Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18783 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Triq ir-Repubblika - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' dawl għall-illuminazzjoni tal-faċċata fi Triq ir-Repubblika, Valletta? Kemm se jiġi jiswa x-xogħol? Meta hu maħsub li se jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett tad-dawl ġdid ta' Triq ir-Repubblika wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Fil-fatt aktar minn tlett kwarti tal-proġett huwa lest. Huwa mistenni li l-proġett jitlesta kollu f'Ottubru. Il-proġett se jkun jiswa madwar mitt elf lira pero' wieħed għad irid jivverifika l-ispiża finali minħabba xi emendi li saru fil-proġett.
Leg 9 PQ #18784 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Knisja ta' Santa Katarina d'Italia — Umdita'

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17606, jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur Malti li qiegħed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol tas-sistema kontra l-umdita' li qed tiġi nstallata f'Santa Katerina mhux qed issir minn kuntrattur Malti iżda mill-Ladikom, li hija sub-contractor tal-kumpanija ITERAS li ħadet il-kuntratt ta' restawr.
Leg 9 PQ #18749 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18391?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kuntratt tax-xogħol għall-bini tal-car park u "public convenience" ġodda fil-Crafts Village f'Ta'Qali ingħata fl-24 t'Awissu 1998 fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Il-kuntrattur huwa G.V. Xuereb u x-xogħol huwa stmat li jlaħħaq is-somma ta' Lm178,032. S'issa l-kuntrattur tħallas is-somma ta' Lm170,032. Ta' min jinnota li f'dan l-istadju ma jistax jingħad li dan il-car park sar għalxejn qabel ma' wieħed jara l-pjanti ta' l-iżvilupp il-ġdid. Barra minn hekk wieħed jifhem li dan il-Villaġġ, li ta' kuljum huwa iffrekwentat minn numru kbir ta' turisti u Maltin, ma jistax jitħalla mingħajr "public convenience".
Leg 9 PQ #18750 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Main replacement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18389?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipprevedi li fis-sena finanzjarja li qiegħdin fiha, (jiġifieri Ottubru 1999 sa Settembru 2000) ser ikunu nbidlu madwar 35 kilometru ta' mains. Dan hu skond il-Budget għal din is-sena. Sa issa tqiegħdu ukoll madwar 40 kilometru ta' mains ġodda.
Leg 9 PQ #18751 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne'

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18453?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18752 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18451?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Enemalta ilha żmien tħares lejn alternattivi għall-upgrading tal-Power Station tal-Marsa inkluż upgrading għar-raġunijiet ambjentali. Fil-fatt, proprju bħala parti minn dan il-proċess, kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jinqata' l-użu tal-faħam u li l-apparat kollu fil-Marsa jinqaleb għaż-żejt. Ġew kommissjonati żewġ rapporti speċifikament dwar l-effett fuq l-ambjent tal-Power Station tal-Marsa. Wieħed sar mill-Planning and Design Section ta' l-istess Enemalta u l-ieħor mill-kumpanija Betz Dearborn. Dan l-aħħar rapport kien issuggerixxa l-użu ta' kimika apposta (magħrufa bħala fuel oil emulsifier) li qed titħallat maż-żejt sabiex dan jaqbad aħjar bl-iskop li jonqos in-nugrufun li joħroġ miċ-ċmieni. Dan ir-rapport kien issuġġerixxa wkoll li jsiru xi modifikazzjonijiet fil-power station sabiex ikun jista' jinħaraq żejt ta' kwalita' ifjen, b'kontenut ħafna inqas ta' kubrit (ta' mhux iktar minn wieħed fil-mija). Dan l-aħħar suġġeriment għadu qed jiġi evalwat mill-Enemalta. Fl-istess waqt qed jiġu investigati wkoll kunsiderazzjonijiet ambjentali oħra.
Leg 9 PQ #18753 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18450?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kapacita' tal-Power Station tal-Marsa hi ta' 265 MW. F'dan l-istadju mhuwiex il-ħsieb tal-Korporazzjoni li żżid il-kapaċita' ta' din il-Power Station.
Leg 9 PQ #18754 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18454?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li ma ġiex speċifikat perjodu, it-tweġiba tkopri l-aħħar sena finanzjarja tal-Korporazzjoni li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1999. Jiena nfurmat li fil-Power Station tal-Marsa ġew użati 342,021 tunellati metriċi ta' Fuel Oil u 2,278 tunellati metriċi ta' Gas Oil (diesel).
Leg 9 PQ #18583 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Għaxaq — Triq il-Tellerita - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Tellerita, Ħal Għaxaq peress li għal ħafna snin din it-triq ilha kważi mibnija kollha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jinkludi taħfir ta' main twil, bini ta' pumping station ġdida u taħfir għal 'rising main'. Għalkemm stima eżatta għad ma nħadmitx, madankollu nifhem li din tlaħħaq madwar Lm100,000. Diġa' ntalab 'easement' ta' l-art u qed tiġi ppreparata l-pjanta għall-esporprjazzjoni ta' l-art fejn ġejja l-pumping station. Meta dawn ikunu lesti inkunu nistgħu nistabbilixxu jekk dan il-'main' isirx wara, li nevalwaw prijoritajiet oħra.
Leg 9 PQ #18454 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' fuel li tixtri l-Enemalta għat-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa? X'inhi n-nefqa għal dan l-ammont ta' fuel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18455 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Attard — Mdina Rd - Relief main

