Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17599 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Bieb il-Belt — Renzo Piano

Question

B'riferenza għal dak li ntqal dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta' Renzo Piano għal Bieb il-Belt, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsulent Piano ġiex mogħti kuntratt sabiex ikompli bix-xogħol tiegħu? Ġaladarba Piano reġa' ġie riferut bħala l-konsulent għal proġett ta' Bieb il-Belt, kif se jitħallas Piano għal dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda kuntratt ma' l-Arkitett Renzo Piano.
Leg 9 PQ #17600 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali tax-show tad-dawl tal-millenju fl-inawgurazzjoni ta' St. James Cavalier? Jista' jagħti l-breakdown ta' din l-ispiża b'mod partikolari kemm intnefqu flus sabiex jinġieb l-artist barrani, kemm għall-equipment li inġib mill-Amerika, kemm biex dan l-apparat ġie maqlub għas-sistema Maltija u kemm biex intbagħtu lura l-Amerika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #17601 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali tal-proġett ta' St. James Cavalier sal-lum u kemm hu mistenni li se jiswa meta jispiċċa x-xogħol kollu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali fuq St James Cavalier mistennija tkun ta' madwar Lm4,000,000. li minnhom diġa' tħallset is-somma ta' Lm2,978,000.
Leg 9 PQ #17602 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier — Vot ta' tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vot ta' tmexxija ta' St. James Cavalier hux se jitħallas taħt il-Ministeru għall-Ambjent? Kemm hu stmat li se jintnefaq din is-sena għat-tmexxija? Kemm hu l-pakkett ta' remunerazzjoni li ġie mogħti d-direttur Chris Gatt? Ġaladarba ċ-ċentru għadu ma nfetaħx x'għamel dan id-direttur sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sa l-aħħar ta' din is-sena l-ispejjeż għat-tmexxija ta' St. James Cavalier qed jitħallsu mill-voti tal-Ministeru tiegħi. Għad mhux magħruf kemm se tkun in-nefqa għal din is-sena. Il-pakkett ta' remunerazzjoni tas-Sur Chris Gatt, bħala Executive tal-Proġett, huwa ta' Lm8392. fis-sena, flimkien mal-Bonus ta' nofs is-sena u tal-Milied. Huwa ntitolat ukoll Lm50. petrol allowance fix-xahar. Dan l-Executive ħa ħsieb il-ftuħ uffiċċjali taċ-Ċentru u qed jippjana, flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati, programm ta' xogħol, esebizzjonijiet u affarijiet oħra li se jibdew minn Settembru li ġej.
Leg 9 PQ #17603 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier — Perit Richard England

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-perit Richard England sal-lum għax-xogħol ta' St. James Cavalier? Kemm tħallas għal proġett ta' Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Perit England s'issa tħallas is-somma ta' Lm166,967. fuq il-proġett ta' St James Cavalier matul il-ħames snin minn mindu beda l-proġett. L-istess perit tħallas Lm65,900. fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt. Iż-żewġ somom jinkludu t-taxxa tal-VAT u CET.
Leg 9 PQ #17584 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Change of use

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex xi policy li ma jingħatawx permessi għal change of use f'bars u restaurants ta' proprjetajiet fi Triq Wilġa, Paceville?

Response (BORG, TONIO)

Peress li sa llum ma teżisti l-ebda policy, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tikkonsidra kull każ fuq il-mertu tiegħu. Sakemm-il darba qiegħed jiġi salvagwardjat speċjalment l-element residenzjali jista` jiġi rrakkomandat ħruġ ta` permess għal change of use f`bars u restaurants fi propjetajiet fi Triq Wilga, Paċeville. Sadanittant hemm policy proposta dwar dan fl-abbozz tan-North Harbours Local Plan.
Leg 9 PQ #17587 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Arkitettura u Inġinerija — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17269?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` għandha sittax-il membru ta' l-istaff akkademiku fi ħdan il-fakulta` ta' l-Architecture and Civil Engineering, imqassma kif ġej: Full-time; 12-il impjegat, li minnhom: ---------------------------------------- 1 Professor 7 Senior Lecturer 3 Lecturer 1 Research Assistant Part-time; 4 impjegati, li minnhom: -------------------------------------- 2 Senior Lecturer 1 Lecturer 1 Assistant Lecturer
Leg 9 PQ #17588 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Middle Management in Construction

