Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10600?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-kontijiet tal-konsum ta' ilma għal din is-sena għadhom ma ġewx ipproċessati, il-figura għal din is-sena ta' 'unaccounted for water' mhux possibbli li tinħadem għalissa.
Madankollu, kif diġa għidt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 10600, appena l-informazzjoni mitluba tkun inġabret, din tingħata.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 10622 li ġiet riferuta lilek mill-Ministru tat-Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid il-membri fuq l-Embellishment Committee lil min jirrappreżentaw, kull persuna separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Embellishment Committees ta' Buġibba, Tas-Sliema u ta' San Ġiljan jippresedihom il-Perit Robert Musumeci, filwaqt li dak tas-South jippresedieh il-Perit Joe Falzon.
Il-membri l-oħra f'kull wieħed minn dawn il-kumitati huma:
Sliema Embellishment Committee - is-Sinjuri Michael Aquilina (Ministeru għall-Ambjent), Joe Bondin (settur turistiku), Albert Bonello Dupuis (Kunsill Lokali), Vincent Camilleri (settur turistiku), Anthony Chircop (settur turistiku), Patrick Grixti (Awtorita' tat-Turiżmu), George Micallef (settur turistiku), Joe Preca (settur turistiku), George Schembri (settur turistiku), Alan Vella (Awtorita' ta' l-Ippjanar), Julian Zammit (settur kummerċjali).
South Embellishment Committee - is-Sindki ta' Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa flimkien ma' diversi tekniċi mit-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Buġibba Embellishment Committee - is-Sinjuri Michael Aquilina (Ministeru għall-Ambjent), George Micallef (settur turistiku), is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Winston Zahra (settur turistiku).
St. Julian's Embellishment Committee - is-Sinjuri Michael Aquilina (Ministeru għall-Ambjent), Peter Bonello (Sindku ta' San Ġiljan), David Camilleri (settur turistiku), Paul Camilleri (settur turistiku), Philip Fenech (settur kummerċjali), Patrick Grixti (Awtorita' tat-Turiżmu), George Micallef (settur turistiku), Alan Vella (Awtorita' ta' l-Ippjanar).
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 10459, jista' l-Ministru jgħid il-membri fuq l-Embellishment Committee lil min jirrappreżentaw, kull persuna separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-membri fuq l-'Embellishment Committees' baqgħu jirrappreżentaw lil min kien innominahom fl-ewwel lok. Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 10459, dawn huma l-istess nies li qabel kienu membri ta' l-'Action Committees'. Jekk l-Onor Membru jixtieq ikollu aktar tagħrif nistiednu jirriferi lill-kollega tiegħi l-Ministru għall-Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet huma l-membri li ġew magħżula fuq bażi personali għall-kopożizzjoni tal-Management Committee tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-membri li ġew magħżula fuq bażi personali għall-kompożizzjoni tal-Management Committee tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali huma minn dawn il-lokalitajiet:
Sur Robert Abela San Ġiljan
Sur Ronnie Galea Swieqi
Sur Anthony Bezzina High Ridge
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 10506, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jittellgħu l-vetturi tal-gvern u l-kumpanniji parastatali għal VRT test?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-vetturi tal-Gvern u tal-kumpanniji parastatali jittellgħu għall-`Vehicle Roadworthiness Test` bhal vetturi oħra meta jkun imisshom, skond id-data ta` l-għeluq tal-liċenzja u bl-istess mod li jitilgħu l-karozzi privati.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-mollijiet ġodda ġewwa ċ-Ċirkewwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li:
a) ix-xogħolijiet li saru w li qed isiru li għalihom
inħarġu l-permessi mill-Awtorita` tal-Ippjanar
jikkomprendu:
i) twessieħ ta` rampi, kemm fiċ-Ċirkewwa kif
ukoll fl-Mġarr;
ii) kostruzzjoni ta` rampa ġdida f`Sa Maison;
iii) xogħol ta` kostruzzjoni ta` `fender blocks`
ġodda;
b) ix-xogħolijiet li qegħdin isiru jikkomprendu:
i) bini ta` `fender blocks` ġodda fiċ-Ċirkewwa
North u South u fl-Mġarr Berth I u f`Berth II.
