lm2,000,000 li suppost intuża f'restoration works fis-Salina? Kemm intnefaq minn dan il-vot sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq indikata fir-risposta u l-valur tax-xogħol jinvolvi x-xogħol kollu li għad irid isir fuq din it-triq. Sa issa ntefqet is-somma ta' madwar Lm 167,000.

Furjana — Triq Sant'Anna - Subways

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' riabilitazzjoni tas-subways fi Triq Sant'Anna, Furjana? X'se jsir minn dawn is-subways? Meta se jitlesta x-xogħol li jrid isir u x'inhuma x-xogħlijiet li jonqos isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa sar xi tindif mid-divizjoni tax-xogħolijiet, iżda l-Kunsill Lokali tal-Furjana għandu proposti biex it-tiswija u l-manutenzjoni tas-`subways` ikunu sponsorjati mill-privat u għalhekk il-Kunsill qiegħed jaħdem biex jara jirnexxilux iwettaq dan il-pjan.
Leg 9 PQ #9949 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Composting Ecopod

Question

Ġaladarba s-sistema tal-composting ecopod ġiet imħaddma b'suċċess, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din is-sistema tintuża f'lokalitajiet oħra? Kemm hu l-persentaġġ ta' skart domestiku li qiegħed jiġi ittrattat bħalissa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li is-sistema Eco-Pod composting bħalissa qiegħda tiġi użata biex jiġu proċessati madwar 400 tunellata ta' materjal organiku fil-limiti tal-miżbla tal-Magħtab. Peress li din is-sistema tirrikjedi ħafna spazju, ma tistax tinżamm konsistenti r-rata ta' proċessar tal-materjal organiku. Għalkemm intlaħaq il-persentaġġ ta' 37% matul diversi perjodi, il-persentaġġ globali milħuq sa issa matul din is-sena huwa ta' madwar 20%

Attard — Wied is-Sewda - Xatbiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9307?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma deherilha li s-sistema ta' sorveljanza fuq il-widien li kienet tintuża ma kienitx adattata u kienet ukoll tinvolvi ħafna spejjeż. Jiena nfurmat ukoll li l-Korporazzjoni kienet bdiet taħdidiet mal-Ministru ta' l-Ambjent biex tara kif l-aħjar dan ix-xogħol isir u min għandu jiffinanzjah.

Mapep ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mapep li juru t-toroq arterjali u distributorji ta' pajjiżna li għadhom kif tlestew? Fejn ġew printed dawn il-mapep? X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol ta' printing?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-istampar tal-mapep sar fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali waqt il-ħin tax-xoghol. Huwa stmat li, barra l-ħin, kien hemm spiża ta` LM 798 ghall-karti u linka tal-plotter.
Leg 9 PQ #10004 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta — Wiring

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kienx favur li jdaħħal is-servizz tal-cable television permezz ta'cables imwaħħla mal-ħitan, meta kien l-istess kumitat li kien tant kontra il-cables tat-telephone u tant ħadem u għamel pressjoni sabiex dawn il-cables jitneħħew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta dejjem sostna u għadu jsostni li l-wiring kollu li hemm 'overhead' għandu jitneħħa. Il-VRP ta l-kunsens tiegħu lil Melita Cable biex jagħmlu sistema temporanja ta' 'overhead wiring' bil-patt li la darba l-'wiring' tat-telefones jitneħħa, l-'wiring' tagħhom ukoll irid jitneħħa.

Attard — Wied is-Sewda - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 9303 peress li minkejja l-waqfa tas-sajf għadu ma nstabx ħin sabiex tingħata risposta għal din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tinsab f'diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi u dak ta' l-Ambjent sabiex tara kif u minn min dan ix-xogħol ser jiġi ffinanzjat. Għaldaqstant għadu prematur biex wieħed jagħti risposta.

Mosta — Triq Ġdida fi Triq il-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb ssir Triq Ġdida fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta peress li hemm ħafna residenti joqogħdu f'din it-triq u l-istat tagħha qiegħda tikkawża inkonvenjent kbir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Ġdida fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ġiet indikata mill-Kunsill Lokali lid-Dipartiment tat-Toroq biex tkun inkluża fil-lista tax-xogħolijiet.

Wied is-Sewda — Pontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru iż-żewġ pontijiet f'Wied is-Sewda, li kienu ppjanati bħala parti mix-xogħol ta' rehabilitation ta' dan il-wied?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #9925 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kumitat ta' tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-kumitat ta' tmexxija tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali? Jekk fl-affermattiv, minn min hu kopost dan il-kumitat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kumitat ta' tmexxija tal-Park ta' Ta' Qali twaqqaf u dan huwa kompost minn: Chairman Sur Joseph M Mallia Principal Environment Officer Ministeru għall-Ambjent Membri Sur Robert Abela Sur Ronnie Galea Sinjorina Marie Louise Caruana BE&A(Hons) A&CE Ministeru għall-Ambjent Sur Anthony Bezzina
Leg 9 PQ #9926 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta' l-Għażla — Sponsorship fil-Master Degree

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista dettaljata (isem, grad u kwalifiki) tal-persuni li ġew magħżula mill-Bord ta' l-Għażla għal sponsorship fil-Master Degree in Business Administration għal din is-sena? Fuq liema kriterji saret l-għażla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant. Minbarra l-kriterji mniżżla fiċ-Ċirkolari MPO 53/99 li tagħha ukoll qiegħed nagħti kopja, kien hemm kriterji oħra li ġew stabbiliti mill-Bord ta' l-Għażla. Dawn kienu:- kwalifiki u potenzjal akkademiku; kapaċita, motivazzjoni u potenzjal għall-avvanz f'karigi għolja fis-Servizz Pubbliku; esperjenza ta' xogħol u żvilupp fil-karriera.
Leg 9 PQ #9927 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6280, jista' l-Ministru jispjega għaliex ix-xogħol ta' ġebel u saqaf fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard ma tlestiex sa l-aħħar ta' Lulju 1999 kif kien ġie mwiegħed fl-istess risposta? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur waqa' lura fil-programm tax-xogħol. Madanakollu, informat ukoll li din il-fażi tkun kompluta sa l-aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena. Qed ninvestiga r-raġunijet għad-dewmien.

Dipartiment tat-Toroq — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal post ta' direttur fid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-applikażżjonijiet ntlaqgħu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk dan il-Ministeru mhux f`pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.