Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi — Vetturi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati għat-triq u kif inhuma maqsuma f'diversi kategoriji? Kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati li jidħlu l-Belt, Valletta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13252.
Leg 9 PQ #13487 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Valletta — Triq l-Ifran - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li hemm quddiem Nru. 35 Triq l-Ifran, il-Belt tissewwa peress li ilha mitfija għal ħafna xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittiehdu l-passi mehtiega.

Siġġiewi — Binja Hesri - Servizz tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tissewwa l-house connection tas-servizz tad-drenaġġ li hemm quddiem Entraturi E/F Binja Hesri, Siġġiewi peress li ilu miżdud u jfur fit-triq għal aktar minn tlett ġimgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #13175 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjant tar-Reverse Osmosis — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13059?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul Dicembru 1999, l-ammont ta` ilma prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis kien ta` 1.47 miljun metru kubu, filwaqt li l-ammont ta` ilma mtella` mill-acquifer, kemm minn Malta kif ukoll minn Ghawdex kien ta` 1.54 miljun metru kubu. Il-percentagg ta` l-ilma prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis, matul dak ix-xahar, imqabbel mal-produzzjoni totali huwa ta` 49.16 fil-mija, filwaqt li dak imtella` mill-acquifer huwa ta` 50.84 fil-mija tal-produzzjoni totali ta` l-ilma.
Leg 9 PQ #13298 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dgħajsa mhux reġistrata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija meta xi persuna tirrapporta li nstabet dgħajsa mhux reġistrata f'Malta mitluqa fil-baħar? Min isib din id-dgħajsa jkollu dritt għaliha wara ż-żmien speċifiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex ikun stabbilit jekk tali sejba tkunx riżultat ta` xi reat jew aċċident. Jekk ikun il-każ, ikun anke` infurmat il-Maġistrat tal-Għassa. Isiru investigazzjonijiet mill-Pulizija sabiex tkun stabbilita` l-identita` tas-sid, anke` jekk meħtieġ bl-assistenza ta` l-Interpol. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dan huwa parir purament legali.
Leg 9 PQ #13397 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Assistenti diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12845, jista' l-Prim MInistru jgħid min huma l-persuni u f'liema dipartimenti nħatru l-assistenti diretturi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi dettalji tal-126 ħatra ta' Assistenti Diretturi.

Toroq — Asfaltar

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13052, jista' l-Ministru jagħti breakdown għal kull lokalita' separatament ta' l-20 kilometru tarmac li ngħata matul is-sena 1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Din l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' pensjoni li tingħata fil-ġimgħa l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Kemm kienet tammonta fil-ġimgħa ż-żieda għall-għoli tal-ħajja li ngħatat din il-persuna b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru illi ż-żieda fil-pensjoni tal-persuna minnu indikata hija tajba. Irrid inżid ngħid illi 'l-persuna msemmija qed tirċievi pensjoni taħt il-ftehim reċiproku bejn Malta u l-Awstralja. Għaldaqstant ir-rata ta' pensjoni li qed jirċievi hija pro-rata u għalhekk iż-żieda għall-għoli tal-ħajja hija pro-rata wkoll. Il-persuna kkonċernata se tkun infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #13122 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati għat-triq mill-pulizija u kif inhuma maqsuma d-diversi kategoriji? Kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati li jidħlu l-Belt Valletta?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13123 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuġa — Bajja ta' San Ġorġ - Latrini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqgħu l-latrini l-qodma li hemm fil-Bajja ta' San Ġorġ, f'Birżebbuġa issa li tlestew dawk ġodda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-latrini l-qodma li hemm fil-bajja ta' San Ġorġ, f'Birżebbuġa ser jitwaqqgħu kif ikunu qed jiffunzjonaw dawk ġodda.
Leg 9 PQ #13124 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qiegħda tagħmel investigazzjoni kriminali fil-każ ta' diżgrazzja li seħħet fil-Floriana fejn miet anzjan? Is-sidien ta' din il-proprjeta' kellhom responsabbilta' skond il-liġi li jirrimedjaw strutturi perikolużi sabiex jevitaw il-periklu reali li kien hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga u hemm anke` inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, din hija purament materja ta` parir legali.
Leg 9 PQ #13125 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St.James Cavalier — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti għall-inawgurazzjoni tas-St. James Cavalier? Fejn saru dawn ir-riċevimenti, kemm kienu mistiedna nies għal kull riċevimenti u kemm sewa flus kull riċeviment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għall-inawgurazzjoni ta' St. James Cavalier sar "Welcome Drink" għall-ispiża ta' Lm638.00. Għal dan il-"Welcome Drink" kienu mistiedna l-Ministri tal-Gvern, l-ogħla uffiċjali ta' l-istess Gvern u s-Segretarjati tal-Ministeru għall-Ambjent, kif ukoll tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fl-10 ta' Jannar, sar ukoll riċeviment ta' ringrazzjament għal madwar l-erba' mitt ħaddiem, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat li ħadmu fuq il-proġett. L-ispiża kienet ta' Lm1,450. Dawn ir-riċevimenti saru f'St. James Cavalier stess.
Leg 9 PQ #13126 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13058?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fit-18 ta` Mejju, 1999 il-produzzjoni mill-impjant tar-Reverse Osmosis tal-Marsa twaqqfet minhabba tracci ta` kontaminazzjoni fis-sistema tal-feedwater. Din il-kontaminazzjoni giet ikkontrollata fid-9 ta` Ottubru, 1999. Il-produzzjoni ta` l-ilma minn dan l-impjant titwassal fil-gibjun ta` Kordin sabiex eventwalment jitqassam fis-sistema tad-distribuzzjoni. Madanakollu l-impjant ma regghax thaddem ghaliex instab li l-ilma li jinhazen f`dan il-gibjun kien qed jirregistra telf ta` ilma f`leakages. Ghaldaqstant qed isir xoghol fis-sistema tad-distribuzzjoni sabiex il-produzzjoni minn dan l-impjant tigi devjata f`gibjuni ohra.
Leg 9 PQ #13174 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini — Rapport annwali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industija tal-Bini?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini.
Leg 9 PQ #13059 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjant tar-Reverse Osmosis — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ilma prodott permezz tar-reverse osmosis meta mqabbel mal-persentaġġ ta' l-ilma mtella' mill-acquifer fil-produzzjoni totali ta' l-ilma bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13060 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Kontaminazzjoni ta'l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għall-kontaminazzjoni ta' l-ilma tax-xorb f'diversi areas f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 12720 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 225.
Leg 9 PQ #12715 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal swali

