Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20532 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Auberge D'Italie — Xogħlijet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol f'Auberge d'Italie li issa ilu għaddej aktar minn tliet snin?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li d-diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Ambjent hi nkarigata mix-xogħol nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onor. sieħbi.

Mellieħa — Għajn tal-Mellieħa - Tiswija

Question

Jista l-Ministru jara li t-triq magħrufa bħala l-Għajn tal-Mellieħa, Mellieħa tiġi fformata fuq il-linja uffiċjali peress li fl-istat li hi, qegħdin isiru ħafna abbużi bil-konsegwenza li diversi residenti ma jkunux jistgħu jgħaddu minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-formazzjoni tat-triq b`mod li tirrispetta il-linji uffiċjali hija responsabilta' ta` l-iżviluppatur mal-ġenb tat-triq.
Leg 9 PQ #20570 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bennejja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intlaqgħu applikazzjonijiet għall-iskola tal-bennejja matul is-snin 1990-2000, kull sena separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola tas-Snajja', Gerolamo Cassar, mhijiex skola tal-bennejja iżda fiha l-istudenti ta' bejn l-14 u s-16-il sena minbarra suġġetti akkademiċi bħal ma hu mitlub mill-kurrikulu minimu nazzjonali jitgħallmu wkoll is-snajja' tal-kisi, u tat-tqegħid tal-madum. Sa s-sena 1998, kien hemm żewġ korsijiet fl-iskola, dawk għall-istudenti taħt is-sittax-il sena bħal ma hu msemmi aktar il-fuq u kors ta' tliet snin ta' l-E.S.T.S. li kien iwassal għall-Journeymen certificate. Bit-taħriġ mogħti mill-iskola, jiġifieri teorija u prattika tal-bini, l-istudenti ta' l-E.S.T.S. kienu jkunu jistgħu jersqu għall-eżami tal-ħruġ ta' liċenzja tal-bennejja. Il-kors ta' l-E.S.T.S. 1995-1998 attendew għalih 7 studenti minn Għawdex u ma kien hemm ebda student minn Malta. Bejn is-snin 1990-2000 intlaqgħu applikazzjonijiet għall-korsijiet ta' E.S.T.S kif se nsemmi: SENA STUDENTI 1990-91 58 full-time 53 part-time 1991-92 77 full-time 1992-93 76 full-time 1993-94 38 full-time 1994-95 34 full-time 23 part-time 1995-96 27 full-time 1996-97 25 full-time 1997-98 7 full-time 1998-99 1 full-time

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Radjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt sarx xi studju fuq ir-radjazzjoni li toħroġ mis-sistema tar-radar li d-Dipartiment ta' Avjazzjoni Ċivili għandu f'Ħad-Dingli u l-effett li jista' jkollha r-radjazzjoni fuq ir-residenti tar-raħal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-Radar ta' Had-Dingli gie nstallat fl-1986 u beda jaħdem fl-1987. F'Novembru 1987, id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili talab lill-Occupational Health Officer tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jinvestiga jekk dan ir-Radar kienx qiegħed joħloq periklu għas-saħħa f'Ħad-Dingli u jissuġġerixxi xi forma ta' soluzzjoni jekk il-każ kien hekk. F'Marzu 1988, l-Occupational Health Officer informa lid-Dipartiment li ma kienx hemm sinjali ta' radjazzjoni fuq l-impjegati ta' dan il-post. Saru wkoll arranġamenti ma l-Awtorita' ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit biex espert minn tagħhom jiġi u jinvestiga hu wkoll din il-kwistjoni. Dan l-espert, fir-rapport tiegħu f'Awissu 1988, ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda sinjal ta' radjazzjoni fl-istazzjon u li minħabba d-distanza li hemm bejn l-istazzjon u Ħad-Dingli kif ukoll minħabba d-direzzjoni ta' l-aerial tar-Radar, ma kienx hemm xi periklu għall-abitanti ta' Ħad-Dingli. Jien infurmat ukoll li fl-1989 twaħħlet biċċa apparat sensittiva biex tkejjel l-ammont ta' radjazzjoni li jista jkun hemm fl-akwata ta' l-istazzjon. Minn dak iż-żmien 'l hawn ma kienx hemm rapporti li kien hemm xi leakages ta' radjazzjoni. Ta' min jgħid ukoll li dan l-istazzjon għadda f'idejn il-Malta International Airport mill-1 ta' Mejju 1998 meta d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili ma baqax l-Operatur ta' l-Airport.
Leg 9 PQ #20572 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Skejjel — Bennejja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għaddew mill-eżami tal-bennejja li jsiru mill-masons board matul is-snin 1990-2000, kull sena separatament? Min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord tal-bennejja llum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waqt li nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 17687 seduta 339, ninformaħ li issa in-numru ta' dawk li għaddew din is-sena huwa ta' disgħa (9). Il-Bord għall-Bennejja hu ffurmat minn: Arch. Franco E. Montesin Chairman, Arch. Carmelo Barbara Member, Mr. Joseph Camilleri Member, Mr. Paul E. Cassar Member, Mr. Joseph Farruġia Member, Mr. Joseph Gatt Member, Mr. George Calleja Segretarju
Leg 9 PQ #20573 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Irmiġġi

