Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14310 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Roundabout - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jsir ix-xogħol li hemm bżonn isir madwar ir-roundabout il-ġdida fl-area magħrufa bħala ta' l-Erba' Qaddisin (fejn il-fabbrika tal-Lowenbrau) Ħal Qormi biex jiġi evitat l-għargħar li jkun hemm f'din l-area wara kull ħalba xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa mistenni li jinbeda fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #14335 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — MRI

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13550, jista' l-Ministru jgħid meta deher għall-ewwel darba fuq il-gazzetta tal-gvern l-avviż dwar it-tender tal-leasing ta' l-MRI?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-avviż dwar it-tender tal-leasing ta` l-MRI deher għall-ewwel darba fl-10 ta` Lulju 1998.
Leg 9 PQ #14102 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

First Health Maintenance Organisation

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li għalih ġew ingaġġati the first health maintenance organisation? Kif intgħażlu dawn il-persuni? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-ministeru u din l-organisation?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sar ftehim mal-'Health Maintenance Organisation' f'Jannar ta' din is-sena sabiex jipprovdu servizzi mediċi lill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. Hemm kuntratt formali bejn il-Ministeru u din l-organizzazzjoni. Sal-22 ta' Frar 2000 ma saret ebda talba biex isiru xi viżti fid-djar. Minħabba n-natura kummerċjali ta' dan il-kuntratt ma jidhirlix li għandi ngħid kemm jitħallsu t-tobba għal kull żjara. Pero' ma nsib l-ebda oġġezzjoni, li b'mod kunfidenzjali, nuri kopja tal-kuntratt lill-Onorevoli Interpellant. Din l-organizzazzjoni ntgħażlet fuq l-istess bażi li għażilha l-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #14103 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Furjana — Scouts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn isiru katusi ta' l-ilma ġodda li qegħdin fuq il-bankina fejn il-kwartieri ġodda ta' l-iscouts fil-Furjana? Jekk fin-negattiv, meta se jitneħħew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xoghol li ghalih qed issir riferenza gie sospiz temporanjament minhabba diversi ragunijiet, fosthom il-festi tal-millenju u xoghol iehor li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha ghaddej fil-belt Valletta. Hekk kif jitlesta x-xoghol fil-belt Valletta, ix-xoghol fil-Floriana ser jitkompla mill-istess kuntrattur.
Leg 9 PQ #14104 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Principal health inspector

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-post ta' principal health inspector li huwa kap ta' sezzjoni tas-sanita' ta' Għawdex huwiex vakanti? Jekk fl-affermattiv, kemm ilu vakanti u meta hemm il-ħsieb li jimtela' dan il-post?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-post ta' Principal Health Inspector għal Għawdex ilu vakanti mis-26 t'Ottubru 1998. Se jittieħdu l-passi neċessarji sabiex il-post jimtela.

Dipartiment tat-Toroq — Laboratorju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li jintrama laboratorju għat-taħriġ mid-dipartiment tat-toroq? Jekk fl-affermattiv, fejn se jsir dan il-laboratorju u kemm hu stmat li se jqum flus?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem flimkien mal-Malta Standardisation Authority sabiex jitwaqqaf laboratorju fejn ikunu jistgħu jsiru testijiet għax-xogħol fit-toroq. Diġa` ħarġet sejħa għall-offerti għal biex jinxtara apparat li s`issa għad ma kienx hemm bħalu għand il-Gvern biex dan il-proġett jibda jitwettaq.

Qormi — Triq Mdina - Xogħol

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 14016, peress li jidher li l-kuntrattur imqabbad fil-proġett ta' Mdina Rd, Qormi eċċeda ż-żmien mogħti lilu kif stipulat fil-kuntratt, jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mid-dipartiment ħalli ix-xogħol jitlesta malajr kemm jista' jkun?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kif indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14016 qed jittieħdu l-passi neċessarji dwar dan fid-dawl tal-fatt li fix-xhur li għaddew kien hemm gimgħat ta` xita li tellfu r-ritmu tax-xogħol.
Leg 9 PQ #14023 Sitting 247 2000-02-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Triq id-Dejqa

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li dawk il-jacks li qegħdin jaqsmu Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta minn faċċata għal oħra hekk kif tidħol għal din it-triq minn Triq it-Teatru, mhumiex ta' periklu għal pubbliku li jgħaddi minn taħthom peress li maż-żmiem dawn jistgħu jinħallu u jaqgħu għall-isfel fit-triq? Jista' l-Ministru jgħid min approva dawn l-istrutturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-perit inkarigat mill-proġett li qed isir fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant, ħass il-ħtieġa li tiġi rinfurzata il-faċċata minħabba xogħol ta` żvilupp li qed isir u għalih hemm permess. Għal dan il-għan, il-Perit ta` l-imsemmi proġett talab il-permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jirfed il-faċċcata, liema talba ġiet aċċettata, u dan biex tonqos il-possibilita` li jiġri xi nċident bħalma kien ġara f`sit ieħor fl-istess triq. Ir-responsabbilita` għas-sigurta` ta` dan l-irfid hija tal-Perit inkarigat mill-Proġett.

