Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12719 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi hemmx periti li għandhom permess li jaħdmu fil-privat? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn il-periti u fuq liema kriterji ngħataw dan il-permess? X'jiġri f'każ li perit li m'għandux permess jinqabad jipprattika mal-privat waqt il-ħin tax-xogħol mal-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-periti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li għandhom permess jaħdmu fil-privat huma: * Robert Fenech - permess biex jaħdem fil-privat bħala 'Graphic Artist'. * Lawrence Buttigieg - permess biex jaħdem fil-privat bħala 'Artist and Art Instructor'. F'każ li perit jinqabad jipprattika mal-privat waqt il-ħin tax-xogħol, jinbdew proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tiegħu sew jekk dan ikollu jew ma jkollux permess biex jaħdem fil-privat.
Leg 9 PQ #13058 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Reverse Osmosis

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-impjant tar-reverse osmosis fil-Marsa għadu mhux qiegħed jiffunzjona sal-lum? Kemm ilu wieqaf dan l-impjant?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12348 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal swali

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12193, fejn intqal li l-Bord tad-DCC ħareġ tliet permessi għal sala tat-tiġijiet, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull permess li nħareġ inkluż is-site plan? X'kien iz-zoning ta' l-areas li fihom iħarġu dawn il-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12512 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il distrett hu maqsum id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi? Liema lokalitajiet jifformaw kull distrett? Min hu l-uffiċjal u x'inhu l-grad tiegħu li jmexxi kull distrett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi hu maqsum f'għaxar distretti li huma kif ġej: Distrett 1 Valletta, Floriana, Marsa, Ħamrun, Pieta'. Uffiċjal inkarigat: John Galea STO Distrett 2 Vittoriosa, Cospicua, Kalkara, Senglea, Fgura, Xagħjra, Żabbar, M'Scala, Żejtun. Uffiċjal inkarigat: Charles Briffa STO Distrett 3 Paola, Santa Lucija, Tarxien, Gudja, Għaxaq, B'Bugia, Marsaxlokk. Uffiċjal inkarigat: Edwin Caruana STO Distrett 4 Luqa, Safi, Kirkop, Żurrieq, Mqabba, Qrendi. Uffiċjal inkarigat: Anthony Barbara STO Distrett 5 Żebbuġ, Siġġiewi, Qormi. Uffiċjal inkarigat: Ludvic Vella STO Distrett 6 Msida, San Ġwann, Sliema, Swieqi, St Julians, Gżira. Uffiċjal inkarigat: Philip Bugeja STO Distrett 7 B'Kara, Balzan, Attard, Santa Venera, Lija. Uffiċjal inkarigat: John Mary Vella ATO Distrett 8 Rabat, Mdina, Dingli, Mtarfa. Uffiċjal inkarigat: Charles Vassallo TO Distrett 9 Mosta, Iklin, Għargħur, Naxxar. Uffiċjal inkarigat: Joe Valenzia Depares STO Distrett 10 Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Mġarr, Buġibba, Wardija, Żebbiegħ. Uffiċjal inkarigat: Alfred Grima TO
Leg 9 PQ #12513 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Perit Richard England — St James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas sal-lum mill-Gvern il-Perit Richard England għax-xogħol ta' konsulenza li wettaq fil-proġett tas-St James Cavalier? Kemm hu stmat li jonqsu jitħallas il-Perit England?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sa llum, il-Perit Richard England ħa s-somma ta' Lm157,350. Hu jonqsu jitħallas is-somma ta' Lm20,000.
Leg 9 PQ #12651 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard humiex se jingħataw sa Frar 2000 kif intqal f'risposta għall-mistoqsija parlamentari preċedenti? Jekk le, x'inhuma r-raġunijiet għal dan? X'inhi d-data l-ġdida meta se jispiċċa x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Diċembru 1999, id-Dipartiment tal-Kuntratti neħħa minn fuq il-lant tax-xogħol lill-kuntrattur tal-ġebel u saqaf. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kienet ilha titlob li jsir dan sa mill-15 ta' Ġunju 1999. Id-Direttur tal-Kuntratti appunta kuntrattur ieħor u hu antiċipat li x-xogħol ta' ġebel u saqaf jintemm sa l-aħħar ta' Mejju 2000. Wara jkun meħtieġ li jidħol jaħdem il-kuntrattur tas-servizzi u tal-finitura biex jagħmel ix-xogħlijiet relattivi li huma previsti li jitlestew sa l-aħħar ta' Diċembru 2000. Ir-raġuni li x-xogħol waqa' lura hi li l-kuntrattur appuntat mid-Dipartiment tal-Kuntratti preċedentament ma setax jasal biex ilesti x-xogħol mogħti lilu.
Leg 9 PQ #12183 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq il-Mitħna - Cables

