Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16241 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Suldati tal-volontarjat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer isir minn dawk il-persuni li ġew magħżula bħala suldati volontiera wara li jispiċċalhom il-kuntratt ta' tliet snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Avviż Legali Numru 80 ta' l-1998 jirregola l-kundizzjonijiet tas-Servizz tas-suldati voluntieri. Skond ir-Regolament Numru 10 dawn il-voluntieri jistgħu jiġu mogħtija l-opportunita li jservu t-tieni ngaġġ ta' tlett snin.
Leg 9 PQ #16242 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Kalkara tal-ġir

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn sar survey tal-proprjeta' li kienet iservi bħala kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li la t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u lanqas l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma għamlu xi survey fis-sit li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #16248 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Tas-Sliema — Latrini

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' latrini ġodda li qegħdin isiru bħala parti minn xogħol ta' embellishment f'Tas-Sliema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' latrina ġdida bħala parti mix-xogħol ta' embellishment f'tas-Sliema jinsab fil-fażijiet tal-bidu tal-kostruzzjoni. Sa issa tqatta' l-blat u nbeda xi xogħol fuq il-pedament tal-bini.
Leg 9 PQ #16249 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Tas-Sliema — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li qegħdin jagħmlu x-xogħol bħala parti mill-embellishment f'Tas-Sliema? X'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u x'inhu l-valur tal-kuntratti rispettivament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kuntratturi li qegħdin jagħmlu xogħol bħala parti mill-embellishment f'tas-Sliema, x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u l-valur tal-kuntratti rispettivi tagħhom jidhru fil-lista li tidher hawn taħt: Kuntratt Kuntrattur Valur ta' l-offerta --------------------------------------- ------------------------------- Paving Attard Bros. Lm171,555. Bini ta' ġibjun Messrs. Rene Scicluna Lm 21,754. Bini ta' latrina ġdida Mr. Frans Abela Lm 18,449. Precast concrete elements C. Vella & Sons Ltd. Lm 19,827. In-situ concrete kerbs Road Group Co. Ltd. Lm 12,165. Gulley Tops Attard Tipped Tools Ltd. Lm 4,300. Gulley Tops Clo. Farrugia (Melfar) Lm 1,335.

Mosta — Off Mosta Ring Road - Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat- triq li trid issir "Off Mosta Ring Road, Mosta" skond is-sejħa għall-offerti CT 168/2000? x'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Peress li l-prassi li jiġu ppublikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqatgħet, wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l-istadju.

Offerta CT170/2000 — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat-triq li trid issir mir-roundabout tal-Qlejja sa Triq Rabat u mill-Mount Carmel Hospital Junction sas-Saqqajja skond is-sejħa għall-offerti CT 170/2000? X'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Peress li l-prassi li jiġu ppublikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqattgħet wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l-istadju.
Leg 9 PQ #16235 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — North Harbour Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft "North Harbour Local Plan" li għadu kif ġie pubblikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Local Plan Unit ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar bagħat kopja tad-draft tal-'North Harbour Local Plan' lill-Membri Parlamentari kollha. Madankollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja oħra tad-draft imsemmi.
Leg 9 PQ #16236 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imġarr — Triq iċ-Ċagħaq - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwassal il-provvista ta' l-elettriku sabiex tibda titħaddem il-pumping station tad-drenaġġ fi Triq iċ-Ċagħaq, l-Imġarr?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-unika Pumping Station tad-drenagg li hemm fi Triq ic-Caghaq, l-Imgarr ilha hafna fornita bis-servizz ta` l-elettriku.
Leg 9 PQ #16238 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titpoġġa lura l-funtana fil-baħar quddiem il-pjazza ta' Buġibba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-funtana se titqiegħed lura fl-aħħar ta' Mejju u titħalla fil-baħar sa Settembru.

Condominium Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern fir-rigward tal-Condominium Act li ġie diskussa fil-Parlament matul il-leġislatura li għaddiet?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.

