Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ'Attard — Triq Victor Vassallo

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru xi tip ta' traffic calming measures fi Triq Victor Vassallo, Ħ'Attard, peress li din hi triq twila, wiesgħa u dritta u allura ħafna sewwieqa jsuqu bi speed esaġerat, minkejja li hi triq residenzjali, u b'hekk jikkaġunaw perikolu kbir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li l-karozzi tal-linja jgħaddu minn Triq Victor Vassallo mhux pratikabli li jsiru `road humps (sleeping policemen)` konvenzjonali. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mal-Kunsill Lokali ta` H`Attard ser jinvestiga x`jista` isir biex is-sewqan eċċessiv f`din it-triq jiġi mrażżan. Ta` min jgħid iżda li mhux dejjem possibli li jsiru `traffic calming measures` forma ta` `road humps`, u trid tiġi nvestigata l-possibilta` ta` sorveljanza aħjar mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #15932 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jispiċċa x-xogħol ta' embellishment li qiegħed isir f'Tas-Sliema, fil-fażi ppjanata għal din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-parti l-kbira tax-xogħol ippjanat fl-ewwel fażi ta' l-upgrading tal-promenade f'tas-Sliema ser ikun lest sa l-aħħar ta' Ġunju. Ix-xogħol ta' pavimentar tal-promenade ser jaqa' xi ftit lura minħabba li kien hemm dewmien fl-għoti ta' l-offerta għal dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #15869 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li ġew ipprovduti bi xkejjer tas-siment mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Dan is-siment tħallas kollu mill-kuntratturi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #15906 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Serq

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15621, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-każ ta' attentat ta' serq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-attentat ta` serq imsemmi fil-mistoqsija numru 15621 kien jirrigwarda persuna li tefghet fil-but sparking plug ta` jigger. Din il-persuna ghaddiet lura l-oggett wara li ufficjal inkarigat fl-istore induna x`kien gara u talab lura dan l-oggett. Il-prezz ta` dan l-isparking plug mhux aktar minn lira u kien ghalhekk li ma ttiehdu ebda passi dwar dan il-kaz.
Leg 9 PQ #15907 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — IT Certificate

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15605, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-għalliema magħżula huma kwalifikati bħala għalliema mill-Universita' u kemm minnhom huma casual teachers? Minn dawk li ma ntgħażlux kemm hemm għalliema kwalifikati u kemm hemm casual teachers?

Response (GALEA, LOUIS)

B'referenza għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 15605, informat li dawk l-Għalliema li ġew magħżula kollha kellhom il-kwalifiki meħtieġa mill-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni, ta' l-Universita` ta' Malta, u ebda wieħed minnhom m'huwa Casual Teacher. Informat ukoll li dawk li ma ntagħżlux kienu kif se nsemmi: * Waħda Kindergarten Assistant * Tnejn Supply Teachers * Waħda Għalliema fi Skola tal-Knisja * Erbgħa Facilitators * Tnejn Part-time Instructors
Leg 9 PQ #15908 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min saru jew mingħand min inxtraw l-imwejjed ta' l-injam li tpoġġew fil-park nazzjonali f'Ta' Qali? Kemm ġew jiswew dawn l-imwejjed?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-imwejjed ta' l-injam (Picnic Tables) li tpoġġew fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali saru mill-ħaddiema tal-Gvern fis-Sezzjoni tal-Countryside and Country Parks fil-Ministeru ta' l-Ambjent. Il-materjal għal kull mejda ġie jiswa Lm63.40.
Leg 9 PQ #15909 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Kalkara tal-ġir

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li jsir minn dik il-proprjeta' li qabel kienet isservi ta' kalkara tal-ġir, f'Ħaż-Żebbuġ imma li issa ilha magħluqa għal diversi snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi huwa l-ħsieb tas-Supporting Services Section tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni, li l-bini li qabel kien iservi ta' kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ jibqa' jintuża bħala 'store' għal materjal u għodda oħra ta' l-istess sezzjoni.
Leg 9 PQ #15910 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera dovut lill-MDC għal kiri ta' fabbriki f'diversi industrial estates?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif huwa ndikat fl-Estimi pagna 229, huwa stmat li l-kera li l-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta ghandha ddahhal f`din is-sena ilahhaq iz-zewg miljuni.
Leg 9 PQ #15771 Sitting 287 2000-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex saret applikazzjoni PA 1088/00 mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 1088/00 saret biex jinbena kiosk ġdid flok dak li jeżisti f'Fond Għadir, bħala parti mill-proġett ta' upgrading fil-promenade f'Tas-Sliema.

Dipartiment tat-Toroq — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA1084/00 li saret mid-dipartiment tat-toroq lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex issir triq ġdida barra mill-ischeme fix-Xemxija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kulħadd jaf bis-sistema perikoluża ta' aċċessi u ħruġ għaż-żona residenzjali li hemm taħt il-knisja tax-Xemxija. Għalhekk saret l-applikazzjoni sabiex issir triq ġdida li tipprovdi aċċess tajjeb mir-'roundabout' li nbniet faċċata tal-knisja.
Leg 9 PQ #15625 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Sta. Margerita - Car park

