Legislature:
Category:
Reset
Active:

Blata l-Bajda — National Rd - Fetħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex saret fetħa fis-centre strip f'National Road, Balta l-Bajda, (quddiem Mizzi House) liema fetħa ingħalqet ġurnata wara li saret?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-'centre strip' indikata kellha tinfetaħ sabiex ikun jista' jgħaddi t-'trailer' li ġab minn barra l-apparat ġdid għal-isptar San Luqa, liema `trailer` instab li ma segħax jgħaddi minn ġo ċerti toroq oħra, minħabb l-piż tiegħu. Din is-'centre strip' diġa reġgħet ingħalqet, għaliex kienet intenzjonata li tkun fetħa temporanja.
Leg 9 PQ #14645 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

National Stormwater Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14427?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tipprepara progett li jinkorpora `Stormwater Plan` sabiex jigi sottomess lill-Unjoni Ewropea ghall-finanzjament.
Leg 9 PQ #14646 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet ta' embellishment

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet, inkluż il-valur, tax-xogħol ta' embellishment li se jsir f'diversi naħat ta' Malta fis-sajf li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' embellishment li mistenni jsir matul din is-sena hu dan li ġej: Marsascala ---------- Embellishment tal-bajja ta' Wied il-Għajn mill-pitch tal-Marsascala Sports Club sa Pjazza Dun Tarċis. Footpath mill-Housing Estate taż-Żonqor sa l-Iskola Primarja ta' Wied il-Għajn. Embellishment tal-bajja ta' San Tumas. Restawr ta' parti oħra mit-Torri ta' San Tumas. Pavimentar quddiem it-Torri ta' San Tumas. Marsaxlokk ---------- Re-surfacing ta' Triq il-Kavalerizza. Jitlesta l-pavimentar tal-pjazza tal-Knisja. Birżebbugia ----------- Jitlesta l-Car Park u l-Bypass ta' ħdejn Għar Dalam. Jitlesta l-Embellishment tal-bajja ta' Pretty Bay. Il-valur ta' xogħol li mistenni jsir fit-tlett lokalitajiet imsemmija hawn fuq matul is-sena 2000 hu ta' madwar Lm300,000. Sliema ------ Xogħol ta' embellishment f'Tower Road. L-ewwel fażi tal-proġett ser tkopri minn ħdejn il-Fortizza sa fejn it-Torri. Ix-xogħol jinkludi pavimentar ġdid, bollards u railings ġodda, dawl dekorattiv, bini ta' ġibjun għall-ilma tax-xita u tkissir u bini ta' latrina pubblika ġdida. Il-valur ta' xogħol li mistenni jsir fuq il-proġett ta' Tas-Sliema matul is-sena 2000 hu ta' madwar Lm500,000.

Kirkop — Mina - Trinka

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni saret it-trinka fil-mina taħt ir-runway fil-mini ta' Ħal Kirkop, liema xogħol qiegħed joħloq inkonvenjent u periklu kbir għal min juża dawn il-mini?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fil-mina ta` Ħal Kirkop qed isir biex jitqegħdu `cables` tad-dawl ħalli tiġi msaħħa l-provista ta` l-elettriku fiż-żoni tas-`South`. Peress li diġa hemm ħafna servizzi fil-mina, t-trinka l-ġdida qed ikollha titħaffer lejn in-nofs tal-mina, u għalhekk din kellha tingħalaq biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa u l-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu x-xogħol. Fuq insistenza tad-Dipartiment tat-Toroq il-mina li minnha għaddej it-traffiku ġiet diviża b`dividers tal-concrete` kontinwi, li effettivament ħolqu żewġ toroq għat-traffiku li jgħaddi lejn iż-żewġ direzzjonijiet u b`hekk żgur ġie evitat kull periklu. L-Enemalta li qed tieħu ħsieb ix-xogħolijiet qed tagħmel dak li hu possibbli biex l-inkonvenjent ikun wieħed qasir kemm jista` jkun. Tajjeb wieħed iżomm quddiem għajnejħ il-fatt li tali xogħol irid isir fl-interess ta` l-inħawi.
Leg 9 PQ #14648 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime il-ħaddiema li kienu mqabbda jnaddfu t-toroq arterjali ta' Malta matul ix-xahar ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża ta' l-overtime li tħallset lill-ħaddiema biex isir tindif matul ix-xahar ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu kienet ta' Lm19,322.53.
Leg 9 PQ #14685 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — PA 0681/00