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tilqa' t-talba tas-sid ta' 30, Triq il-Mitħna, Żebbuġ sabiex jitneħħa l-bracket li jżomm il-cables mal-faċċata tal-proprjeta', liema bracket qiegħed jikkawża ħsara strutturali fil-fond għal ħafna snin? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta fuq il-fond ta' bejn il-fondi enumerati 29 u 31, (peress li n-numru 30 ma jidhirx), ma jirriżultax li hemm xi ħsara strutturali kif qed jiġi allegat.
Leg 9 PQ #12193 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal swali li jintużaw għal parties (bħal tiġijiet) minn meta twaqqfet l-awtorita' sal-lum? Kemm minn dawn huma change of use jew bini ġdid? Fejn jinstabu dawn is-swali? Mil-liema bord inħarġu l-permessi i.e. DCC, Planning Authority jew Planning Appeals Board?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn meta twaqqfet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar inħarġu tlett permessi għal swali biex jintużaw għal tiġijiet. It-tlett applikazzjonijiet kienu dwar bdil ta` użu u nħarġu mill-Bord tad-DCC. Dawn is-swali jinsabu fl-Imdina, ir-Rabat u f`Raħal Ġdid.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament ma ġiex magħżul sabiex jidħol fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla, meta din il-persuna ilha ħafna li applikat u fl-istess ħin iddaħħlu persuni li applikaw wara din il-persuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament diġa' sarilha "assessment" mis-"social worker" u sarilha wkoll eżami tat-tabib. Għad-dħul fid-Dar ta' Bormla, ir-residenti qegħdin jiġu ammessi fi gruppi żgħar biex jingħataw ċans jissetiljaw. S'issa d-Dar ta' Bormla għadha mhix mimlija kollha u dan l-anzjan qiegħed fuq il-"waiting list" biex jiġi kkonsidrat għad-dħul. Barra dan, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul ta' applikanti fi djar jew residenzi għall-anzjani ma jkunx ibbażat fuq iż-żmien ta' kemm ilhom li applikaw, imma fuq l-urġenza ta' kull każ individwali.
Leg 9 PQ #12195 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Nagħaġ mill-Ġermanja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li n-nagħaġ li nġiebu mill-Ġermanja ma ngħatawx lir-raħħala? X'inhi r-raġuni għal din is-sitwazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12033.
Leg 9 PQ #12138 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

PA — PA 6261/99

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-iskop wara l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjnar PA 6261/99 (l/o Rabat) li saret mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-iskop wara PA 6261/99 hu sabiex tinbena kamra biex tissostitwixxi kamra oħra tas-sienja storika okkupata minn bidwi għal skopijiet agrikoli. Dan l-ispazju li bħalissa qed jokkupa l-bidwi għandu valur storiku kbir u japparteni ż-żmien Medjovali.
Leg 9 PQ #12071 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Industrija tal-bini — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini li dan il-kunsill bil-liġi suppost li joħroġ darba fis-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-rapport annwali għas-sena li tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 1999 se jinħareġ fix-xahar ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #11797 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Marija Reġina - Inċident

