Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19923 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru għal Kreattivita' — Ħaddiema

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 19708, jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-għaxar ħaddiema li qegħdin jitħaddmu part-time fiċ-Ċentru għal Kreattivita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Casual Part-time li qegħdin jaħdmu fiċ-Ċentru għall-Kreattivita` huma minn Santa Venera, Ta' l-Ibraġġ, Żejtun, Siġġiewi, Żurrieq, Valletta, Ħamrun, B'Bugia, u M'Xlokk.
Leg 9 PQ #19924 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 19713, jista' l-Ministru jagħti breakdown inkluż l-isem tal-kuntratturi li tħallsu s-somma ta' Lm3,153,334.05 f'kuntratti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Lista tal-Kuntratturi li ħadmu fil-Kavallier ta' San Ġakbu hi kif ġej: KUNTRATTUR DESKRIZJONI AMMONT ------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------- England & England Consultancy fees 179,388.07 Paul Mailaq Mechanical Eng. Consultancy 18,638.75 Camilleri & Camilleri Electrical Eng. Consultancy 20,898.50 Pillow Space Frames Ltd. Space frames domes 233,989.55 Central Power Installations Mech. & Elect. Services 706,978.60 Ballut Blocks Structural Works Phase 2 388,094.17 Michael Ellul Consultancy fees 8,239.00 Hal Mann Ltd. Finishing Works Phase 1 271,700.00 Colin Farrugia Franka Stone 4,113.38 Pillow Space Frames Ltd. Theatre Equip. Cast Iron Structure 90,700.00 I.T.C. Ltd. Theatre Equipment 124,396.64 Hal Mann Ltd. Finishing Works Phase 2 495,900.00 Theatre Projects Cons. Theatre Consultancy 57,150.66 Bezzina Trading Yard Restoration Works Phase 1 14,779.34 Bezzina Trading Yard Restoration Works Phase 2 5,300.81 M.S.D. Main entrance Red deal door 2,129.00 M.S.D. Iroko partition/window 6,732.00 M.S.D. Red deal doors 2,600.00 Enemalta Corp. Elecrical Sub Station 20,086.00 Island Developers Iroko door 2,351.75 Gozo Aluminium Works Two leaf iroko door 2,380.00 Attard & Grech Two leaf iroko door 2,390.00 Andrew Vassallo Catwalk 1,657.36 Bayswater Engineering Restoration works Phase 3 6,706.05 B.D. Atherson Ass. Fire Protection Consultancy 770.50 Spoton Gypsum Waterproof boards 2,212.00 I.T.C. Ltd. Electrical Installation 6,497.50 K.P.M.G. Consultancy Service 7,130.00 J. Desira Excavation of Pit 300.00 La Sana Casa Drilling of Holes 495.00 Prof. R. Demarco Consultancy Service 23,000.00 England & England Feasibility study for Mech. Ventilation 2,510.59 Ballut Blocks Design, Excav. & Const. Works 192,434.19 Ballut Blocks/G. Xuereb Ltd. Design & Construction Works 229,476.80 Gino Vassallo Demolition of Roof 600.00 Ballut Blocks Ltd. Drilling of Boreholes 400.00 Link Projects Mobile Power scaffolding 919.75 Gaetano Caruana Electrical Hoist 472.60 __________ Lm3,134,518.56 Id-Diskrepanza li tidher fl-ammont hawn fuq imsemmi ma dik tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19713, huwa dovut għal-kuntratt li ma kellux x'jaqsam max-xogħol li sar fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu u bi żball gie inkluż mat-total tal-kuntratti tal-mistoqsija numru 19713.
Leg 9 PQ #19926 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Estensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru estensjonijiet tad-drenaġġ, fejn saru u t-tul tagħhom mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #19945 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Park Nazzjonali - Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu matul din is-sena kontra il-ħaddiem li jaħdem fil-kumpless tal-Park Nazzjonali f' Ta' Qali u li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li fil-Kumpless tal-Park Nazzjonali f' Ta' Qali jeżisti il-ħaddiem insemmi.
Leg 9 PQ #19948 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Coast Road - Bini Storiku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol ta' toroq li qiegħed isir fis-Salina fil-viċinanza tal-Coastline Hotel (quddiem is-salt pans) hux kopert bil-permessi ta' zvilpp meħtiega? X'sejjer isir ħalli jiġi protett il-bini storiku li hemm fuq il-Coast Road fuq is-sit ta' dawn ix-xogħlijiet

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta` toroq fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa kopert bil-permess maħruġ fl-1 ta` Marzu 2000, b`referenza PA 1157/98. Rigward il-bini storiku li hemm fuq is-sit imsemmi, ninsab infurmat li qed jittella` ħajt sabiex tiġi estiża l-buffer zone ta` madwaru. Barra minn hekk, qed jittieħdu miżuri sabiex l-ilma tax-xita jingħata direzzjoni lil hinn minn dan il-bini.