Żebbuġ/Rabat — Ta' Srina - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' upgrading ta' triq magħrufa bħala Ta' Srina bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat peress li fl-istat li hi u bl-ilma li żżomm, m'għadhiex tajba għat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport ippublikat u mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra, dwar ix-xogħol li mistenni li jsir fuq it-toroq arterjali kollha tal-pajjiż.

Żejtun — Triq is-Suq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi b'mod aktar preċiż għall-mistoqsija parlamentari numru 13799, cioe' f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-programm ta' asfaltar ta' toroq lokali li qiegħed isir mill-gvern ċentrali mal-kunsilli lokali, meta hu ppjanat li jitlesta dan il-programm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-konsultazzjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għadhom mhux finalizzati.

Imtarfa — Ġibjuni ta'l-ilma

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13419, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mis-survey li għamlet l-awtorita' tad-djar dwar ġibjuni li hemm fl-Imtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-"survey" li għamlet l-Awtorita' tad-Djar dwar il-ġibjun fl-Imtarfa kienet tikkonsisti fl-indikazzjoni fuq pjanta, tal-pożizzjoni tal-ġibjun fl-Imtarfa. Din saret biex tingħata lid-Dipartiment tal-Agrikoltura li regolarment jiftħu dawn il-ġibjuni sabiex jiġbdu l-ilma li jinġabar fihom. Meta l-art fl-Imtarfa ġiet trasferita mill-Lands lill-Awtorita' tad-Djar, id-drittijiet fuq il-ġibjuni eżistenti kienu riservati u għalhekk l-Awtorita' tad-Djar qatt ma kienet responsabbli għall- munutenzjonitagħhom. Il-ġibjuni ġodda li bniet l-Awtorita' tad-Djar, bl-eċċezzjoni ta' wieħed li kien hemm korrispondenza dwaru mal-Korporazzjoni tal-Ilma, jagħmlu parti mill-blokki residenzjali u għalhekk jiġu amministrati mir-residenti stess.
Leg 9 PQ #14015 Sitting 246 2000-02-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti jew kumpanniji ta' periti li huma reġistrati għal fini tal-liġi tal-VAT? Kemm ħallsu VAT dawn il-periti matul is-sena li għaddiet (1999)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm 471 perit reġistrat taħt il-liġi tal-VAT. Matul is-sena 1999, dawn il-periti ħallsu bejniethom Lm284,641.94 bħala VAT.

Qormi — Triq Imdina - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq is-sit ta' Triq l-Imdina, Ħal Qormi? X'inhu x-xogħol li sar s'issa? Kemm suppost kellu jieħu żmien ix-xogħol kollu propost sabiex din it-triq titlesta? Meta effettivament hu maħsub li se jitlesta x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett ta` Mdina Road beda f`nofs Ġunju u l-kuntratt kien previst li jieħu tnejn u tletin ġimgħa, fil-waqt li l-asfalt hu previst li jieħu tnax-il ġimgħa oħra. S`issa sar xogħol fuq `mains` ta` drenaġġ, `culvert` ta` l-ilma tax-xita u `mains` ta` l-ilma, fil-waqt li hu maħsub li dalwaqt jibda x-xogħol ta` l-asfalt fil-parti t`isfel ta` Mdina Road. Waqt ix-xogħol inqalgħu diffikultajiet li tefgħu x-xogħol lura u li dwarhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Kumitat tal-Kuntratti, id-Dipartiment tat-Toroq u l-kuntrattur.

Imtarfa Bypass — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm ix-xogħol li qiegħed isir fl-Imtarfa Bypass peress li bħalissa jew wieqaf jew miexi bil-mod ħafna? Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta se jsir ix-xogħol fuq il-parti l-oħra ta' l-istess triq fid-diviżjoni tar-Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fil-karregjata lejn il-Belt qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu wara li l-art nixfet biżżejjed wara l-maltempijiet ta` dan l-aħħar. Dwar ix-xogħol fil-karregjata l-oħra qed isir `survey` tat-triq biex fuqu jkunu jistgħu jsiru t-tenders neċessarji.

Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min jista' jikkwalifika għall-allowance meta persuna tieħu ħsieb lil ġenituri anzjani tagħha? Din l-allowance tapplika għall-irġiel u n-nisa l-istess? F'każ li persuna tkun qiegħda twettaq din it-tip ta' ħidma, tista'l-istess persuna tkun qiegħda tirreġistra għax-xogħol fl-istess ħin? F'każi bħal dawn, il-pensjoni ta' l-anzjani li jgawdu minn dan is-servizz b'xi mod titnaqqas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Pensjoni tal-Wens titħallas lill persuna li ma tkunx miżżewġa jew persuna armla ti tipprova għas-sodisfazzjoni tad-Direttur tas-Sigurta' Soċjali li hi tkun qed tieħu ħsieb waħedha fuq bażi full-time u regolarment, tal-ġenitur tagħha jew ħuha, oħtha, nannitha, zijuha, missier jew omm tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett li jkun qed igħix fl-istess dar ta' abitazzjoni ta' dik il-persuna u minħabba infermita' jkun kostrett li jgħaddi ħajtu f'sodda jew f'wheelchair. Din hi pensjoni u mhux allowance u tista' titħallas kemm lil mara kif ukoll lil raġel. Il-persuna li tikkwalifika għal din il-Pensjoni ma tkunx tista'tirreġistra għax-xogħol. Il-Pensjoni ta' l-anzjani li jgawdu minn dan is-servizz ma tkunx imnaqqsa.
Leg 9 PQ #13920 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' principal health inspector li huwa kap ta' sezzjoni tas-sanita' ta' Għawdex huwiex vakanti? Jekk fl-affermattiv, kemm ilu vakanti u meta hemm il-ħsieb li jimtela' dan il-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant li jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13979 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Upgrading/estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jitkompla x-xogħol fuq l-upgrading u l-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ minn H'Attard sar-Rabat u l-Baħrija li jifforma parti mill-masterplan tad-drenaġġ, li kien inbeda taħt l-amministrazzjoni preċedenti? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju wasal dan ix-xogħol u meta hu previst li se jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol aċċennat għalih fil-mistoqsija parlamentari ser jitkompla kif oriġinarjament mistenni. Il-proġett kollu jikkonsisti fi tlett fażijiet. L-ewwel fażi tal-proġett tinvolvi xogħlijiet f'Ħ'Attard u Ħal Qormi. Dawn ix-xogħlijiet inbdew f'Novembru tas-sena li għaddiet u mistenni li jitlestew fil-bidu ta' din is-sena. Il-kuntratt għat-tieni fażi, li jinkludi t-tqegħid ta' mejnijiet fl-inħawi ta' Ħ'Attard u r-Rabat, għadu kif ingħata, u x-xogħol kollu ppjanat li jsir din is-sena. Għat-tielet fażi li tikkonsisti f'xogħlijiet estensivi ġewwa r-Rabat, tlesta d-disinn preliminari. Ix-xogħol fuq it-tielet fażi huwa ppjanat għas-sena 2001. S'issa ma hemm l-ebda xogħol estensiv ippjanat għall-inħawi tal-Baħrija.

Mellieħa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li minnufih tittieħed azzjoni rimedjali sabiex tissaħħaħ il-parti ta' fuq tat-triq li tagħti mill-Mistra għall-Mellieħa (quddiem it-triq qadima li tagħti għal Selmun) peress li tinstab fi stat strutturali perikoluż li jista' jwassal għal kollass ta' l-istess triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lokalita` indikata mill-Onor. Interpellant ġiet spezzjonata u jirriżulta li parti mill-ħajt tat-triq setgħet sofriet xi ħsara. Diġa tajt struzzjonijiet biex din il-ħsara tissewwa.

Mosta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li titranġa t-triq li tagħti minn fejn ix-showroom tas-Subaru fil-Mosta sat-Teknopark, peress li l-istat tagħha joħloq perikolu għat-traffiku li jużaha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment diġa qed jieħu l-passi neċessarji fid-dawl tal-`masterplan` ippreparata mill-Konsulenti Germaniżi biex din il-parti tat-triq tkun irranġata. Nispera li meta dan ix-xogħol isir ma jingħadx ukoll li qed isir għaliex jinsab fid-distress li nikkuntesta fih jien.