Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17600?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali tax-show tad-dawl tal-millenju fl-inawgurazzjoni ta' St. James Cavalier kienet ta' Lm43,627.44.
Din l-ispiża kienet minfuqa hekk:
Dwal tal-Milied Lm 2293.00
Ġarr U.S.A. - Malta Lm16426.96
Ġarr Malta - U.S.A. (estimi) Lm 2000.00
Akkomodazzjoni ta' JD Mooney & Team Lm 5552.40
Biljetti ta' l-arju ta' JD Mooney & Team Lm 4188.50
Export charges JD Mooney's Personal effects Lm 161.70
Kiri ta' krejn Lm 115.00
Kiri ta' ġeneraturi Lm11789.88
------------
TOTAL Lm43627.44
------------
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja li l-upgrading tal-housing estate ta' Ħal-Lija ilu lest ħafna xhur sal-lum il-fanali fl-istess estate għadhom ma inxtelgħux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li meta saret l-applikazzjoni lill-Enemalta biex jigi provdut id-dawl, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar inghata parir li dax-xoghol kien jehtieg il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minkejja l-fatt li l-pjanta ma nbidlitx hafna minn dik li kienet qabel. Ghalhekk id-Dipartiment issottometta l-applikazzjoni u hekk kif johrog il-permess, dan jigi indikat lill-Enemalta li mbaghad tkun tista' tipprovdi s-servizz tad-dawl.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li issir policy mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra t-twaħħil ta' air conditioning inch mal-faċċata tal-proprjeta' f'area meqjusa bħala UCA's peress li dawn ikerrħu l-bini apparati li joħolqu inkonvenjent kbir bl-ilma tal-condensation iqattar fuq in-nies?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qiegħda taħdem fuq Conservation Order biex ikun jista` jitneħħa dan it-tip ta` apparat minn mal-faċċati tal-Belt, u fl-istess ħin toffri alternattivi għal din il-problema.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li hekk kif l-installazzjoni ta' dish antennas fuq l-bjut għandhom bżonn permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jintalabx ukoll permess għall-installazzjoni ta' solar heating system peress li dawn jistgħu jkunu visibli aktar mill-istess dish antennas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond Avviż Legali Nru. 137 ta` l-1997 - Ordni ta` l-1997 dwar Żvilupp Ġenerali (Nru. 2) - Artiklu 6 (Proċedura ta` notifikazzjoni) li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta` Settembru 1997, it-tqegħid ta` heating panels solari ma jirrekjedu ebda permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u lanqas notifika bil-GDO sakemm ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fi Klassi 1(iii) ta` l-Avviż Legali fuq imsemmi li jaqra kif ġej : -
'It-tqegħid ta` tankijiet ta` l-ilma u heating panels solari u apparat relatat fuq il-bejt ta` abitazzjoni jew abitazzjonijiet sa għoli massimu ta` 1.2 metri mis-saqaf tal-bejt u, sakemm dawk l-istallazzjonijiet jitqegħdu lura mill-anqas 4.5 metri mill-faċċata ta` quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-installazzjoni ta' antennas ta' mobile phone f'Ħad-Dingli?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? L-antenna fuq il-proprjeta' "Aldo Moro" fi Triq il-Kbira, Dingli, għandha l-permessi meħtieġa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet żewġ applikazzjonijiet fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għall-installazzjoni ta` antennas ta` mobile phones li waħda minnhom ġiet approvata fit-28 ta` Frar 2000 filwaqt li l-oħra hija pendenti.
Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita`, l-antenna fuq il-proprjeta` li saret referenza għaliha fl-aħħar parti tal-Mistoqsija, hija assoċjata ma` trasmissjonijiet televiżivi lokali.
B'riferenza għas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet fi Triq Ġian Maria Abela, Ħad-Dingli, jista' l-Ministru jara li qabel ma jsir ix-xogħol ta' surfacing, l-ewwel isir il-water culvert li hemm bżonn li jsir ħalli jevita l-flooding f'din l-area?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn diskussjonijiet li għamel id-Dipartiment tat-toroq ma jirriżultax li l-Kunsill Lokali qatt kellu xi `complaints` dwar għarar f`din it-triq. It-triq hija waħda relativament qasira u ma` tiġborx ħafna ilma. Għalhekk ma` jidhirx li hemm bżonn ta` xi `water culvert` speċjalment ġa la darba mhemmx `water culverts` fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jispjega kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tippermetti t-twaqqigħ ta' mħażen li jintużaw mill-Maltacom fuq ix-xatt tal-Birgu bħala parti mill-proġett tal-Kottonera meta dawn l-imħażen huma meqjusa storiċi u ilhom mibnija mill-1820?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dipartiment tal-mużewijiet ġiex konsultati fuq dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-twaqqiegħ ta` l-imħażen li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġie permess bħala parti mill-applikazzjoni li saret lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dan il-permess ingħata wara li saret konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Kumitat Konsultattiv għall-Ħarsien tal-Wirt Storiku (HAC). Dan ta` l-aħħar ukoll għamel diversi spezzjonijiet fuq is-sit qabel ma għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
In vista ta' dak li ntqal dan l-aħħar fil-media lokali, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar pjanijiet tal-gvern li jieħu "gas mill-pipeline" li se jsir bejn l-Italja u l-Alġerija?
Hawn xi pjanijiet biex it-turbini eżistenti jinqalbu biex jaħdmu bil-gass?
Response (BONNICI, JOSEF)
Din il-materja ghadha qed tigi studjata u f`dan l-istadju ma jistghux jinghataw aktar dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-Enemalta għal ħames snin li ġejjin għal dik li hi produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-elettriku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent qed jithejja pjan li jhares lejn il-htigijiet tal-pajjiz fil-qasam tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta` l-elettriku u ghalhekk bhalissa mhuwiex iz-zmien propizju li wiehed jaghti dettalji dwar il-materja.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-proġett ta' Tas-Sliema għal din is-sena se jispiċċa jiswa Lm800,000 meta fil-budget hemm ivvotati biss Lm150,000?Kemm tħallas overtime lill-impjegati tal-gvern fuq dan il-proġett sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-proġett kollu ta' tas-Sliema ser jiġi jiswa madwar Lm800,000. li minnhom matul din is-sena ser ikunu ntefqu madwar Lm470,000.
Fuq il-proġett ta' tas-Sliema s-somma vvutata hija ta' Lm450,000. u mhux ta' Lm150,000. kif hemm fil-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant.
Sa issa tħallset is-somma ta' Lm74,676. f'overtime lill-ħaddiema tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta' restawr li sar fuq il-faċċata tal-Knisja ta' Sta. Katarina d'Italia fil-Belt, Valletta?
Jekk fin-negattiv, kif ġie permess dan meta xogħlijiet bħal dawn, meta jsiru mill-privat, dejjem jintalab permess għalihom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet infurmata bix-xogħol ta' restawr li għadu kif beda fuq il-Knisja ta' Santa Katerina, u awtorizzat li jsir dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sistema kontra l-umdita' qegħda tintuża fil-Knisja ta' Sta. Katarina d'Italia? Din is-sistema ġieli ntużat qabel f'Malta? Din is-sistema għandha bżonn il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li s-sistema kontra l-umdita' li qed tintuża f'Santa Katerina hi magħrufa bħala l-ADIKOM. Din hi teknoloġija li ilha tintuża snin kbar barra minn Malta, tinvolvi t-titqib ta' sensiela ta' toqob żgħar li fihom jiddaħlu vireg tal-ħadid li permezz ta' fenomenu fiżiku ibaxxu l-livell ta' umdita' fil-ħajt.
Ma jidhirx li s-sistema qatt intużat qabel f'Malta.
Billi din is-sistema hi kkunsidrata bħala waħda ta' manutenzjoni ma jidhirx li hemm bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mina li tgħaqqad ix-xatt ta' Sant'Anġlu għal mal-post magħruf bħala l-Ħofra, il-Birgu, ingħatatx lill-consortia li se jagħmlu l-iżvilupp tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi għalkemm se jsiru xogħlijiet fil-mina stess, din ser tibqaż passaġġ miftuħ għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi, lokali u barranin, li qegħdin jagħmlu x-xogħol ta' restawr fil-Knisja ta' Sta. Katarina d'Italia? X'esperjenza għandhom dawn il-kuntratturi f'dan it-tip ta' xogħol? Kemm se jiswa dan il-proġett u kemm minn din is-somma se tinħareġ taħt il-protokoll Taljan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li wara sejħa pubblika, x-xogħol fuq il-Knisja ta' Santa Katerina ingħata lil ITERAS Spa, kumpanija Taljana b'esperjenza twila fuq xogħol ta' restawr. Il-kuntrattur lokali li ser jassisti lil ITERAS hi Nexos Ltd.
Billi x-xogħol kollu li ser isir hu ffinanzjat mill-Protokoll Taljan, it-tender kien jistipola li x-xogħol kellu jsir minn kumpanija Taljana, b'appoġġ ta' kumpanija lokali. Hu stmat li l-proġett jiswa madwar Lm248,000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic impact assessment li l-gvern intrabat li jagħmel għall-proġett tal-Kottonera ġiex kummissjonat?Min ġie magħżul sabiex jagħmel dan il-proġett u kemm se jiġi jiswa dan l-istudju?Meta se jitlesta dan l-istudju?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Traffic Impact Assessment se jingħata bi proċess ta' tender pubbliku u għaldaqstant il-gvern bħalissa mhuwiex f'pożizzjoni illi jiżvela min ser jiġi kkummissjonat biex jagħmel ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx xi policy li ma jagħtux permessi għall-operazzjoni ta' bars u restaurants ġodda fi Triq Wilġa, Paceville?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent il-Pulizija qed tilqa` u tipproċessa applikazzjonijiet għall-liċenzji għall-bejgħ ta` inbid, birra jew xorb alkoħoliku fil-lokalita` imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Infurmat ukoll illi liċenzji għall-restaurants, ma jinħarġux mill-Pulizija.