Toroq — Burmarrad

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema kuntrattur qiegħed isir ix-xogħol fi Triq San Pubbliju f'Burmarrad? Din it-triq qiegħda tinbena fuq il-linja uffiċjali? X'sejjer isir fit-tarf ta' din it-triq kantuniera ma' Triq San Pawl Milqi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent beda xogħol ta' bini ta' ħitan li qed isir mid-Ditta B. Grima. Id-Dipartiment qed jikkonsidra offerti oħra li rċieva għax-xogħol ta' l-asfalt li hemm bżonn isir meta il-kuntratt l-ieħor jitlesta. Il-linja tat-triq ġiet stabbilita' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara xi problema teżisti f'tarf din it-triq.
Leg 9 PQ #19761 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-roħs fil-ħlas tal-liċenzji tal-kaċċa u nsib li kien ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern diġa ħa passi sabiex mill-1 ta` Marzu ta` l-1999 il-liċenzja għaż-żamma ta` arma tan-nar tinżel minn Lm19.00 għal Lm7 fis-sena. Din hija prova ta` l-impenn tal-Gvern dwar il-wegħda elettorali tiegħu. Il-Gvern qiegħed jara x`jista` jsir fir-rigward tat-tipi l-oħra differenti ta` liċenzji biex il-ħlas ikopri biss l-ispejjeż relatati u mhux bl-iskop ta` taxxa.
Leg 9 PQ #19708 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru tal-Kreattivita' — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati fiċ-ċentru tal-kreattivita'? Kemm minn dawn huma full-time u part-time? X'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fiċ-Ċentru għall-Kreattivita hemm ħdax impjegati - wieħed uffiċċjal pubbliku full-time u għaxra casual part-time. Sitt persuni huma mpjegati bħala Casual Part-time Ushers u erbgħa oħra bħala Casual Part-time Cleaners. Ma' dawn wieħed irid iżid: Is-sur Chris Gatt li għandu kuntratt mal-Ministeru għall-Ambjent Is-sur Piju Spiteri li għandu kuntratt ma' l-MTA u qed jgħin fil-Calendar of Events Is-servizzi ta' sigurta li huma ġentilment mislufa mit-Taqsima tal-Manifattura u Servizz fid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi, Ministeru għall-Ambjent Tiswijiet qed isiru mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi u minn handymen mislufa mid-Dipartiment tal-Kultura Għajnuna oħra qed tingħata mill-istaff tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #19713 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19612?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

l-informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet Parlamentari nru.19512 u 19612 hija kif tidħer hawn taht: Kuntratti - Lm3,153,334.05 Materjal - 12,947.84 Kiri ta' Makkinarju - 3,892.10 Servizzi - 19,679.23 Xiri ta' Makkinarju - 1,697.31 Affarijiet oħra - 2,785.06 -------------------------------------------------------------- TOTAL - Lm3,194,335.59 ===================================
Leg 9 PQ #19663 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Sliema — Upgrading ta' l-istandard ta' Blue Flag

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19533?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm f’ċerti aspetti kien maħsub li jintlaħqu l-parametri “Blue Flag” mhuwiex korrett li x-xogħol li sar jiġi deskritt b[ala kollu konformi ma’ l-istandards tal-blue flag kif fil-fatt ġie erronjament deskritt minn sezzjoni tal-medja. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u ngħid li l-ammont ma jkoprix il-prezz tax-xogħol li sar mill-impjegati tal-Gvern.
Leg 9 PQ #19667 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistrar ta' l-Artijiet

Question

Minħabba li r-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 19517 mhijiex ċara biżżejjed jista' l-Ministru jgħid jekk permess ta' l-iskema ta' reġistrar ta' l-artijiet, art okkupata abbużivament, kenitx se tiġi regolarizzata?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19517, l-Iskema tal-Qbiela tagħti l-opportunita` lil dawk il-persuni li għal dawn l-aħħar sentejn kienu qed jokkupaw art tal-Gvern għal skop agrikolu bla ebda titolu u bla ma jħallsu ebda kera tagħha, sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. L-Iskema tispeċifika wkoll li tibqa` biss fil-prerogattiva assoluta tal-Kummissarju tal-Artijiet jekk jagħtix jew le xi konċessjoni fuq l-art lill-applikant. Dan ovvjament wara li jkunu ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.
Leg 9 PQ #19670 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizz Ġdid

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 18915, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mitluba jħallsu l-applikanti għas-servizz ta' l-ilma fil-perijodu bejn Novembru 1997 - Settembru 1998? Meta ddaħħlet is-sistema ta' standard charge ta' Lm70.00?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18915.
Leg 9 PQ #19613 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Numru ta' Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19340?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qegħda npoġġi fuq il­mejda tal­Kamra l­informazzjoni mitluba mill­Onorevoli Interpellant li tinkludi wkoll riżenji u trasferimenti li saru matul is­snin imsemmija.
Leg 9 PQ #19527 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phones — Antenna

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-effetti mediċi kawżati mill-antenna tat-trasmissjoni tal-mobile phone network li ġie kummissjonat mid-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva
Leg 9 PQ #19530 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Chalet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett propost għal carpark fl-inħawi ta' Qui-Si-Sana u x-Chalet f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet finali bejn it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex it-tenders għall-carparks proposti f`Għar id-Dud u Qui-Si-Sana jkunu jisgħtu jinħarġu fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #19533 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Sliema — Upgrading ta' l-Istandard ta "Blue Flag"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tax-xogħol kollu li sar fl-upgrading għall-istandard ta' "blue flag" ta' parti mill-bajja ta' Tas-Sliema/San Ġiljan? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dan il-valur skond it-tip ta' xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19536 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' l-upgrading li sar fl-embellishment f'Tas-Sliema? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dan il-vlaur skond it-tip ta' xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-waqt li nirreferi għal twegiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 17604 fejn spjegajt li ix-xogħol kollu ser jiġi jiswa madwar Lm800,000, ninsab infurmat li ix-xogħol li sar fl-ewwel fażi ta' embellishment f'tas-Sliema jammonta għal Lm434,305. Din is-somma tkopri dan li jidher hawn taħt: Overtime: - Lm47,000 Materjal użat mid-direct labour - 51,135 Kiri ta' makkinarju (kuntratturi privati) - 5,812 Kiri ta' makkinarju (M.S.D) - 12,950 Railings (M.S.D.) - 52.300 Bankijiet (M.S.D.) - 13,930 Xogħol ta' dawl (M.S.D.) - 13,500 Kuntratti Phase I Paving - 63,450 Precast elements - 6,194 Concret Kerbs - 4,382 Ġibjun - 21,699 Precast concrete beams - 42,555 Bini ta' Latrina ġdida (thallas s'issa) - 18,403 Hamrija - 3,941 Lampi dekorativi - 77,054 _______ TOTAL: - Lm434,305
Leg 9 PQ #19516 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

B'riferenza għall-iskema għar-reġistrar ta' l-artijiet li tħabbret ftit ilu, x'inhi l-policy tal-gvern dwar art xagħri li abbużivament ġie konvertit f'raba' u li fuqu l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet nota ta' infurzar?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li art xagħri mhiex inkluża fl-iskema tal-qbiela ħlief fejn hija kompletament imdawwra minn art li tinħadem u tifforma parti mill-art li tkun qed issir applikazzjoni fuqha u kemm il-darba l-art xagħri ma tkunx aktar minn 30% tall-qatgħa kollha. Il-fatt li applikazzjoni tiġi aċċettata ma jeżentax lill-applikant minn xi obbligu legali li hu seta` kellu qabel. Dan jinkludi kwalunkwe ordni maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar taħt l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp skond il-provvedimenti ta` l-Att imsemmi li huma intiżi biex ikun hemm kontroll fuq interventi fuq l-ambjent.
Leg 9 PQ #19517 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistrar ta' l-Artijiet

Question

B'riferenza għall-iskema għar-reġistrar ta' l-artijiet li tħabbret ftit ilu, x'inhi l-policy tal-gvern dwar raba' li ġie okkupat abbużivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-qbiela hija intenzjonata sabiex dawk il-persuni li qed jokkupaw art tal-Gvern għal skop agrikolu bla ebda titolu u ma jħallsu ebda kera tagħha jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Id-dettalji tal-proċedura meħtieġa sabiex dan isir tħabbru fl-iskema msemmija.