Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-Imtarfa tinqata minn mar-Rabat u jkollha l-kunsill lokali tagħha? Jekk fl-affermattiv meta hu ppjanat li jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi ghall-White Paper pubblikata f`Ġunju 1999.
B'riferenza għall-kompożizzjoni tal-Management Committee tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali, fuq liema kriterji ġew magħżula l-persuni li huma membri fil-kapaċita' personali tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ħassejt illi l-persuni magħżula jistgħu jagħtu kontribut validu fuq dan il-kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' embellishment fl-areas turistiċi għadux jiġi mmexxi minn Action Committee kif kien isir qabel?
Jekk fl-affermattiv, minn min huma iffurmati l-Action Committees ta' Buġibba, tas-South u ta' San Ġiljan/Tas-Sliema?
Min jieħu d-deċiżjoni finali fuq ix-xogħlijiet li jridu jsiru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Action Committees li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu inkorporati fl-Embellishment Committees li twaqqfu mill-Ministeru għall-Ambjent biex jippjanaw, jiddisinjaw u jesegwixxu proġetti ta' embellishment.
L-Embellishment Committees li hemm bħalissa huma dawn:
St. Julian's Embellishment Committee
South Embellishment Committee
Sliema Embellishment Committee
Buġibba Embellishment Committee
Il-persuni li jiffurmaw dawn il-kumitati jinkludu rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ambjent u mill-Ministeru tat-Turiżmu, minn dipartimenti u taqsimiet li jistgħu jkunu involuti f'din il-ħidma, rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali (is-Sindki), u minn rappreżentanti mis-settur turistiku.
B'konsultazzjoni ma' l-istess Embellishment Committees, huwa l-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet finali fuq ix-xogħlijiet li jridu jsiru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru żammx in-negozjanti li kellu fuq Action Committee li jieħdu ħsieb l-upgrading ta' l-areas turistiċi?
Jekk fl-affermattiv, min hu r-rappreżentant fuq l-Action Committee ta' Buġibba, tas-South u ta' San Ġiljan/Tas-Sliema?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-'Action Committees' li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant kienu nkorporati fl-'Embellishment Committees' li twaqqfu mill-Ministeru għall-Ambjent biex jippjanaw, jiddisinjaw u jesegwixxu proġetti ta' 'embellishment'.
Jien infurmat li l-persuni li qabel kienu fl-'Action Committees' u issa huma fl-'Embellishment Committees' huma:
'St Julian's Embellishment Committee': is-Sinjuri Peter Bonello, David Camilleri, Paul Camilleri, Philip Fenech, Patrick Grixti, George Micallef u Edwin Mintoff.
'South Embellishment Committee': is-Sindki ta' Birżebbuġa, Marsaskala u Marsaxlokk.
'Sliema Embellishment Committee': is-Sinjuri Joe Bondin, Albert Bonello du Puis, Vincent Camilleri, Anthony Chircop, Patrick Grixti, George Micallef, Joe Preca, George Schembri u Julian Zammit.
'Buġibba Embellishment Committee': is-Sinjuri George Micallef u Winston Zahra, u s-Sindku ta' San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' xogħlijiet li jrid jitħallas lill-kuntratturi tat-toroq, kull kuntrattur separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba teħtieġ li jiġu spezzjonati u ċċertifikati diversi xogħolijiet li twettqu jew qed iwettqu d-diversi kuntratti. Għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ta' xogħlijiet f'toroq ġew maħruġa matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Kemm kien il-valur ta' kull tender, lil min ġie awarded u kemm-il kuntratt ġie mibdi sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tal-gvern u tal-kumpanniji parastatali għal VRT test sal-lum? Kemm minn dawn il-vetturi nstabu f'kondizzjoni sodisfaċenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet għad m'għandiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlitx il-policy tal-Buġibba Action Committee dwar il-kiosks fuq il-promenade f'Buġibba peress li jidher li xi wħud qegħdin jerġgħu jtellgħu l-kiosks tagħhom fil-pożizzjoni li kienet qabel ma sar il-proġett ta' Buġibba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li waħda mill-kiosks ġiet imressqa minn postha mis-sidien u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar immedjatament ħa passi mal-Pulizija dwar dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' mains ta' ilma li ġew mibdula u kemm saru ġodda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bejn Settembru 1998 u Settembru 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u teġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Artijiet biddilx il-policy tiegħu dwar il-kiosks ta' Buġibba peress li qiegħed jidher li xi sidien qegħdin ipoġġu l-kiosks tagħhom fil-pożizzjoni li kellhom qabel ma sar il-proġett ta' Buġibba?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar il-kiosks ma inbidlitx.