Benefiċċji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'benefiċċji tingħata persuna li tagħmel operazzjoni tal-qalb?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Benefiċċji Soċjali mħallsa taħt il-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). Dan l-Att ma jipprovdix Benefiċċji Soċjali li l-għoti tagħhom hu b'xi mod marbut ma' xi tip ta' intervent kirurġiku li jkun sar. Numru ta' benefiċċji għandhom marbut magħhom l-aspett mediku, fis-sens li kunsiderazzjoni trid tingħata dwar l-istat ta' saħħa ta' min jagħmel talba għall-benefiċċju. Benefiċċji oħra huma marbuta ma' marda jew kundizzjoni speċifika li wieħed ikun qed ibati minnha.
Leg 9 PQ #15988 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 15869?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-ahhar 12-il xahar il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ipprovdiet lill-kuntrattur Charles Dimech b`183 xkora siment iswed. Il-valur ta` dan is-siment gie kkalkulat b`rata kummercjali u tnaqqas mill-ammont ta` flus li dan il-kuntrattur kellu jiehu ghal xoghol li ghamel ghall-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #15989 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport — Containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew containers kull xahar mill-Malta Freeport mill- 1 ta' Jannar, 1999 sal-lum, kull xahar separat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif gej: Jannar 1999 87,487 container Frar 1999 89,645 Marzu 1999 88,411 April 1999 80,942 Mejju 1999 89,850 Gunju 1999 89,506 Lulju 1999 94,784 Awissu 1999 84,747 Settembru 1999 84,195 Ottubru 1999 100,377 Novembru 1999 74,147 Dicembru 1999 80,881 TOTAL 1,044,972 Jannar 2000 76,827 Frar 2000 83,722 Marzu 2000 82,190 TOTAL 242,739
Leg 9 PQ #15990 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

North Harbour Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft North harbour local plan li għadu kif ġie ppubblikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ambaxxata f'Moscow — Bini ġdid

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-gvern huwiex biħsiebu jakkwista bini ġdid għall-ambaxxata f'Moscow, ir-Russja? Jekk fl-affermattiv, kemm se jkun jiswa dan il-bini?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li qed isiru negozjati ma' l-awtoritajiet Russi biex il-Gvern Malti jingħata bini ieħor għall-użu ta' l-ambaxxata Maltija f'Moska minflok l-appartament minn fejn qed topera bħalissa, liema appartament huwa wkoll proprjeta tal-Gvern Russu.
Leg 9 PQ #15911 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mġarr — Pumping station

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwassal il-provvista ta' l-elettriku għall-pumping station fl-Imġarr li ilha lesta għal ħafna xhur imma minħabba dan in-nuqqas ma tistax titħaddem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jaghti aktar informazzjoni sabiex ikun jista` jigi identifikat fejn huwa mehtieg is-servizz ta` l-elettriku.
Leg 9 PQ #15912 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Konsulenti Dorsch Consult

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ġew imqabbda jagħmlu fid-Dipartiment tad-Drenaġġ, il-konsulenti Dorsch Consult? Jista' jgħid kif ġiet mogħtija x-xogħol din il-kumpannija u x'inhu l-valur tax-xogħol li se jagħmlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-konsulenti Dorsch Consult huma 'Project Managers' li ngħataw kuntratt sabiex jiġu segwiti l-proġetti tal-Master Plan tad-Drenaġġ, sa nofs is-sena 2003. Il-kumpanija ġiet mogħtija x-xogħol wara sejħa għall-offerti li għalqet fit-12 ta' Frar 1998. Il-valur tal-kuntratt jammonta għal Lm607,609.00 li jitħallas fuq perjodu ta' tlett snin.
Leg 9 PQ #15929 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — St James Cavallier

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jintemm ix-xogħol f'St James Cavalier, Valletta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol huwa ppjanat li jitlesta sa l-aħħar ta' Mejju ħlief għal xi xogħol konness ma' materjal li dam biex jasal minn barra. Qed nirreferi prinċiparjament għal ħġieġ li jifforma l-poġġaman tat-taraġ prinċipali. Huwa mistenni li sa l-aħħar ta' Ġunju dan ikun imwaħħal fil-post.
Leg 9 PQ #15930 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħ'Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol li qiegħed ( u ilu) jsir fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ppjanat li x-xogħol fuq il-bini tas-sala ta' Ħ'Attard u xogħlijiet ta' finitura u servizzi elettriċi u mekkaniċi huma antiċipati li jitlestew sa l-aħħar ta' Diċembru 2000. Fil-preżent għaddej xogħol ukoll fuq ilqugħ ta' ilma tax-xita li hu antiċipat li jitlesta sa l-aħħar ta' Settembru 2000.