B'riferenza għal dak li ġie irrapportat li qal l-Ministru fir-rigward ta' l-irmiġġi li se jiġu provduti għal dawk li għandhom il-frejgatini f'Dockyard Creek, jista' l-Ministru jgħid kif se jsir l-arranġament mal-Cottonera Waterfront Group sabiex dawn jipprovdu aktar irmiġġi mill-ammont li għandhom speċifikat fil-kuntratt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern ta l-impenn fil-kwistjoni fil-preżenza tal-Cottonera Waterfront Group.
Rigward l-arranġamenti relativi dawn għadhom suġġett ta' diskussjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarx xi studju fuq ir-radjazzjoni li toħroġ mis-sistema tar-radar (early warning system) f' Ħad-Dingli u l-effett li jista' jkollha fuq is-saħħa tar-residenti ta' dan ir-raħal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li dan ir-radar huwa tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili, l-Onor. Interpellant jista' jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni. Id-Dipartiment jista' jagħmel dan l-istudju jekk u meta jintalab mill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19926?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta estensjonijiet tad-drenaġġ li saru mill-1 ta' Jannar 2000 huwa ta' 34.
Dawn huma:
Olive street, St. Julian's 100 m,
St. Aristarkus street, Rabat 40 m,
N/S in Triq is-Sisla 100 m,
Sewer works at Xalun Farm, Sta. Venera 130 m,
Repair works at Bwieraq Street, B'Kara 100 m,
Repair works at il-Qammieħ, Mellieħa 30 m,
Sewer works at Triq l-Isqajjaq and others, Tarxien 100 m,
Sewer works at Triq San Alwiġi, Msida 20 m,
Guze Ellul Mercer street, Dingli 30 m,
Triq il-Gardjola, Fgura 100 m,
Triq il-Grigal, M'Skala 20 m,
Rising main repair works (St. Paul's Bay) 20 m,
Triq it-Tamar, Qawra 80 m,
Misraħ il-Barrieri, near Polytechnic 80 m,
Triq Kalcidon Gatt, B'kara 60 m,
N/S in Żurrieq Road, Safi 120 m,
St. Paul's street, Naxxar (Birguma) 80 m,
Sewer works at Mqabba Bye-pass 60 m,
Triq is-Subbien, M'skala 70 m,
B'kara Hill, St. Julian's 200 m,
Triq Patri Guże Delia, Mosta 50 m,
Triq Mons. Depiro, B'kara 110 m,
St. George's Bay 50 m,
Repair works at Wilga street, Paceville 60 m,
Salini 130 m,
Wied Għomor, Swieqi 400 m,
Sewer works at Lorenzo Gafa School, Vittoriosa 70 m,
Sewer works at Triq il-25 ta' Novembru, Żejtun 40 m,
Triq il-Fdalijiet Preistoriċi, Mosta 100 m,
St. Paul street, Mosta 70 m,
N/S in Cliff street, Dingli 60 m,
Baħrija 130 m,
Triq Dun Luiġi Rigord, Pembroke 100 m,
Triq San Anard, Xagħjra 100 m.
Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet tal-manutenzjoni fl-areas pubbliċi u mal-faċċati ta' Block A, Għajn Qajjied, Housing Estate, r-Rabat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Madankollu nfakkar li manutenzjoni ta' areas pubbliċi barra l-blokk hija r-responsabbilita' tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministri jgħid kemm kien l-ammont totali tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li nħarġu għal kull quarter mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?
X'inhu l-valur tal-kontijiet (minn kull total ta' kull quarter) li tħallas s'issa?
Jista' jagħti l-breakdown ta' dawn it-totali għal dawk residenzjali, kummerċjali, industrijali, eċċ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ċ-chief executive tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma siefer fuq xogħol mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum?
X'kienu r-raġunijiet għal dan is-safar?
Kemm kienet tiswa kull safra u minn min kien akkumpanjat iċ-chief executive matul kull safra?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir fi Triq il-Pitkali c/w Triq il-Gradilja, Ħ'Attard hux kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti x-xogħol propost?
Response (BORG, TONIO)
B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20193, jirriżulta li x-xogħol li qed isir fil-post imsemmi huwa kopert bil-permess maħruġ fil-25 ta` April 2000, b`referenza PA 6988/97 għall-"Proposed orchard and height increase of boundary wall together with an underground reservoir".