Fuq dawn il-`fender Blocks` sejrin jitwaħħlu
`fenders` ġodda;
c) fuq talba tal-Planning Authority ġie deċiż li jiġi
kkommisjonat `3D Hydraulic Model`. L-iskop
prinċipali ta` dan il-mudell huwa li jittestja
diversi tipi ta` `Breakwater` u arranġamenti ta`
molijiet, biex jintgħażel l-aħjar effett bl-anqas
spejjeż ta` kostruzzjoni. Dawn it-testijiet waslu
fl-aħħar u rapport relativ mistenni jitlesta sal-5
ta` Novembru, 1999. Dan sar biex jiġu t-testjati
`layouts` oħra;
d) xogħolijiet fuq id-disinn tal-`Passanger Terminal`
fl-Mġarr u tkabbir tal-parking.
e) xogħolijiet previsti li jinbdew s-sena d-dieħla:
i) reklamar ta` arja li sservi bħala `Marshalling
area` fiċ-Ċirkewwa;
ii) bini ta` Terminal għal passiġġieri fl-Mġarr
kif ukoll estenzjoni tal-parking;
iii) bini ta` moll ġdid għall-ittrakkar tal-vapuri
l-ġodda fiċ-Ċirkewwa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi liġi li tipproteġi lill-individwi kontra l-abbuż ta' interception tat-telefonati li jsiru fuq mobile phones minn terzi, liema informazzjoni tista' tintuża għal motivi ulterjuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li tlabt informazzjoni dwar is-suggett minn ghand l-Ufficcju tal-Avukat Generali. Malli din tinghatali, inkun f` pozizjoni ahjar biex inkun nista nwieġeb
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-interċettazzjoni tat-telefonati li jsiru fuq mobile phones minn membri tal-forzi tas-sigurta' tal-pajjiż hux regolat mil-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8273 f`Seduta Nru. 129.
26.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jara li jsir x-xogħol neċessarju ħalli l-air conditioners imwaħħlin mal-ħajt ta' barra tal-Qorti fuq Triq id-Dejqa ma jitħallewx iqattru l-ilma ta' condensation fuq in-nies kollha li jkunu għaddejjin fit-triq taħthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ġbit l-attenzjoni tal-amministrazzjoni tal-Qorti biex x-xoghol imsemmi mill-Onor. membru jsir mill aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex saret trinka fit-triq li ġiet re-surfaced bit-tarmak ftit tax-xhur ilu bejn il-Costline Hotel u d-dħul f'Buġibba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta` trinka msemmi sar mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi stallat l-`istreet lightning` fil-parti tat-triq li fiha qed issir bankina biex il-pubbliku ma jimxix fuq il-karreġġjata f`din il-lokalita` li hi tant frekwentata.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li titkompla u titlesta Triq Claudette Agius, Ħad-Dingli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta` l-asfalt fit-Triq Claudette Agius qed jitkompla wara li ġew finaliżżati l-`mix designs` taħt id-direzzjoni tal-konsulenti Ġermaniżi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10424?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Ottubru 1998 u Awissu 1999, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet xogħolijiet fuq 67 kilometru ta' mejnijiet ta' ilma maqsuma f'35 kilometru fi bdil ta' mejnijiet u 32 kilometru f'installazzjoni ta' mejnijiet ġodda.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10460?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ammont li jrid jitħallas lill-diversi kuntratturi għal xogħol li diġa hu verifikat hu:
Denfer - Lm8,000
Zoqdi - Lm8,000
Bonniċi Brothers - Lm20,000
Schembri Barbros - Lm20,000
Roads Group Ltd. - Lm12,000
TOTAL Lm68,000
Jien infurmat ukoll li hemm diversi `claims` li qed jiġu vverifikati mid-diversi Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati f`dan il-proċess sabiex dak li jinstab li hu dovut jitħallas.