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara l-applikazzjoni PA 0681/00 li għamel id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-Marsa? Min ordna li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 681/00 tikkonċerna twaħħil ta' "street name" fi Triq Aldo Moro, Marsa, simili għal dik li teżisti fi Triq Garibaldi, Marsa. It-talba biex issir l-applikazzjoni saret mill-Kumitat għall-Ismijiet tat-Toroq.

Dipartiment tat-Toroq — Laboratorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li jintrema' laboratorju mid-Dipartiment tat-Toroq meta sal-lum il-laboratorju li għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet sewa tajjeb biżżejjed għal dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kif diġa rrispondejt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14105, l-apparat li qed jinxtara mid-Dipartiment tat-Toroq m`hemmx bħalu għand id-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Barra minn hekk sabiex ix-xogħol ta` `testing` ikun ta` livell akkreditat irid isir minn istituzzjoni bħal `Malta Standardization Authority`. Fil-fatt m`għandux ikun eskluż li apparat li għadu tajjeb għal `tests` ta` materjal tat-toroq fil-laboratorju tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet għandu wkoll jgħaddi għand il-`Malta Standardization Authority` sabiex is-servizz ta` din l-organiżżazzjoni jkun wieħed komplut.
Leg 9 PQ #14448 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa — Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14251?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ma ghandha ebda informazzjoni dwar gibjuni qodma ta` l-ilma tax-xita. Informazzjoni bhal din probabbilment tezisti fit-Taqsima tax-Xogholijiet jew fid-Dipartiment ta` l-Akkomodazzjoni Socjali. Bhalissa l-Korporazzjoni qed tirrevedi l-politika taghha dwar kif ser jitkompla x-xoghol li diga` sar fuq l-iStorm Water Master Plan.
Leg 9 PQ #14449 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Artijiet għal bini

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li ġie rrapportat li qal il-Ministru Ninu Zammit, jiġifieri li mijiet ta' ettari ta' art se jiġu mogħtija għall-bini mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-ġimgħat li ġejjien?

Response (BORG, TONIO)

Diga` irrispondejt verbalment għal mistoqsija supplementari simili li saritli mill-istess Onor. Membru nhar it-Tlieta, 29 ta` Frar fis-seduta ta` filgħodu u nagħmel referenza għal dak li għidt dak in-nhar.
Leg 9 PQ #14452 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Crownworks/Hornworks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief għal Crownworks/Hornworks li ġie ppreparat mill-Awtorita' ta'l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tad-development brief għal Crownworks/Hornworks. Aktar kopji ta` dan il-brief jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage tal-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa_malta.org).
Leg 9 PQ #14388 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — St Mary Street - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jinqala' l-arblu tad-dawl li hemm mal-faċċata tad-dar numru 37A, St Mary Street, Żebbuġ peress li dan joħloq ċertu inkonvenjent u riskju għal min jabita f'din id-dar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arblu li ghalih qed issir riferenza kien twahhal biex ikun jista` jsir xoghol ta` kostruzzjoni fuq il-proprjeta` imsemmija. Meta dan ix-xoghol jitlesta, hemm il-hsieb li l-arblu jitnehha.
Leg 9 PQ #14389 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u ditti ta' avukati reġistrati mad-dipartiment tal-VAT? Kemm tħallset VAT minn dawn l-avukati matul it-12-il xahar li għaddew?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` avukati (inkluż nutara) reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT għall-fini tat-taxxa hu 433. Bejn l-1 ta` Marzu 1999 u d-29 ta` Frar 2000, 429 persuna bagħtu d-denunzja tat-taxxa. Minn dawn 132 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżz is-Lm6,000 fis-sena. Il-kumplament (297) ħallsu bejniethom is-somma ta` Lm285,139.63.
Leg 9 PQ #14424 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Rati ta' qbiela