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-linja tat Triq il-Veduta c/w Triq il-Markiż J Scicluna, Madliena inbidlet bil-konsegwenza li t-triq djaqet u anke tbaxxiet b'inkonvenjent u danni għal min diġa' bena r-residenza tiegħu f'din it-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda tibdil fil-wisgħa jew fl-allinejament ipproġettati fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
L-aħħar intervent li sar mit-Taqsima ta` l-Għoti ta` l-Allinjament u Livelli fl-imsemmija triq kien, fit-30 ta` Mejju, 2000 u dan sar b`kontinwazzjoni ta` livelli immarkati fuq il-post.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed mill-Awtorita ta' l-Ippjanar kontra dawk is-sidien li baqghu jwettqu xogħlijiet fuq sit fi Triq il-Markiż J. cicluna c/w Triq il-Veduta, Madliena (PA 929/00) minkejja li inħarġet enforement order fuq l-istess sit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara spezzjoni riċenti li saret fuq is-sit in kwistjoni, ġie kkonfermat illi tkompla xi żvilupp fil-'front' u s-'side' garden tal-bini. Dan ix-xogħol imur oltre dak li kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp, ċioe` xogħol ta` 'finishing' u tibdil żgħir fuq ġewwa u tikħil fuq il-faċċata. Dan minkejja l-Avviż biex tieqaf li kien inħareġ fit-23 ta` Ġunju, 2000 (ECF 692/00). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar issa ser tgħaddi biex tieħu dawk il-passi neċessarji skond il-proċeduri u dan billi tinforma lid-DCC dwar kif żviluppat il-kwistjoni kif ukoll billi tirreferi il-każ għal possibilita` ta` tneħħija fiżika ta` dak ix-xogħol li sar wara l-ħruġ ta` l-avviż imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru Triq il-Veduta u l-parti ta' fuq ta' Triq il-Markiż J Scicluna, Madliena peress li dawn jinstabu fi stat tant ħażin li bil-kemm huma aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fihom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tas-survey ta' Public Awareness dwar l-Ambjent u l-Proprjeta' li għadu kif ġie ippubblikat mill-Awtorita ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kopji tar-riżultati tal-Public Attitudes Survey jistgħu jinkisbu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar bi ħlas.
Din il-ġimgħa r-rapport tas-survey se jkun wkoll fuq il-web-site ta` l-Awtorita`.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, wara li sar environmental impact assessment fuq proġett fil-Magħtab bi spejjeż ta' eluf ta' liri, l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita ta' l-Ippjanar ilha aktar minn sena wieqfa fl-istess dipartiment u ma ġietx ipproċessata?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jipprovdi aktar dettalji sabiex jiġi identifikat il-każ u tingħata risposta xierqa għall-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fi Triq Salvu Psaila, Santa Venera/B'Kara?
X'inhu propost li jsir ħalli l-ilma tax-xita jitneħħa minn din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fi Triq Salvu Psaila hu maqsum fit-tmien fażijiet illi b'kollox ser jieħdu erbatax-il xahar u nofs biex jitwettqu. Ser jinbnew storm water culverts mat-triq biex jiġbru l-ilma tax-xita, fil-waqt li d-Dipartiment qed jipprepara pjan biex jinbnew retention basins fl-inħawi ħalli l-qawwa ta' l-ilma f'dawn il-culverts tkun tista' tiġi kkontrollata.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fi Triq Ħal Far, liema xogħol jidher li għal xi raġuni bħalissa jinstab wieqaf?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol għadu għaddej u qed jitwaħħlu crash barriers u jingħalqu sew il-kurduni qabel jingħata t-tarmak tal-wiċċ fuq il-partijiet tat-triq fejn il-base course ġie aċċettat mid-Dipartiment. Qed isir liaison bejn il-kuntratturi u d-Dipartiment biex ix-xogħol fuq it-tieni fażi tat-triq jibda malli x-xogħol imsemmi aktar qabel ikun lest.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta ix-xogħol f'Imdina Road, Ħal-Qormi peress li ilu għaddej għal ħafna xhur b'inkonvenjent kbir għar-residenti u għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Kumitat tal-Kuntratti qed ikollhom diskussjonijiet mal-kuntrattur dwar dan ix-xogħol imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board tax xi permess sabiex Triq Tumas Chetcuti, H'Attard tingħalaq għat-traffiku tqil meta l-ħsieb wara din it-triq kien propju biex vetturi kbar jgħaddu minn din it-triq fil-periferija u mhux min nofs ir-raħal
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qatt ma ta u m'għandu ebda ħsieb li jagħti xi permess sabiex Triq Tumas Chetcuti tingħalaq għat-traffiku tqil.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fl-inħawi ta l-isptar Mount Carmel / Triq il-Ħafar / Triq Tumas Chetcuti f' Ħ'Attard
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir f'Ħ'Attard ikollu bżonn l-approvazzjoni ta' diversi entitajiet u mhux possibbli tingħata data speċifika ta' meta dan ser jitlesta. Dan għaliex qed jirriżulta minn żmien għal żmien li x-xogħol li jkun qed isir ma jkunx ta' kwalita' aċċettabbli skond l-ispecifications, u għalhekk qed ikollu jerġa jsir.
Jista' l-Ministru jara li l-uffiċjali, inkluż l-assistenti diretturi fi ħdan l-Awtorita ta' l-Ippjanar iżżomu l-appuntamenti tagħhom mal-pubbliku peress li ħafna drabi dawn l-appuntamenti jew jitħassru jew inkella jittardjaw b'ħafna ħin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi jsiru numru sostanzjali ta` appuntamenti sabiex jiġi akkomodat il-pubbliku, u l-uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, inkluż l-Assistenti Diretturi, jagħmlu kull sforz sabiex ikunu puntwali u jżommu l-appuntamenti tagħhom. Dan, iżda, mhux dejjem hu possibli, minħabba diversi raġunijiet. Meta ma jkunx hemm triq oħra ħlief li jiġi kkanċellat l-appuntament, in-nies involuti jiġu avżati minn qabel.