Question

B'riferenza għal bini ta' car park fl-inħawi ta' Sta. Margerita, Bormla bħala xi tip ta' soluzzjoni għal problemi tal-parking li se joħloq il-proġett tal-Cottonera, jista' l-Ministru jgħid kemm hu propost li jesa' karozzi dan il-car park u x'inhu l-valur tax-xogħlijiet biex jinbena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-car park imsemmi huwa propost li jesgħa madwar 350 karozza. Bħalissa t-Taqsima tax-Xogħlijiet qiegħda tiffinalizza l-proposti tagħha. Huwa mistenni illi fil-ġejjieni viċin tiġi sottomessa applikazzjoni ta' l-iżvilupp lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. F'dan l-istadju mhux possibbli li wieħed jagħti valur għax għadhom ma ġewx konklużi t-taħdidiet mal-partijiet konċernati.
Leg 9 PQ #15626 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Waste Management Main

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Waste Management Main li għadu kif ġie ppubblikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Waste Management Subject Plan for the Maltese Islands. Aktar kopji ta` dan il-pjan jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #15765 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Retaining wall

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-disinn strutturali tar-retaining wall fejn il-Gillieru, Buġibba, qiegħed isir minn konsulent privat? Jekk fl-affermattiv min hu l-konsulent, kif ġie magħżul u x'se jitħallas għas-servizz li jagħti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-disinn strutturali tar-retaining wall fejn il-Gillieru sar minn Perit fl-Istructural Unit tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.

San Pawl il-Baħar — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir fil-bidu tat-telgħa tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar fin-naħa tat-tarf li tagħti għax-Xemxija (fuq il-wied)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 14926.
Leg 9 PQ #15768 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tindif tat-toroq arterjali qiegħed isir minn kuntrattur? Jekk fl-affermattiv, kif intgħażlu l-kuntratturi? X'qegħdin jitħallsu l-kuntratturi magħżula għal dan is-servizz?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-toroq arterjali li qed jitnaddfu mill-kuntratturi huma kif jidher hawn taħt: Kuntratt numru 1 ingħata lill-General Cleaners u jkopri dawn it-toroq: Triq iċ-Ċirkewwa, Ċirkewwa, Triq il-Marfa, Marfa, Triq ta' l-Għadira, Mellieħa, Mellieħa By-Pass, Triq Louis Wettinger, it-Telgħa ta' Selmun, it-Telgħa tax-Xemxija, Xatt il-Pwales, St. Paul's Bay By-Pass u Triq Burmarrad sa Tarġa Gap, Mosta, tul ta' 18.8 km. Ix-xogħol jikkonsisti f'tindif bil-Mechanical Sweeper u qtugħ ta' ħaxix mit-triq, bi frekwenza ta' darba fil-ġimgħa għall-prezz ta' Lm213.90 fil-ġimgħa. Kuntratt numru 2 ingħata lill-Floorcare Services Ltd. li jkopri dawn it-toroq: Minn Tarġa Gap, Triq tal-Ġiżwiti, Mosta, Triq Buqana, Mosta, Triq il-Mosta, Rabat, Triq il-Kbira, Dingli, Mtarfa By-Pass, Rabat, mir-Roundabout tal-Qliegħa sal-Knisja ta' l-Imġarr u Triq bejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi u r-roundabout tat-triq tar-Rabat (Ta' Srina), tul ta' 14.5 km. Ix-xogħol jikkonsisti f'tindif bil-Mechanical Sweeper u qtugħ ta' ħaxix mit-triq, bi frekwenza ta' darba fil-ġimgħa għall-prezz ta' Lm220.00 fil-ġimgħa. Dawn il-kuntratti ngħataw bi proċeduri normali wara sejħa għall-offerti. Il-kumplament tat-toroq arterjali qed jitnaddfu bil-ħaddiema tal-Gvern.

Baħar iċ-Ċagħaq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni qegħdin isiru xogħlijiet fil-coast road, il-parti li tagħti minn Baħar iċ-Ċagħaq sal-Magħtab?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fil-`Coast Road` qed isir skond il-pjan biex jiġu rrestawrati t-toroq u fil-fatt huwa tkomplija tax-xogħol li kien inbeda s-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #15619 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħin tax-xogħol tal-wardens fil-park nazzjonali f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħin tax-xogħol tal-wardens fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali huma: Day Shift 0700 - 1900 hrs. Night Shift 1900 - 0700 hrs. Dawn jaħdmu fuq sistema ta' Day - Night - Rest - Off.
Leg 9 PQ #15620 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Xkejjer tas-siment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipprovdix lill-kuntratturi privati bi xkejjer tas-siment meta dawn jagħmlu xi xogħol għall-istess korporazzjoni? Fuq liema tip ta' xogħlijiet jiġi pprovdut dan is-siment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mhux normali li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma tipprovdi lill-kuntratturi privati bi xkejjer tas-siment. Meta kien hemm kuntrattur li nghata xi xkejjer tas-siment, dan gie pprezentat bil-kont relattiv u min-naha tieghu ghamel il-pagament dovut.
Leg 9 PQ #15621 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq irrapportati mill-istores tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, f'Kordin f'dawn l-aħħar 12-il xahar? F'liema data ġie rrapportat dan is-serq u x'kienu l-oġġetti li nsterqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, ma kienhemm l-ebda kaz ta` serq irrapurtat mill-imhazen tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma f`Kordin. Kien hemm biss kaz ta` attentat ta` serq li twaqqaf fil-pront u minhabba t-trivjalita` tieghu ma kienx gie rrapurtat bil-miktub.
Leg 9 PQ #15622 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

PWD — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba huma obbligati li jiffirmaw il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, matul il-ġurnata, kemm dawk industrijali kif ukoll dawk klerikali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema kollha fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet, jiġifieri kemm dawk industrijali, klerikali u anke tekniċi jiffirmaw darbtejn kuljum, darba fil-għodu u ċioe' fil-ħin tad-dħul u darba qabel il-ħin tal-ħruġ.