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment ta' l-Artijiet qiegħed fil-proċess li jirrevedi l-ħlas tar-rata tal-qbiela fuq ir-raba' tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern qiegħed jistudja l-possibilita` li jniedi skema li biha jirregolarizza bi qbiela lil dawk in-nies li qed jaħdmu bla titolu proprjeta` agrikola tal-gvern. Hemm il-ħsieb li tali skema tkopri ukoll dik ir-raba li llum taqa` taħt l-Uffiċċju Konġunt. Għaldaqstant, id-Dipartiment ta` l-Artijiet issospenda temporanjament ir-rikonoxximent ta` persuni li jallegaw li jaħdmu r-raba tal-Gvern taħt il-policy preżenti.
Leg 9 PQ #14425 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

First Health Maintenance Organisation

Question

Jista' l-Ministru jikkjarifika dak li qal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14102, fejn tirrigwarda l-għażla tal-health maintenance organisation, cioe' li l-għażla saret fuq l-istess bażi li għażilha l-Ministeru tal-Finanzi? Minn min hi ffurmata din il-health maintenance organisation?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din l-Organizzazzjoni ntgħażlet mill-Ministeru tal-Finanzi wara li kienu ħarġu sejħa għall-quotations.
Leg 9 PQ #14426 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — Skart

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart li għadu kif ġie ppubblikat mid-diviżjoni tax-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Diġa' qiegħdt kopja ta' dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta ta' nhar it-Tnejn 28 ta' Frar 2000.
Leg 9 PQ #14251 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa — Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ġibjuni qodma li hemm fl-Imtarfa jiġu surveyed mill-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jistgħu jiġu nkorporati fl-istormwater masterplan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14252 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Periti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14015, ma jidhirlux l-Ministru li ħlas ta' VAT ta' Lm284.641.94 minn 4781 perit hu żgħir wisq meta tqis li dan ifisser li ras għal ras kull perit għandu turnover ta' Lm4,000 fis-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud daħal fis-seħħ f`Jannar tal-1999 u l-ewwel denunzji bdew jidħlu fid-Dipartiment f`Marzu, mhux kull perit li hu reġistrat mid-Dipartiment kien laħaq bagħat id-denunzji kollha li normalment jibgħat matul sena. Intant, minn 471 perit reġistrat mid-Dipartiment, 356 biss kienu laħqu bgħatu d-denunzji tagħhom sa` l-aħħar tas-sena. Minn dawn 129 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżx is-Lm6,000 fis-sena. Il-kumplament (227) ħallsu is-somma msemmija ta` Lm284,642. Pero` l-Onorevoli Interpellant issa jista` japprezza kif is-sistema tal-VAT tgħin biex jissaħħah l-isforz għall-ġbir ta` taxxi u kemm kien ħażin li din is-sistema ġiet stradikata mill-Gvern Laburista. Japprezza wkoll li kulħadd għandu jgħin fit-tkabbir ta` kultura li kull min jixtri prodott u servizz għandu jesiġi li jingħata rċevuta fiskali.

Swieqi — Swieqi Rd - Upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu r-responsabbilta' għal upgrading ta' Swieqi Road, Swieqi, jekk hux il-kunsill lokali jew il-gvern ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta` `upgrading` fi Swieqi Road qed isir mill-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq fuq pjanti li qed jiġu ppreparati mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet u d-Dipartiment tat-Toroq.
Leg 9 PQ #14275 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — PA 0099/00

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara l-applikazzjoni PA0099/00 li saret mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA0099/00 tirreferi għall-bini ta' tnax-il garaxx f'sit f'San Ġwann. L-iskop ta' sitta minn dawn il-garaxxijiet hu bħala akkomodazzjoni alternattiva għall-garaxxijiet li jridu jiġu evakwati minn Manoel Island bħala parti mill-proġett ta' Manoel Island, filwaqt li s-sitta l-oħra jkunu għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar.