Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' relief main għas-sistema ta' drenaġġ li jkun ġej mir-Rabat u li jgħaddi minn Ħ'Attard?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett li tinvolvi xogħlijiet f'Ħ'Attard u Ħal Qormi mistennija titlesta sa nofs Lulju li ġej. Il-kuntratt għat-tieni fażi, li jinkludi t-tqegħid ta' 'mains' fl-inħawi ta' Ħ'Attard u r-Rabat, ingħata, u x-xogħol kollu ppjanat li jitlesta għall-aħħar ta' din is-sena. Għat-tielet fażi li tikkonsisti f'xogħlijiet estensivi ġewwa r-Rabat, tlesta d-disinn preliminari u x-xogħol huwa ppjanat li jitlesta bejn is-sena 2001 u 2002.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15367?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed taghmel uzu minn 32 karozza tal-kiri. Dawn il-karozzi jintuzaw minn ufficjali tal-Korporazzjoni u l-kariga li jokkupaw min-natura taghha tesigi li dawn ikollhom jidhlu ghax-xoghol f`hinijiet u granet li matulhom il-bicca l-kbira tal-haddiema ma jkunux xoghol.
In-numru ta` vetturi `impressed` li bhalissa huma ngaggati mal-Korporazzjoni jammonta ghal 67. Dawn jikkonsistu fi 28 van, 19-il trakk u 20 karozza.
Il-budget ghal spejjez ta` trasport ghas-sena finanzjarja 1999, 2000 jammonta ghal Lm506,400.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni qiegħed id-Dipartiment ta' l-Artijiet jgħolli l-kera ta' l-appartamenti tal-gvern, bħalma sar fil-każ ta' Flat 5, Block A, Triq il-Plejju, Imġarr?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għolliex il-kera tal-appartamenti tal-Gvern. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sussidju, nitolbu li jagħmel domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru u fuq liema parametri ġew magħżula persuni sabiex isegwu kors universitarju ta' certificate in IT in education mid-dipartiment ta'l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li toħroġ ċirkolari għall-għalliema kollha, dawk l-applikanti li jissodisfaw il-kwalifiki mitluba mill-Universita` ta' Malta jiġu mibgħuta għal kors ta' sentejn li jwassal għal diploma fuq il-pedagoġija tat-tagħlim ta' l-IT.
Wara li jtemmu l-ewwel sena b'suċċess, il-kandidati jingħataw ċertifikat u jkunu jistgħu jsegwu t-tieni sena tal-kors li twassal għal diploma.
ISEM TAL-KORS NUMRU TA' KANDIDATI
Certificate/Diploma in IT in Education 40
Primary Level - Early Childhood Education
Certificate/Diploma in IT in Education 20
Primary Level - Primary Junior Education
Diploma in IT in Secondary Mathematics 10
Education Option
Diploma in IT in Education - 10
Secondary IT Applications Option
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew flus il-portraits li saru ta' l-ex-chairman u tad-direttur ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li jinsabu mwaħħla fit-tromba tat-taraġ ta' l-uffiċċji ta' l-istess awtorita'?
Minn min saru dawn il-portraits?
Kif ġie magħżul il-pittur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-portraits li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant swew Lm250 kull wieħed u saru mill-artist Lawrence Buttigieg.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-retaining wall li qiegħed isir fil-ġemb ta' l-Imtarfa Bypass hux kopert bil-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħajt imsemmi mill-Onor. Interpellant ittella bħala miżura urġenti biex jilqa t-tafal li beda nieżel fit-triq, u sabiex b`hekk ma jkunx hemm periklu għal min jużha. Għalissa qed jiġi diskuss ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif din l-istruttura għandha titlesta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-applikazzjoni li saret lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mid-Dipartiment tat-Toroq, PA 984/00?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-maltempijiet għamlu l-ħsara fit-triq eżistenti li qegħda riskju li taqa` ġol-baħar, għalhekk id-Dipartiment ser ikollu jagħmel triq oħra biex jipprovdi aċċess fl-inħawi, u b`hekk ikun hemm bżonn li ssir applikazzjoni għall-permess ta` l-Awtorita`.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji rigward overtime li nħadem f'dawn l-aħħar 18-il xahar mill-impjegat li ismu qed jintbagħat separatament?
Kemm kien l-ammont ta' overtime xahar b'xahar u min kien li approvah?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Dan l-overtime ġie approvat bil-proċeduri normali kif jiġi approvat overtime ieħor fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 15263, jista' l-Ministru jikkonferma li d-drenaġġ ta' Ħal Far Industrial Estate mhux imqabbad mas-sistema tad-drenaġġ imma qiegħed jintefa' direttament fil-baħar? Jekk fl-affermattiv, f'liema parti tal-kosta qiegħed jintefa' dan id-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15263.
Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi dan id-drenaġġ ilu għal ħafna snin ikun skarikat fil-baħar, fil-limiti ta' Wied Żnuber, Ħal Far.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15104?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-Ministeru tiegħi joħroġ liċenzji biss għall-irziezet li jrabbu l-majjali. Minn dawn hemm kif gej -
Malta 165
Għawdex 18
Pero nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji għandu irreġistrati miegħu irziezet li huma lliċenzjati minn entitajiet oħra. Dawn huma mqassma hekk:
Irziezet tal-baqar li jipproduċu l-ħalib għall-MDP:
Malta 119
Għawdex 56
Irziezet tat-tjur:
Malta 344
Għawdex 97
Irzieze t ta' bhejjem oħra:
Malta u Għawdex 1341 (Ma dawn wieħed irid iżid 554 razzett li huma rreġistrati pero li bħalissa m'għandhomx bhejjem.
Dawn l-irziezet huma mifruxa ma Malta u Għawdex kollha.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15105, jista' l-Ministru jgħid meta hu propost li jsir dan ix-xogħol f'Siġġiewi Road, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-disinn ta` l-ewwel `pelican light` huwa lest, u x-xogħol mistenni jibda fi żmien qasir. Id-disinn tat-tieni `crossing` għad irid isir peress li s-`survey` għadu qiegħed jiġi ppreparat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-headmaster ta' l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ neħħa l-permess lis-sezzjoni ta' l-iscouts ta' Ħaż-Żebbuġ sabiex jagħmlu użu mill-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill ta' l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ, żamm il-permess lis-sezzjoni ta' l-iscouts ta' Ħaż-Żebbuġ milli jagħmel użu mill-iskola, wara li uffiċjalment ġie mitlub minn Uffiċjali għolja ta' l-Iscouts Commission f'Malta.
Sal-lum il-Kunsill Skolastiku għadu ma rċeviex risposta uffiċjali dwar x'deċiżjoni ttieħdet.
Il-Kunsill skolastiku talab biex din id-deċiżjoni tintbagħtlu kemm jista' jkun malajr, biex ikun jista' jikkonsidra l-passi li għandu jieħu għall-futur.
Wieħed għandu jżid li s-surmast kien qiegħed jaġixxi bħala segretarju/kaxxier tal-Kunsill Skolastiku.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 15100, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar l-ammont ta' każi ta' żbroff ta' drenaġġ f'dawn l-aħħar 12-il xahar f'Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq Massimiliano Colbe - Tiswija
Question
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15101, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Massimiliano Colbe, San Pawl il-Baħar tiġi surfaced peress li fiha hemm diversi residenti?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li se jsiru matul din is-sena u li se jiswew Lm0.5 miljuni u li jinkludi xogħol ta' restawr u ta' embellishment kif ġie rrapportat li qal il-Ministru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ewwelnett, tajjeb li jingħad li ċ-ċifra msemmija minni kienet ta' madwar Lm5 miljun u mhux ta' Lm0.5 miljun. L-Onorevoli Interpellant jista' jikseb it-tagħrif mitlub minn paġna 196 ta' l-Estimi Ġenerali.
Jista' l-Ministru jinvestiga fejn ġiet meħuda dik il-ġebla kbira u antika ta' Ġnien ir-Rumani li kienet quddiem iċ-ċimiterju tar-Rabat, ħdejn il-Villa Rumana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ġebla l-kbira u antika li kien hemm ħdejn il-Villa Rumana, iddaħħlet fil-Mużew ta' l-Antikitajiet Rumani (l-hekk imsejħa Villa Rumana) fi Frar ta' l-1998, u issa qegħda fost l-esebiti f'dan il-mużew.