Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17240 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

MIDI — Ftehim

Question

Issa li ġie finalizzat il-ftehim mal-MIDI dwar it-trasferiment ta' proprjeta' f'Manoel Island u Tigne Point, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollu li ntlaħaq ma' terzi sabiex min kien qiegħed jokkupa proprjeta' jingħata xi tip ta' kumpens kif ġie mitlub u mwiegħed li se jagħmel fil-kumitat tal-Kamra meta ġie diskuss dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17241 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separtament u li jaħdem fid-dipartiment tad-drenaġġ ġie trasferit minn xogħol li kien ilu jagħmel għal ħafna snin u ngħata xogħol ieħor li hu ta' livell anqas mill-grad tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #17242 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

MIDI — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt (inkluż id-dokumenti relattivi kollha) li għadu kif ġie offrut mill-gvern lill-consortium MIDI għal trasferiment ta' proprjeta' f'Manoel Island u Tigne' Point?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17264 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Manoel Island/Tigne — Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti Maltin inkarigati mill-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point kif sottomess lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16564 ma nemminx li hemm ħtieġa ta` mistoqsija parlamentari sabiex jiġi ottenut dan it-tagħrif. Din l-informazzjoni hija aċċessibli għal kull persuna mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Bl-emendi ta` l-1997 ġie ristrett l-aċċess għall-pjanti, ħlief għall-periti, iżda t-tagħrif normali bħall-isem tal-applikant u l-perit xorta jingħata.

Siġġiewi — Xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għax-xogħlijiet li saru mid-dipartiment tat-toroq fil-pjazza tas-Siġġiewi mal-ġenb tal-Knisja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba li jinħolqu problemi waqt il-festa biex ikun armat il-planċier (il-ġdid), kien hemm bżonn li t-triq tkun `regraded` u għalhekk twettaq ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #17269 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Arkitettura u l-Inġinerja — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-fulltime u part-time lecturers fid-dipartiment ta' l-arkitettura u l-inġinerija ċivili fl-Universita' ta' Malta inkluż ir-rwol ta' kull lecturer?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #16919 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teatru Manoel — Security Personnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-impjiegi ta' security personnel fit-Teatru Manoel li sar xi xhur ilu?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba tibdil li qed jiġi konsidrat fl-istruttura ta' tmexxija, l-Kumitat għadu qed jikkonsidra sistemi differenti dwar is-Sigurta` tat-Teatru qabel ma jiddeċiedi.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li d-dipartiment tat-toroq jimpjega dawk l-istudenti li se jiggradwaw bħala periti li għall-ewwel darba huma speċjalizzati fl-inġinerija tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministeru diġa` ħa passi mal-`Public Service Commission` sabiex l-istudenti li ser jigradwaw din is-sena u li kienu qed jistudjaw fuq xogħol ta` toroq ikunu jistgħu jiġu mpjegati bħala `Trainee A & CE`s fid-Dipartiment tat-Toroq.
Leg 9 PQ #16682 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Attard — Triq Dun Mikiel Xerri

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal b'mod adegwat Triq Dun Mikiel Xerri, Ħ'Attard minħabba li d-dlam li hemm qed jagħti lok li jitwettqu diversi abbużi fosthom serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata.

Pensjoni tal-Wens

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tal-wens għadha ma ġietx mogħtija lill-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #16564 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' major projects li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qegħda tikkonsidra bħalissa inkluż l-lokalita', numru ta' applikazzjonijiet, deskrizzjoni tax-xogħol propost u l-isem tal-perit/ditta li issottometta l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li parti mit-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nemminx li hemm ħtieġa li nagħti l-isem tal-perit/ditta kif ukoll in-numru tal-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #16565 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal agricultural store

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' permessi għal agricultural store maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum, inkluż in-numru ta' applikazzjoni u lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat-triq li trid issir mill-knisja ta' Burmarrad sa Tarġa Gap, Qlejja roundabout, skond is-sejħa għall-offerti CT 169/2000? X'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Peress li l-prassi li jiġu ppublikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqatgħet wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l-istadju.

Pensjoni tas-Servizzi Ingliżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux il-ħsieb tal-gvern li titkompla r-riforma mibdija taħt gvern Laburista preċedenti fil-pensjoni tas-servizzi Ingliżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 6278 u Numru 12069.
Leg 9 PQ #16385 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Kalkara tal-ġir

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 16242, jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt sar survey tal-proprjeta' li kienet isservi bħala kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, min għamel dan is-survey u min ordnah?

Response (BORG, TONIO)

Nagħmel referenza għal Tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16242. Ġaladarba ma sarx survey minn entita` tal-Gvern li taqa` taħt id-dekasteru tiegħi, ma nistax inwieġeb għad-domanda ta` l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #16399 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Imġarr — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jitneħħa l-ħmieġ u t-traskuraġni li hemm fiċ-ċimiterju ta' l-Imġarr (Malta)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B`referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16399, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li wara lment li saru lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika l-Ħadd 21 ta` Mejju, dwar iċ-ċimiterju ta` l-Imġarr (Malta), spezzjoni saret minn uffiċjal tad-Dipartiment fl-istess ġurnata. Għalkemm ma nstab l-ebda ħmieġ, l-għada 22 ta` Mejju 2000, ħaddiema ta` l-istess Dipartiment ġew mibgħuta biex isir xi xogħol ta` tikħil u manutenzjoni fuq xi oqbra u ż-żewġ ossarji.
Leg 9 PQ #16400 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Condominium Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern fir-rigward tal-condominium act li ġiet diskussa fil-Parlament matul il-leġislatura li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Fuq talba ta` diversi partijiet, inkluż il-Kunsill Notarili, tlesta Abbozz sabiex isiru ċerti emendi. Dan l-Abbozz mistenni li jiġi pubblikat f`Ġunju 2000.

Offerta CT 167/2000 — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat-triq li trid issir bejn is-Salina u l-Iklin skond is-sejħa għall-offerti CT 167/2000? X'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Peress li l-prassi li jiġu ppubblikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqatgħet wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l-istadju.

Offerta CT 171/2000 — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' Rabat roundabout sa Triq Mdina skond is-sejħa għall-offerti CT 171/2000? X'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Peress li l-prassi jiġu ppubblikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqatgħet wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l-istadju.
Leg 9 PQ #16254 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema Promenade — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' ġibjun li qiegħed jinbena taħt il-promenade f'Tas-Sliema bħala parti mix-xogħol ta' embellishment ta' din l-area? Kemm se jiġi jiswa dan il-ġibjun?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-ġibjun li qiegħed jinbena taħt il-promenade f'tas-Sliema jinsab fi stadju avvanzat. F'dawn il-ġranet ser jingħata l-aħħar 'lift' tal-ħitan tal-konkos u fi ftit jiem wara jissaqqaf il-ġibjun. L-offerta għal dan ix-xogħol ittieħdet għas-somma ta' Lm 21,754. u għadu mhux magħruf kemm ser ikun il-valur totali ta' dan ix-xogħol minħabba li x-xogħol għadu għaddej.