Pero` ninsab infurmat li operatur ta' kiosk f'Buġibba ċaqlaq il-kiosk tiegħu mingħajr permess u d-Dipartiment qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex din titneħħa.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li saret il-bidla fil-formulazzjoni tal-kumitat tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali, fis-sens li tneħħew ir-rappreżentanti tad-diversi dipartimenti? X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat kif ġie iffurmat issa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ridt li nifforma l-kumitat bil-mod kif weġibt f'Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti fuq bażi temporanja, bil-ħsieb iżda li jiddaħlu mill-ġdid rappreżentanti tad-dipartimenti fi stadju ulterjuri.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fuq l-upgrading tal-junction fejn l-Isptar Monte Carmeli flimkien ma' diversi toroq f'Ħ'Attard waqa' tant lura u donnu ġie sospiż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor Interpellant huwa kopert minn kuntratti mogħtija lill-kumpaniji RiteMix Ltd u Roads Group Ltd rispettivament. Xogħol ta' twittija tat-toroq residenzjali diġa nbeda u bħalissa qed isiru l-preparamenti biex jibdew jitqiegħdu l-'mains' ta' l-ilma.
Kien hemm diffikultajiet fil-proġett oriġinali tal-'junction' peress li kif kien il-proġett originali kienet ser titkisser ġibja f'Wied Inċita u l-pjanti tat-triq ġew modifikati biex dan jiġi evitat.
Ix-xogħol fil-'main road' issa jista' jiġi mplimentat u għalhekk qed isiru l-arranġamenti biex dan jinbeda wkoll.
Minbarra hekk kien hemm ukoll diffikultajiet fl-għoti ta' servizzi ta' l-ilma.
Middle Management in Construction — Rating edukattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'rating edukattiv għandu l-każ tal-Middle Management in Construction organizzat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi flimkien ma' l-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li ningħata t-tagħrif meħtieġ biex inkun nista' nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' persuni li applikaw għal grad ta' foreman (Ċimiterju) fid-diviżjoni tas-Saħħa u skond ċirkolari tal-MPO Nru.33/98 tas-26 ta' Ottubru, 1998? Xi kwalifiki u esperjenza għandhom dawn il-persuni? Fuq liema kriterji saret l-għażla finali u kif ġew ikklassifikati l-applikanti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet palamentari numri 9924 u 10178 fejn kemm il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u anke l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni t-tnejn qalu li mhumiex responsabbli għall-parti tal-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Wied is-Sewda, l/o Qormi fejn din tikkonċerna l-bini ta' żewġ pontijiet, jista' l-Ministru li allura naħseb li hu responsabbli għal dan ix-xogħol, jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru dawn iż-żewġ pontijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed isiru diskussjonijiet sabiex tiġi stabbilita policy dwar dawn il-każi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament mhux qiegħed jingħata l-ebda forma ta' għajnuna soċjali minkejja li bħalissa qiegħed wieqaf mix-xogħol jistenna sabiex jiġi boarded out?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant tħallset il-benefiċċju dovut lilha għal perjodu bejn l-10 ta' Awissu 1999 u s-17 ta' Settembru 1999. Sussegwentament kien hemm tibdil fiċ-ċirkostanzi li kienu jenħtieġu tibdil fl-għoti tal-benefiċċju dovut. Dan l-aħħar benefiċċju tħallas għal perjodu tas-17 ta' Settembru 1999 sa l-1 ta' Ottubru 1999. Wara din id-data kienu meħtieġa aktar investigazzjonijiet biex jiġi deċiż id-dritt għall-benefiċċju. Il-benefiċċjarju nfurmat dwar dan.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta' applikanti għall-kors ta' l-MBA sponsorjat miċ-Ċivil, il-kwalifiki li għandhom u xi grad qegħdin fih?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma nħossx li hija etika li nagħti nformazzjoni dwar applikanti għall-kors ta' l-MBA aktar minn dik diġa mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 9926, għajr li n-numru totali ta' applikanti kien ta' 46.
Servizz Pubbliku — Dipartiment tat-Toroq - Diretturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11032, jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-erba' persuni li applikaw għal post ta' direttur fid-Dipartiment tat-Toroq, x'inhu l-grad tagħhom fiċ-Ċivil u x'inhuma l-kwalifiki li għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma nħossx li hija etika li nagħti nformazzjoni dwar applikanti għal dawn il-postijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9924, jiġifieri, jistax jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru ż-żewġ pontijiet f'Wied is-Sewda li kienu ppjanati bħala parti mix-xogħol ta' rehabilitation ta' dan il-wied?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.