Middle Management in Construction — Rating edukattiv
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10324?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-kors kien organizzat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b'kollaborazzjoni mal-Fakulta` ta' l-Arkitettura u kien imfassal apposta skond il-ħtiġijiet tad-Dipartiment. Informat li l-kors jista' jitqabbel ma' korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali (further education) iżda mhux f'livell terzjarju.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' persuni li applikaw għal grad ta' foreman (Ċimiterju) fid-diviżjoni tas-saħħa u skond ċirkolari tal-MPO Nru.33/98 tas-26 ta' Ottubru 1998? Xi kwalifiki u esperjenza għandhom dawn il-persuni? Fuq liema kriterji saret l-għażla finali u kif ġew ikklassifikati l-applikanti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li kien hemm tnejn u għoxrin (22) applikant li minnhom:
7 ma kienux eligibbli
4 ma attendewx għall-intervista
2 weħlu
u 9 għaddew
Dawk li għaddew ġew f'din l-ordni tal-mertu kif jidher mir-riżultat ippubblikat fis-26 ta' April 1999:
Isem Nru ta l-ID Marka Ordni tal-Mertu
John Tabone 520642M 86 1
Anthony Mifsud 851849M 85 2
Carmel Baldacchino 987645M 83 3
Arthur Vella 293464M 72 4
Carmelo Falzon 635554M 71 5
Simon Cioffi 99059M 66 6
Peter Sammut 298870M 56 7
Anthony Vella 144763M 52 8
Francis Cassar 44956M 50 9
Il-kriterji li ntużaw waqt l-intervista kienu dawk approvati minn qabel mill-Kummissjoni, jiġifieri:
Relevant Experience/Previous Performance 35
Aptitude/Personality 25
Management/Leadership Skills 25
Qualifications 15
Tota l 100
Pass Mark 50
Nifhem li mhux etika li tingħata l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu boreholes li ġew imħaffra b'mod illegali f'dawn l-aħħar tnax-il xahar? Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma sabiex trażżan it-tħaffir tal-boreholes massiċ li qiegħed isir bħalissa fil-gżejjer Maltin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nvestigat tnejn u tletin (32) każ ta' boreholes illegali li ġew irrappurtati f'Malta u Għawdex. Minn dawn, sitta li kienu konfermati bħala każi ta' boreholes illegali, ittieħdu passi legali dwarhom.
Sa llum, kull rapport ta' borehole illegali jiġi nvestigat minnufih u jekk ikun hemm każi ta' abbuż, jittieħdu l-proċedimenti kriminali fil-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' toroq/trejqiet privati li jiġu surfaced b'materjal tal-gvern bi spejjeż għal gvern dawn it-toroq/trejqiet isirux pubbliċi minkejja li ma ssirx expropriation tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Il-kompitu tat-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru tiegħi mhux li tiddeċiedi jekk art hix pubblika jew le, iżda hix tal-Gvern jew le.
Art privata ssir tal-Gvern wara li jiġi ffirmat it-trasferiment b'kuntratt pubbliku.
19.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kalkolu ta' l-ispiża tax-xogħlijiet, inkluża l-konsulenza li saret fuq ir-roundabout ta' fejn it-tank tal-gass f'Regional Road? Lil min huma dovuti dawn il-flus?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħolijiet, inkluża l-konsulenza li saru fuq ir-'roundabout' ta' ħdejn it-tank tal-gas f'Regional Road huma stmati li jiswew Lm 120700.
Dawn huma dovuti hekk:
Disinn tat-traffic junction - TRL Lm5,420
Modifikar rat-roundabout - Roads Group Ltd Lm15,000
Asfaltar tat-triq u rounabout - Roads Group Lm90,000
Xogħol ta'armar tat-Traffic Light - MSD Lm1,000
Xogħol ta' tabelli - MSD Lm300
Lanterni u Controllers - SCAE Lm2,780
Structure for overhead signs - Steel structures Lm3,000
Commissioning Signals - TRL Lm2,000
Commissioning controllers - SCAE Lm1,200
TOTAL Lm120,700