Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15263 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Far — Drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15099, jista' l-Ministru jgħid ma' xiex hu mqabbad id-drenaġġ ta' l-industrial estate ta' Ħal Far?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-drenaġġ ta' l-Industrial Estate ta' Ħal Far kien maħsub illi jiġi trattat f'impjant tat-tisfija tad-drenaġġ li kien inbena apposta qabel ma dan jintrema fil-baħar iżda jidher illi dan l-impjant mhux qiegħed jaħdem u bħalma jiġri fil-każ ta' Wied Għammieq, id-drenaġġ qed imur direttament fil-baħar.
Leg 9 PQ #15367 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi u vetturi oħra mikrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Minn min jintużaw dawn il-vetturi? Kemm hemm karozzi u vetturi oħra impressed ma' l-istess korporazzjoni? X'inhu l-budget ta' transport costs għal din is-sena ta' din il-korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #15104 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irziezet liċenzjati fil-gżejjer Maltin? X'tip ta' bhejjem, annimali u tjur jitkabbru f'dawn l-irziezet u kemm hu l-ammont f'kull kategorija? F'liema lokalita' jinsabu dawn l-irziezet?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żebbuġ — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol diġa' approvat għall-installazzjoni ta' pelican lights f'Siġġiewi Road, Ħaż-Żebbuġ (ART & DIST RDS/6) jsir malajr kemm jista' jkun peress li din it-triq hi traffikuża ħafna u toħloq periklu kbir għal kull min ikollu bżonn jaqsamha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq l-istallazzjoni tal-'pelican lights' huwa l-ħin kollu għaddej mid-Dipartiment, u x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant qiegħed f'din il-lista biex jiġi esegwit. Ix-xogħol ta' dan it-tip bilfors irid isir waħda wara l-oħra peress li hemm xogħol ta' trinek, elettriku, bankini, ħaddieda u ta` senjalazzjoni li kollu jrid jimxi id f'id.
Leg 9 PQ #15106 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Applikazzjoni Nru. A83/2000

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għall-elettriku A83/2000 li saret aktar minn xahrejn ilu tiġi pproċessata u l-applikant jingħata s-servizz peress li din il-persuna se tiżżewweġ ix-xahar id-dieħel u ma tistax tidħol fir-residenza tagħha mingħajr dan is-servizz essenzjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-applikazzjoni bir-riferenza numru A83.2000 hija biex jinghata d-dawl f`garaxx u mhux f`residenza. Ghandi ghax nahseb li l-persuna li qed jirreferi ghaliha l-Onorevoli Interpellant mhux sejra toqghod f`garaxx meta tizzewweg ix-xahar id-diehel. Madanakollu, ninsab infurmat li s-servizz mitlub gie provdut fit-23 ta` dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #15133 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati riċevimenti mill-ministeru jew id-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? F'liema okkażjoni ġew organizzati dawn ir-riċevimenti u kemm ġew jiswew flus?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2000 ġew organizzati erba' riċevimenti fil-Ministeru għall-Ambjent. Dawn kienu: 1. Mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent konness mas-Seminar li kien sar Malta - MAP CAMP - Inception Workshop - 3-4 ta' Frar 2000. In-nefqa totali kienet ta' Lm327.60 2. Sar riċeviment fl-10 ta' Jannar 2000 li għalih kienu mistiedna l-ħaddiema kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-kuntratturi li taw sehemhom fil-Proġett ta' l-"Arts Centre, St. James Cavalier". In-nefqa kienet ta' Lm1449.50. 3. Mis-Segretarjat Permanenti fl-okkażjoni ta' tmiem l-impjieg ta' wieħed mill-ħaddiema. In-nefqa kienet ta' Lm86.20. 4. Sar ukoll SITM Seminar bejn l-24 u l-25 ta' Jannar 2000. In-nefqa kienet ta' Lm145.67.
Leg 9 PQ #15146 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġnejna — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għalfejn qegħdin jitwaħħlu arbli tad-dawl fit-triq tal-Ġnejna mal-ġenb tal-wied meta fl-istess triq hemm arbli oħra mwaħħla man-naħa l-oħra tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-arbli li twahhlu mal-genb tal-wied jiffurmaw parti mill-istallazzjoni ta` street lighting li ma gietx iddisinjata biex takkomoda servizz ta` l-elettriku. L-arbli l-ohra kienu twahhlu sabiex jigi provdut servizz ta` l-elettriku lil applikant gdid.
Leg 9 PQ #15098 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

National Stormwater Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14812?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-progett li qed jigi preparat jinkludi zvilupp ta` Master Plan sabiex jigi determinat l-ahjar mod kif isir immaniggjar u uzu ta` l-ilma tax-xita. Dan ser ikun wiehed minn serje ta` progetti li ser jigu sottomessi ghall-finanzjament taht il-Pjan ta` Azzjoni (Action Plan) imfassal mill-Euro-Mediterranean Partnership. Ftehim ghall-bazi ghal dan il-Pjan ta` Azzjoni kien gie milhuq mill-Ministri responsabbli ghall-Ilma fil-konferenza ministerjali li saret f`Turin f`Ottubru tal-1999. Dan il-Pjan jippromwovi sitt suggetti ta` azzjoni li huma kkunsidrati ta` prijorita`. Huwa mistenni li s-sejha mill-Kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropea ghas-sottomissjoni ta` progetti taht dan il-Pjan ta` Azzjoni ssir fi zmien mhux il-boghod.
Leg 9 PQ #15099 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Far — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-drenaġġ ta' l-Industrial Estate ta' Ħal Far hux imqabbad ma' l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li kien inbena apposta f'Ħal Far stess?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ ta' l-Industrial Estate ġo Ħal Far mhix mqabbda ma' dak li qiegħed jissejjaħ impjant tat-trattament tad-drenaġġ. Fil-fatt dan l-impjant, li llum huwa dilapidat u abbandunat, ilu ma jiffunzjona għal ħafna snin.
Leg 9 PQ #15100 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Żbroff

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġew irrapportati żbroff tad-drenaġġ f'dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat illi s-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Drenaġġ kuljum ikollha rapporti ta' stoppages u blockages fis-sistema tad-drenaġġ f'kull parti ta' Malta. Biex nagħti eżempju ta' dan, bejn Marzu 1999 u Marzu 2000 f'Ħaż-Żebbuġ biss kien hemm 120 stoppages. Kultant, imma mhux dejjem, stoppage jew blockage jista' jirriżulta fi żbroff ta' drenaġġ.

San Pawl il-Baħar — Triq Massimiliano Colbe - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Massimiliano Colbe, San Pawl il-Baħar titranġa peress li tinstab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq ma fihiex is-servizzi kollha mqegħda u għalhekk ma' tistax tiġi asfaltata, għalissa. Bħalissa t-triq hija fi stat ħazin peress li l-materjal li ntefa fiha hu kollu tafli u dan ikun irid ukoll jitneħħa qabel l-asfalt ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #15102 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġnejna — Telefon fil-bajja

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nstallat telefon għal pubbliku fil-bajja tal-Ġnejna peress li jekk jiġri inċident hemmhekk m'hemm l-ebda mod ta' komunikazzjoni (is-servizz tal-mobile phones ma jinqabdux)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-Bajja tal-Gnejna ghadu mhux teknikament possibbli li tigi nstallata payphone. Il-Maltacom qed taghmel minn kollox biex tinstab soluzzjoni f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #15103 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet ta' l-irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, issirilha l-operazzjoni ta' l-irkoppa kemm jista' jkun malajr peress li din il-persuna li tieħu sehem attiv ħafna fl-isports qiegħda titlef mill-karriera tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Riċentament inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor tad-Diviżjoni li nformazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni għandha tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-diviżjoni tas-saħħa mad-domanda.
Leg 9 PQ #14807 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini li sar u li għadu jittella' fuq il-bajja ta' Fomm ir-Riħ (site plan qed tintbagħat separatament) huwiex kollu kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fiż-żona li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet permess, PA 5784/98, li jkopri żidiet u l-alterazzjonijiet f`Casa Delfino li tinsab fiż-żona imsemmija. Ninsab infurmat ukoll li nħarġu wkoll żewġ Enforcement Notices, ECF 745/96 rigward xogħlijiet mingħajr permess fuq il-pillbox, u ECF 1195/98 rigward ħajt illegali li nbena quddiem wiċċ l-irdum. Fuq l-ewwel avviż, ECF 745/96, kien ġie sottomess appell. Eventwalment, il-Bord ta` l-Appell kien astjena milli jieħu deċiżjoni wara li kien inħareġ il-permess neċessarju. B`hekk ġie konkluż dan l-avviż. Dwar it-tieni każ, ECF 1195/96, kien ġie sottomess ukoll apell. Il-Bord ta` l-Appell ikkonferma l-avviż ta` nfurzar u l-iżvilupp illegali jrid jitneħħa jew mill-iżviluppatur innifsu, jew mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #14811 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Valletta — Pjazza San Ġorg

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fanali li hemm fi Pjazza San Ġorg, quddiem il-Parlament jitranġaw u l-bozoz maqtugħha u l-lanterni miksura jinbidlu kif xieraq quddiem bini tant importanti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #14812 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

National Stormwater Masterplan

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14645, jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti "il-proġett li jinkorpora l-istormwater plan"?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14905 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Non Council Tasks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' non council tasks li twettqu mid-diversi distretti fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, kull distrett separatament matul is-sena 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #14686 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — PA 0071/00

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara l-applikzzjoni PA 0071/00 li għamel id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-Imġarr? Min ordna li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 71/00 tikkonċerna proposta ta' pavimentar ġdid fiz-zuntier tal-knisja ta' l-Imġarr f'Malta. Il-proġett huwa inizjattiva bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr.
Leg 9 PQ #14687 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Siġġiewi — Margaret Street - Tneħħija ta' bracket

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tieħu azzjoni minnufih u tneħħi l-bracket li hemm mal-faċċata Tyrol House, St. Margaret Street, Siġġiewi minħabba li din il-bracket tal-cables ta' l-elettriku li hemm imwaħħlin miegħu ġibdu l-ħajt 'il barra u qiegħed joħloq periklu kbir għax dan il-ħajt jista' jaqa' fi kwalunkwe ħin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi investigat u jekk ikun l-kaz tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Leg 9 PQ #14688 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni — Non council tasks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' non council tasks li wettaq id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manuntenzjoni matul is-sena li għaddiet (1999)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-'non-council tasks' li wettaq id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni matul is-sena 1999 huma dawn: Direct Labour ------------- 1. Il-Berġa ta' l-Italja. 2. Ex-Parcel Post Office. 3. Manutenzjoni u alterazzjonijiet fl-Istitut Soċjali ta' Santa Venera u l-Belt Valletta. 4. Manutenzjoni u alterazzjonijiet f'diversi uffiċini Governattivi bħal Taxxi Interni, Dipartiment tal-Kummerċ (Lascaris), CPS eċċ. 5. Restawr u tiswijiet fi strutturi perikolużi bħal fil-Barrakka ta' Fuq, l-Ospizio eċċ. 6. Manutenzjoni u alterazzjonijiet fil-Palazzi ta' San Anton, il-Belt u tal-Verdala. 7. Diversi xogħlijiet ta' 'plumbing' f'ta' Kandja, Residenza taċ-Ċiniżi (Ħal-Far), il-Palazz tal-Girgenti u fil-Ġonna ta' San Anton. Project Management ------------------ 1. Xogħlijiet ta' 'refurbishment' fil-blokk ta' Ħal-Far. 2. Bini ta' 'Headquarters' u 'Gymnasium' f'Ta' Kandja għall-Protezzjoni Ċivili. 3. Uffiċini ġodda fl-Universita' tal-Qroqq għall-'International Maritime Law'. 4. Ċentru tal-'Micropropogation' f'Ħal-Lija. 5. Kostruzzjoni u 'finishing' ta' mħażen f'San Pawl il-Baħar għall-agrikoltura. 6. Lock-Ups u uffiċini għall-Pulizija l-Furjana. 7. 'Refurbishment' ta' l-iskola tal-Gvern ta' Sliema. 8. Ċentru Informazzjoni (Malta EU). 9. L-Uffiċini Postali tal-Belt ġie mibdul fi Stazzjon tal-Pulizija. 10. Latrina Pubblika fi Triq San Tumas, il-Marsa. 11. Id-Dar ta' l-Anzjani, Bormla. 12. Id-Diviżjoni tan-nisa, Kordin (YOURS). 13. Il-Berġa ta' l-Italja. 14. Id-Dipartiment ġdid ta' l-Istatistika, Lascaris il-Belt. 15. Il-Proġett ta' Buġibba - it-tieni fażi. 16. Ċentru tal-'Fire Station', ix-Xemxija. Marine ------ 1. Xogħlijiet ta' Embellishment fin-Nofs in-Nhar ta' Malta. 2. Xogħlijiet ta' estensjoni f'Xatt it-Tiben. 3. 'Project Management' fl-Iżvilupp tal-Moll taċ-Ċirkewwa. 4. Qtugħ ta' blat bejn Kordin u d-Drydocks. 5. Xogħlijiet ta' 'upgrading', Marsascala. Supporting Services ------------------- Is-Sezzjoni tal-Qatran firxu 6612-il metru kwadru f'diversi siti u lokalitajiet. 1. L-Isptar Monte Carmeli. 2. L-Imħażen ta' Drenaġġ. 3. Il-Kumpless ta' Ċiniżi (Ħal-Far). 4. Il-Miżbla ta' l-Imrieħel. 5. Villa Francia, f'Ħal-Lija. 6. L-Istazzjon ta' Kontra l-Ħruq, ix-Xemxija.