Question

Jista' l-Ministru jikkumenta dwar il-każ tar-relief main ġdid fl-Imdina Road, Ħ'Attard,il-parti ta' fejn l-Isptar Mount Carmel fejn minkejja li l-esperti Ġermaniżi mqabbdin mid-dipartiment tad-drenaġġ ma approvawx ix-xogħol, xorta waħda t-trinka ġiet mirduma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nikkonferma li parti mix-xogħlijiet indikati fil-Mistoqsija Parlamentari ma ġewx approvati mill-esperti Ġermaniżi. Il-kuntrattur intalab jirrimedja n-nuqqassijiet li kellu. Dan sar għall-ispejjeż tiegħu u wara li x-xogħlijiet ġew approvati mill-istess konsulenti Ġermaniżi, t-trinka ġiet mirduma.

Road Restoration Masterplan

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 18207, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ewwel erba' volumi tal-"Masterplan for the Roads of Malta and Gozo", peress li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra volum numru 5 biss?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ewwel żewġ volumi tal-`Master Plan for the Roads of Malta and Gozo` tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f`seduta Nru 75 b`risposta għal domanda parlamentari Nru 5460. Dwar iż-żewġ volumi l-oħra jien infurmat li dawn ma` ġewx ippublikati minħabba li huma għal użu intern tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #18541 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Kandja — Pumping Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pumping station f'Ta' Kandja hijiex imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ? Jekk fl-affermattiv, hija imqabbda ma' fossa? U jekk hu hekk, kemm-il darba tbattlet din il-fossa f'dawn l-aħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #18548 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Balzan/Attard — Triq De Paule - Fanali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkomplu jitwaħħlu fanali fi Triq De Paule, Balzan/Attard, fuq il-bankini lli ġew pavimentati mill-ġdid f'dawn l-aħħar ġimgħat, u kif kien hemm propost li jsir qabel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li iva, fi Triq de Paule Avenue Balzan/Attard ser jitwaħħlu arbli komplimentari għal dawk li saru qabel fl-ewwel fażi ta' dan il-proġett. (L-arbli ġew ordnati mingħand id-Dipartiment għall-Manifattura u Servizzi).
Leg 9 PQ #18437 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Karozzini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permessi tal-karozzini hux marbuta man-numru ta' persuni li dawn jistgħu jriekkbu? Jekk fin-negattiv, ma jaħsibx li dan għandu jkun hekk biex tiġi evitata l-possibbilta' li ż-żiemel ikollu jġorr piż esaġerat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-liċenzja ta` karozzini jiġi ndikat in-numru ta` passiġġieri li jistgħu jinġarru. Barra minn hekk, dan ukoll huwa regolat bir-regolament 4 ta` l-Avviż Legali Numru 75 ta` l-1988, fejn jiddefinixxi li vjaġġ ifisser it-trasportazzjoni ta` għadd ta` passiġġieri li ma jkunux iktar minn erba`, pero` żewġt itfal bejn l-etajiet ta` tlieta u għaxar snin għandhom jitqiesu daqs persuna waħda.
Leg 9 PQ #18438 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barrieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-tħaffir jew tkabbir ta' barrieri f'dawn l-aħħar erbgħa snin? Kemm minn dawn il-permessi kienu kundizzjonati bil-ħruġ ta' garanzija kontra tniġġiż ta' l-ilma? Kemm fil-fatt saru min dawn il-garanziji? Hux il-każ li minflok garanzija ssir xi tip ta' insurance kontra r-riskju bħal dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f`dawn l-aħħar erba` snin inħarġu 18-il permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal tħaffir u tkabbir ta` barrieri, liema permessi kienu kollha ikkundizzjonati bil-ħruġ ta` garanzija kontra t-tniġġiż ta` l-ilma. Ninsab infurmat ukoll li għalkemm il-prattika eżistenti hija li permess għal dan it-tip ta` żvilupp ikun ikkundizzjonat b`tali garanzija, fil-preżent il-Minerals Board qed jirrevedi din il-prattika, inkluż l-applikazzjoni ta` insurance kontra riskju bħal dan.
Leg 9 PQ #18439 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Kandja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kwartieri tal-pulizija f'Ta' Kandja humiex imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ? Jekk fin-negattiv, dawn imqabbdin ma ' fossa u jekk hu hekk kemm-il darba tbattlet din il-fossa f'dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sa fejn huwa magħruf il-pajpijiet tad-drenaġġ tal-kumpless f`Ta` Kandja mhux imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ imma ma` żewġ fosos kbar. Infurmat ukoll li ma jinżammx tagħrif dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #18450 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-kapaċita' produttiva tal-Power Station tal-Marsa? Hemm xi proposta mill-Enemalta li tkabbar il-kapaċita' produttiva ta' dan l-impjant?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18451 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għamlitx xi studju sabiex jiġi upgraded l-equipment tal-Power Station tall-Marsa, b'mod partikolari, għar-raġunijiet ambjentali? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.