Question

Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12348?

Response (BORG, TONIO)

Fir-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12348, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-permessi kif inħarġu fid-data tal-ħruġ tagħhom, kif ukoll is-site plans relatati għat-tlett applikazzjonijiet li saret referenza għalihom fl-istess Mistoqsija. Iz-zoning ta` l-areas li fihom inħarġu dawn il-permessi hu kif ġej : - Applikazzjoni Zoning ------------- ------ PA 5172/87 Inside Scheme - terraced houses PA 5130/93 Outside Scheme PA 2640/93 Outside Scheme Ġejt infurmat ukoll li minbarra l-applikazzjonijiet għal swali tat-tiġijiet indikati hawn fuq, jirriżulta li kien hemm ħames applikazzjonijiet oħra għal reception hall, li għalkemm fl-applikazzjonijiet ma kienx indikat li ser jintużaw bħala swali tat-tiġijiet, hu mifhum li dawn ser jintużaw għal dan l-iskop. Iz-zoning ta` l-areas li fihom saru dawn il-ħames applikazzjonijiet hu kif ġej : - Applikazzjoni Zoning ------------- ------ PA 4106/93 Inside Scheme - terraced houses PA 5884/94 Inside Scheme - terraced houses PA 2777/97 Outside Scheme PA 4740/94 Existing Building Scheme PA 7386/96 Outside Scheme Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-permessi u s-site plans dwar erba` mill-applikazzjonijiet indikati hawn fuq, filwaqt li dwar l-applikazzjoni PA 7386/96 qed inpoġġi biss is-site plan peress li l-applikazzjoni ġiet approvata fis-16 ta` Diċembru, 1999, kienet suġġetta għal multa, li tħallset u ġiet rċevuta mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fid-19 ta` Jannar, 2000; għalhekk s`issa il-permess għadu mhux maħruġ.
Leg 9 PQ #12716 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Buġibba/Qawra

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkummissjonat studju dwar bini ta' medium u high rise blocks fl-area ta' Buġibba/Qawra? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kkummissjonat l-ebda studju dwar l-għoli ta` bini fil-Qawra u Buġibba, pero` qegħda tikkunsidra l-effett li dan jista` jkollu fuq il-'policies' li qegħdin jiġu formulati fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta` Malta.
Leg 9 PQ #12717 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema u minn liema dipartiment tad-divizjoni tax-xogħlijiet pubbliċi ħadmu fuq il-proġett ta' St James Cavallier? Kemm ħadmu sigħat ta' overtime dawn il-ħaddiema fuq dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn meta beda l-proġett ta' St. James Cavalier, jiġifieri lejn l-aħħar ta' l-1995, sa l-aħħar ta' Diċembru 1999 kien hemm madwar 19-il ħaddiem mill-Architectural Consultancy Services Unit li prattikament ħadmu kontinwament fuq dan il-proġett. Barra dan kien hemm madwar 25 ħaddiem ieħor mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, madwar 15-il ħaddiem mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u madwar 10 ħaddiema mill-ewwel distrett li ħadmu fuq dan il-proġett f'xi żmien jew ieħor. Mhux eskluż li kien hemm numru ta' ħaddiema oħra li ħadmu fuq il-Proġett minn żmien għal żmien kif kien jirrikjedi x-xogħol iżda li ma damux aktar minn ftit ġranet kull wieħed. Bejniethom dawn il-ħaddiema ħadmu 14,110 siegħa ta' overtime fuq dan il-proġett.

Attard — Triq tar-Rabat - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jiġri fix-xogħol li qiegħed isir fit-Triq tar-Rabat, mill-iSptar Monte Carmeli, l/o Attard, peress li jidher li dan ix-xogħol ilu mitluq għal ħafna xhur? Fiex jikkonsisti x-xogħol proġettat u meta hu maħsub li jispiċċa x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq dan is-sit, id-Dipartiment għal Agrikoltura u Sajd talab illi ġiebja fil-lokal ma titkissirx, u li jinħoloq parkeġġ għall-`bowsers` ta` l-ilma li jimlew il-ġiebja. Ix-xogħol għalhekk kellu jieqaf sakemm tinstab soluzzjoni għal din it-talba u sabiex ikun hemm l-approvazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, li issa waslet biex toħroġ il-permessi tagħha u b`hekk ix-xogħol ikun jista` jitkompla.