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jingħataw iċ-ċertifikati lil dawk l-istudenti li spiċċaw b'suċċess il-kors tal-Middle Management and Construction li kien ġie organizzat mill-Universita' flimkien mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-ċertifikati tal-kors fil-Middle Management ġew ippreparati mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u għandi informazzjoni li issa huma lesti u dalwaqt jingħataw lil dawk li temmew il-kors b'suċċess.
Leg 9 PQ #17589 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord ta' l-HCEB għandux policy li ma jagħtix permessi għall-operazzjoni ta' bars u restaurants ġodda fi Triq Wilġa, Paceville?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-'H.C.E.B.' tirregola l-lukandi u l-istabbilimenti li jservu ikel u għalhekk il-'bars' ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita' tagħha iżda tal-Pulizija. Il-'policy' tal-'H.C.E.B.' dwar permessi ġodda ta' stabbilimenti li jservu ikel f'Paceville hi li tillimita ruħha għal dawk li jilħqu, għallinqas, l-istandard tat-Tieni Klassi ta' ristorant.
Leg 9 PQ #17413 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Bieb il-Belt — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar it-talba li saret lill-EIB għal finanzjament tax-xogħol li jrid isir f'Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saru diskussjonijiet ma' l-EIB fejn ġew spjegati d-dettalji kollha inkluż il-'costings', għall-konsiderazzjoni tagħhom, u biex jagħmlu proposta f'dan ir-rigward lill-Gvern.
Leg 9 PQ #17414 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Awtorita' dwar ir-Riżorsi — Pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-pjanijiet tal-gvern għall-Awtorita' dwar ir-Riżorsi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Abbozz ta` Ligi li jwaqqaf Awtorita` dwar ir-Rizorsi huwa ntiz biex isservi bhala regolatur fl-oqsma ta` l-energija, ta` l-ilma u tar-rizorsi naturali. Dan l-abbozz ser ikun ippubblikat fi zmien qasir.
Leg 9 PQ #17375 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — 2416/00

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara l-applikazzjoni PA 2416/00 li saret mid-Dipartiment ta'l-Artijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Għaliex ġie mqabbad perit privat għal din l-applikazzjoni u kif intgħażel dan il-perit?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 2416/00 ġiet sottomessa lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal żvilupp li jinkludi spazju kummerċjali, residenzjali, u skola tal-lingwi, faċilitajiet ta` parkeġġ u spazju għal uffiċċji. L-iżvilupp hu mifrux fuq tmien sulari u wieħed intermedjarju. Ħamsa minn dawn is-sulari huma proposti li jkunu taħt il-livell ta` l-art. Ninsab infurmat ukoll li din l-applikazzjoni saret mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħala proġett pilota li, jekk jirnexxi, ser jagħtu l-linji li fuqhom ser isir it-trasferiment futur ta` proprjeta` tal-Gvern li tista` tiġi żviluppata, u li l-Gvern ma jħossx li għandu jbiegħ. Il-Gvern jispera li offerti għal proprjeta` tali jibdew joħorġu wara li l-Awtorita` tal-Ippjanar tkun ħarġet permess Outline għall-iżvilupp tal-istess proprjeta`. Jekk dan il-proġett pilota jirnexxi, huwa l-ħsieb li toħroġ sejħa pubblika għal dawk il-periti fil-privat li jixtiequ jieħdu sehem f`din l-iskema. F`dan il-proġett pilota ġiet mqabbda l-unika ditta ta` periti li żmien ilu wriet interess, u fil-fatt kienet volontarjament għamlet proposti lit-Taqsima f`dan ir-rigward.

MMA — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman u l-membri tal-bord tad-diretturi ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 16932 tas-7 ta' April, 2000.