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'wassal għall-inċident li fih weġġa' mpjegat ta' l-iskola Marija Reġina fil-Ħamrun meta intlaqat minn vettura li kienet se twassal l-istudenti, nhar il-Ġimgħa 26 ta' Novembru, 1999? Jista'l-Ministru jikkonferma li f'dak il-ħin ma kienx hemm pulizija sabiex jikkontrolla t-traffiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-inċident hu suġġett ta' investigazzjoni mill-Pulizija u eventwali proċeduri fil-Qorti, m'hinix f'pożizzjoni li f'dan l-istadju nirrelata dwar x'wassal għall-inċident li fih weġġa' impjegat ta' l-iskola msemmija.
Leg 9 PQ #11798 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet Pubbliċi — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza qiegħda tagħti l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu sepratatment, tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Kif intgħażel dan il-konsulent u x'qiegħed jingħata bħala ħlas għas-servizzi tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kariga tal-persuna msemmija hija ta' Executive fl-Arts Centre. Din il-persuna ntgħażlet minn Bord ta' Għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-ġurnali lokali. Il-post ta' Executive - Arts Centre għandu salarju ta' Lm8,392 fis-sena. Qed jingħata ukoll allowance ta' Lm50 fix-xahar għall-petrol.
Leg 9 PQ #11799 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' l-għotja li l-Unjoni Ewropea li kienet se tagħti lill-Maltacom għall-proġetti ta' tneħħija ta' cables tat-telephone minn mal-ħitan tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-somma kienet tammonta għal żewġ miljuni ECU. Dwar l-istess materja, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10613 fis-Seduta numru 163.
Leg 9 PQ #11800 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Ħlas ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għal fini ta' taxxa fuq l-income matul is-sena li għaddiet iddikjaraw li kellhom dħul ta' aktar minn: (a) Lm5,000 - Lm5,999; (b) Lm6,000 - Lm6,999; (c) Lm7,000 - Lm7,999; (d) Lm8,000 - Lm8,999; (e) Lm9,000 - Lm9,999; (f) Lm10,000 - Lm10,999; (g) Lm11,000 - Lm11,999; u (h) aktar minn Lm12,000?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Data Capturing tal-formoli tat-taxxa għas-sena ta` stima 1999 għadu mhux konkluż. L-informazzjoni tingħata iżjed `il quddiem meta jintlesta x-xogħol.
Leg 9 PQ #11738 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

EIB — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat mal-Bank of Investment (EIB) għall-iffinazjar ta' proġetti f'Malta matul dawn l-aħħar 12-il sena? Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dawn il-kuntratti nkluż id-dati meta ġew iffirmati, l-ammont ta' flus miftiehem, kif iridu jitħallsu lura, fuq liema proġetti ntużaw u x'kondizzjonijiet speċjali oħrajn ġew miftiehma?

Response (DALLI, JOHN)

F`dawn l-aħħar 12-il sena il-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Awtoritajiet Maltin iffirmaw disa` kuntratti għall-iffinanzjar ta` proġetti f`Malta. Dettalji kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru fit-tabella mehmuża ma` din ir-risposta. Il-kundizzjonijiet miftiehma huma dawk li wieħed normalment isib f`kull ftehim ta` din ix-xorta li fih jingħata self mill-EIB. Kif jaf sew l-Onorevoli Interpellant fil-każ tal-proġett Sewerage II, l-EIB għamlu tliet kundizzjonijiet speċjali: 1. li jitwaqqaf Accounting System komprensiva fid-Dipartiment tad-Drenaġġ; 2. li fi żmien raġonevoli kellha ssir tariffa fuq l-istess servizz; u 3. li d-Dipartiment kellu jiġi korporizzat billi jingħaqad mal-Korporazzjoni tal-Ilma. Is-Self miftiehem għall-dan il-proġett partikolari fil-fatt mhux ser jittieħed għar-raġunijiet li ġa tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 11434 imressqa mill-istess Interpellant.
Leg 9 PQ #11739 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni regolari fuq id-dawl fit-toroq arterjali għaliex bħalissa hawn partijiet sħaħ ta' toroq arterjali li jinstabu mitfija minħabba ħsarat fis-sistemi tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tistħarreġ l-ilment u jekk ikun il-każ tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #11740 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet għadhiex responsabbli mill-manutenzjoni ta' traffic lights u pelican lights? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq il-pelican lights li hemm fejn l-Istitut Fellenberg f'Kordin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għadha responsabbli mill-manutenzjoni ta' Traffic u Pelican lights. Il-Pelican lights li hemm fejn l-Istitut Fellenberg f'Kordin żviluppaw ħsarat kbar fil-cables li kien hemm taħt l-art u kellha ssir stallazzjoni ġdida. Fil-fatt din saret u dawn qed jaħdmu.
Leg 9 PQ #11743 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Periti/inġiniera — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar benefiċċji u allowances (inkluż dik ta' disturbance) li ngħataw lil periti u inġiniera li jaħdmu mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull persuna separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.