Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18389 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Main Replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm propost li jsir main replacement mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma matul din is-sena? X'inhu t-tul ta' mains ġodda li saru s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17941 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll. Intenni li għandha tingħata raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata li bilfors tinvolvi ħafna xogħol sabiex tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18390 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Ġnejna — Blat

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex minkejja li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tħallitx li jitneħħa l-blat li nqata' fil-bajja tal-Ġnejna, dan fil-fatt tneħħa u fil-fatt ħafna minnu intefa' l-baħar? X'azzjoni se tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` tneħħa mill-irdum ntefa` l-baħar. Wara spezzjoni fuq il-post jidher li d-debris li rriżulta wara l-isplużżjoni nġabar f`munzell f`passaġġ tal-konkrit fit-tarf tax-xatt. Jista` jkun ukoll li waqa` xi materjal bil-baħar. L-Awtorita` tara li kollox ikun regolarizzat.
Leg 9 PQ #18391 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-bini tal-car park u public convenience ġdid f'Ta' Qali Crafts Village meta dan il-villaġġ hu maħsub li jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid fil-futur qarib? Minn liema kuntrattur sar dan ix-xogħol? Kemm se jiġi jiswa x-xogħol kollu li hu propost li jsir u kemm tħallas il-kuntrattur sa issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18206 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne Point

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew flus il-ftehim li sar s'issa ma' l-inkwilini li tneħħew minn Manoel Island u Tigne' Point, kull ftehim separatament? Kemm għad fadal inkwilini li jrid jilħqu ftehim magħhom qabel ma jkun jista' jibda l-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Road Restoration Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-road restoration masterplan li ġie ppubblikat f'dawn l-aħħar jiem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Attard — Triq Tumas Chetcuti - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għad-dewmien li hawn fuq xogħlijiet li qegħdin isiru fit-toroq residenzjali fl-inħawi ta' Triq Tumas Chetcuti, Attard? Meta hu previst li x-xogħol kollu jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fit-triq Tumas Chetcuti li hu parti minn kuntratt li jinkludi wkoll twessiegħ , `channelization` u tqegħied ta` `main` ta` drenaġġ ħdejn l-isptar Monte Carmeli, qed idum għaliex jidher li l-kuntrattur qed jieħu żmien aktar mill-previst biex jagħmel ix-xogħol tat-triq u tal-`utilities` għall-`istandards` mitluba.

Attard — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex, minkejja li x-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ li sar f'Imdina Road, Attard u li jifforma parti mix-xogħlijiet ta' l-upgrading tat-triq fl-inħawi ta' l-Isptar Mount Carmeli ma ġiex approvat mill-esperti Ġermaniżi tad-dipartiment tad-drenaġġ, it-trinka xorta ġiet mirduma u magħluqa? Meta hu previst li jitlesta x-xogħol f'din it-triq? X'inhuma r-raġunijiet għad-dewmien li kien hemm f'xogħlijiet f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond l-informazzjoni verbali li għandu d-Dipartiment il-kuntrattur radam it-trinka wara li ngħata l-awtoriżżazzjoni mis-sezzjoni tad-Dipartiment tad-Dranaġġ li qedgħin jieħdu ħsieb ix-xogħol. Peress li l-esperti Ġermaniżi msemmija jirrappurtaw lid-Diviżżjoni tax-Xogħolijiet dwar ix-xogħol tagħhom, jekk għandu bżonn aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti tad-domanda id-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel il-pressjoni kollha li tista` ssir fuq il-kuntrattur preżenti biex ilesti x-xogħol tiegħu biex ikun jista` jgħaddi għall-fażi ta` asfalt li għaliha hemm imqabbad kuntrattur ieħor. Ix-xogħol ta` dan l-aħħar kuntrattur għandu jieħu erba` gimgħat, u għalhekk kollox ma kollox jidher li l-proġett jispiċċa għall-aħħar ta` Settembru.
Leg 9 PQ #18248 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Il-Perit Richard England

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18024?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti u pjanti mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #17989 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq il-fanali li hemm fl-embellishment ta' Buġibba minħabba li hemm divers li mhumiex jinxtegħlu jew għandhom il-globi mkissra, b'mod partikolari fil-pjazza u fil-car park?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni fuq il-fanali li hemm fl-embellishment ta' Buġibba isir kontinwament skond il-bżonn bi ftehim mal-Kunsill Lokali. Il-globi tal-fanali fil-pjazza tal-car park diġa' nbidlu numru minnhom. Il-kumplament li tkissru minn xi vandali dan l-aħħar diġa' ġew ordnati biex jitwaħħlu flok l-imkissrin. Id-dwal dekorattivi li hemm fil-pjazza ser jinbidlu. Għal dan il-għan, riċentament inħarġet 'letter of acceptance' biex ikun jista' jsir dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #17991 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-funtana fil-baħar quddiem il-pjazza ta' Buġibba mhux qiegħda titħaddem? F'liema ġranet tħaddmet matul is-sajf sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-funtana fil-baħar quddiem il-pjazza ta' Buġibba bdiet titħaddem mill-bidu ta' Ġunju. Il-funtana titħaddem fil-ġranet kollha tas-sajf. Meta jkun riħ qawwi l-funtana tintefa awtomatikament.
Leg 9 PQ #17992 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Qawra — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu r-railings u l-fanali fil-lower promenade quddiem il-boathouses tal-Qawra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa maħsub li dawn ix-xogħlijiet ikunu lesti f'Settembru.
Leg 9 PQ #18024 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Il-Perit Richard England