Dingli — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi problema ħalli Triq Dun Karm Frendo (parti) Dingli, tiġi mogħtija wiċċ peress li din ilha fi stat ta' abbandun għal ħafna snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien informat li fil-lokal fejn il-livelli tal-junction bejn Triq Dun Karm Frendo u t-triq ta' taħtha ma tantx jaqblu u għalhekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar intalbet tagħmel li hemm bżonn biex jiġu definiti sew il-livelli għal dawn it-toroq, ħalli dan ix-xogħol jitlesta u jiġi maqbul. Id-Dipartiment tat-Toroq ikun jista' jieħu l-eżekuzzjoni tax-xogħol.
Leg 9 PQ #17272 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tneħħija ta' arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'sar mit-talba li għamel il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħa l-arblu tad-dawl żejjed li hemm proprju quddiem il-bieb tal-garage tad-dar tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #17273 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma li ntbagħat lill-inkwilin fl-indirizz li qed jintbagħat separatament, (Ref. 100000 1608) peress li l-ammont mitlub jidher aċċessiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif kelli okkażjoni ngħid meta weġibt għall-mistoqsijiet simili preċedenti, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma għandha taqsima msejjħa ~Customer Care~ proprju biex tilqa` l-ilmenti taċ-ċittadini, fosthom dawk dwar kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma. Għaldaqstant ikun apprezzat jekk il-persuna kkonċernata tirreferi l-ilment tagħha lit-taqsima msemmija.
Leg 9 PQ #17333 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Stock Exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti ta' l-istock exchange f'Malta, kuntrarjament għal dak li jsir barra minn Malta, jippermettux li meta jsir xi share issue ix-shareholder eżistenti tal-kumpannija privata jingħatawx iċ-ċans li jbiegħu mix-shares tagħhom stess?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond il-liġijiet f`dan il-qasam kif aċċettati internazzjonalment, ir-regolamenti tal-Borża ta` Malta (il-Bye-laws) jeħtieġu fost affarijiet oħra li kumpannija li qegħda tfittex kwotazzjoni tat-titoli tagħha fuq il-Borża, għandha tkun kumpannija pubblika u fuq kollox li t-titoli tagħha għandhom jkunu liberament trasferibbli. Il-ħtieġa li dawn it-titoli jkunu liberament trasferibbli f`dan il-kuntest, tapplika kemm għal titoli li jkunu se joħorġu għall-ewwel darba, kif ukoll għal titoli diġa`maħruġa.
Leg 9 PQ #17374 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — PA 929/00

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala minkejja li nħarġet enforcement notice fuq xogħlijiet li m'humiex qegħdin isiru skond il-permess (PA 929/00), dawn l-istess xogħlijiet tħallew jitkomplew u ma ġewx imwaqqfa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Jiena nfurmat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar illi kien għadu ma nħareġ l-ebda avviż biex Tieqaf u tat-Twettiq dwar dan l-iżvilupp. Dan peress illi meta l-'Enforcement Officer' kien informa lil Kummissjoni tal-Kontrol dwar l-Iżvilupp (DCC) dwar xi nuqqasijiet minimi waqt il-kostruzzjoni, id-DCC imponiet multa fuq l-iżvilluppatur mingħajr il-bżonn li jinħareġ l-avviż tat-Twettieq (PA 6857/98). Din tħallset fiż-żmien qasir meta 'mbagħad inħareġ il-permess relattiv'. Fil-frattemp inbidlu s-sidien fejn riċentament ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida għal tibdil strutturali intern kif ukoll modifikazzjoni fis-'side curtilage' (PA 929/00) liema applikazzjoni sal-lum għada fi stadju ta` proċess. Ġie nnotat ukoll li l-perit inkarigat issottometta żewġ notifiki bil-GDO sabiex jipprova jissanzjona t-tibdiliet. Fiż-żewġ każi r-risposta kienet negattiva minn naħa tad-Direttorat peress li x-xogħol indikat ma kienx jikkwalifika taħt dan l-avviż Legali (LN 137/97). Jirriżulta ukoll illi riċentament inbdew xi xogħlijiet fis-side curtilage meta l-applikazzjoni PA 929/00 għadha qed tiġi pproċessata. Għaldaqstant ġie mwaqqaf ix-xogħol verbalment fuq is-sit sa ma jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji u fil-preżent qed jinħareġ Avviż skond kif titlob il-liġi (ECF 692/00). Is-Sezzjoni ta` l-Infurzar ser tassigura illi x-xogħol jibqa` wieqaf sakemm ikun hemm deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni PA 929/00.