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 17850, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni, inkluż il-pjanti ta' l-Opera House, Pjazza Ħelsien u tal-bus terminus li ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #17829 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Madliena — Triq il-Veduta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bidlet il-livelli ta' Triq il-Veduta, Madliena sabiex tinqeda persuna meta b'dan il-mod qiegħed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant minn dejjem kienet iddisinjata b`iżjed minn talut wieħed, parti taqleb lejn Triq il-Majjistral u parti lejn Triq il-Markiż J. Scicluna. Sabiex il-ksur tat-taluti ta` din it-triq ikun iktar uniformi, inħass il-bżonn li jsir tibdil żgħir fin-naħa ta` Triq il-Majjistral. Dan sar wara studju tekniku u dettaljat, filwaqt li ttieħed ħsieb li ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent għar-residenti tat-triq.

Madliena — Triq il-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għaliex Triq il-Majjistral, l-Madliena ġiet imblukkata minn xi persuni irresponsabbli u li tittieħed azzjoni minnufih ħalli din it-triq terġa' tinfetaħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sit kien spezzjonat u jidher illi l-art madwarha li ttella l-ħajt kienet ġiet esproprijata bis-sistema ta` `request for expropriate on behalf of third parties`. Id-Dipartiment qed ikompli jinvestiga s-sitwazzjoni biex jiġi stabbilit x`wassal biex jittella dan il-ħajt u biex sussegwentament jittieħdu l-passi meħtieġa dwar il-każ.
Leg 9 PQ #17845 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

MIDI — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17723?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq ma' terzi dwar trasferiment ta' proprjeta' f'Manoel Island. Ftehim dwar postijiet vakanti oħra dalwaqt jiġi konkluż.

Dingli — Triq Gian Maria Abela

Question

B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17705, jista' l-Ministru jivverifika l-fatti mal-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli għax fil-fatt jeżisti culvert kbir fi Triq San Pawl tal-Pitkali li jagħti għal Triq Gian Maria Abela filwaqt li minn din it-triq jgħaddi kwantita' kbira ta'ilma tax-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq San Pawl tal-Pitkali ġiet spezzjonata mid-Dipartiment mas-Sindku tal-Kunsill tal-lokal u rriżulta li mill-ħajt ta` propjeta` li tagħti għal ġo din it-triq hemm żbokk antik li jista` jkun kien jieħu l-ilma mill-artijiet ta` wara. Għalhekk id-Dipartiment ser ikompli jara dan l-iżbokk minn fejn ġej biex jiġi determinat jekk hemmx `catchment` fuqu, u jekk jirriżulta li jrid isir `culvert` biex jingħaqad miegħu fit-toroq eżistenti, x-xogħol meħtieġ ikun jista` jsir.
Leg 9 PQ #17850 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Il-Perit Richard England

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17603, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'tip ta' servizz ta l-Perit Richard England għall-ħlas tas-somma ta' Lm65,900 bħala konsulenza għal proġett ta' Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-konsulenza tal-Perit Richard England għall-Proġett ta' Bieb il-Belt jinkludi: - disinn preliminari ta' l-Opera House, Pjazza Ħelsien u tal-Bus Terminus - sottomissjoni ta' l-applikazzjoni 'outline' lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma ħareġ il-permess.
Leg 9 PQ #17808 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

HAC — Twaqqigħ ta' imħażen

Question

Jista' l-Ministru jikkwota l-kummenti li taw l-HAC u d-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar it-twaqqigħ ta' imħażen storiċi fix-xatt tal-Birgu li ssemmew f'mistoqsija parlamentari numru 17614?

Response (BORG, TONIO)

Il-HAC li jifforma parti minnu d-Direttur tal-Mużewijiet għamel spezzjoni fuq is-sit u dwar dan il-lok partikolari qal: 'Il-Kumitat jaqbel mal-proposta li ż-żewġ imħażen tal-cooperage jistgħu jitwaqqgħu, u dan minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih, kif fil-fatt jidher mir-ritratti sottomessi'.
Leg 9 PQ #17809 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Light fuel oil

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17668?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghat-turbini tal-gass. Dawn it-turbini huma ddisinjati li jahdmu bil-gas oil (diesel) bhala fuel u l-pjan tal-Korporazzjoni Enemalta hu li dan it-tip ta` fuel jibqa` jintuza. Qed jigi kkunsidrat ukoll progett ta`pipeline ta` gass naturali, li jekk jigi attwat, il-fuel uzat fit-turbini tal-gass jinbidel f`wiehed ta` gass naturali.
Leg 9 PQ #17734 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Arkitettura u Inġinerija — Lecturers

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 17587, jista' l-Ministru jispjega min huma l-persuni li jokkupaw il-kariga ta' professur, senior lecturer, lecturer, assistant lecturer u research assistant, kemm dawk fulltime kif ukoll part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

M'hiex il-prassi li tingħata informazzjoni dettaljata fuq individwi partikolari, filwaqt li l-Onor. Membru jista' jitlob kopja tal-Kalendarju ta' l-Universita` li jkun fih it-tagħrif dwar il-personal akkademiku tal-Fakoltajiet kollha.