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20461, x'inhu n-numru ta' irmiġġi li l-gvern ta l-impenn li se jipprovdi aktar minn dak li huma stipulati fil-kuntratt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-Numru ta' irmiġġi li l-Gvern ser jipprovdi aktar minn dak li hemm stipulat fil-kuntratt hu ta' massimu ta' 90 irmigg. Dan ifisser li il-membri kollha ta' l-Għaqda Sajjieda Dilettanti u Barklori li jammontaw għal 240 ser ikunu provduti b'post ta irmiġġ. Qed isiru wkoll diskusjonijiet mal-'Consortium' dwar l-irmiġġ addizzjonali għal-Barklori u Sajjieda Dilettanti li diga għandhom irmiġġ in-naħa tal-Birgu. Il-Gvern qed jagħmel l-istess impenn favur dawn in-nies, kif għamel għar-rigward tal-isla.
Leg 9 PQ #20492 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Reġistrar ta' l-artijiet

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 19517, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li okkupaw art abbużivament għal skop agrikolu imma li dwarha ħarġet enforcement order mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Dawk il-persuni li jinsabu fil-pożizzjoni kif spjegat mill-Onor. Interpellant jaqgħu fl-istess sitwazzjoni bħal nies oħra li jkunu kisru l-liġi dwar l-Iżvilupp u li kontra tagħhom ikun ukoll inħareġ Avviż tat-Twettieq. Dawn l-individwi, ikunu mitluba sabiex irreġgħu lura s-sit għall-istat pristin tiegħu u dan skond kif huwa rikjest fl-Att dwar l-Ippjanar. Fin-nuqqas li jsir hekk jew inkella jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha fiż-żmien stipulat fl-avviż, l-Awtorita` tista` tidħol fuq l-art u tieħu dawk il-passi kif rikjesti minnha stess fl-Avviż tat-Twettieq. L-ispejjeż kollha li tkun daħlet għalihom l-Awtorita` sabiex tesegwixxi l-avviż tat-Twettieq jistgħu jiġu rkuprati mingħand min dak iż-żmien ikun is-sid ta` l-art.
Leg 9 PQ #20519 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Għar Lapsi

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-inħawi tal-Bajja ta' Lapsi l/o Siġġiewi humiex konformi mal-pjani approvati u l-kondizzjonijiet tal-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Jidher illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dak l-iżvilupp li qed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi in konnessjoni mal-'car park', 'sub station' u xogħlijiet oħra ta` tisbiħ fil-lokalita`. Dan l-iżvilupp huwa kopert b`żewġ permessi separati PA 1813/98 u PA 2844/00. Spezzjoni riċenti fil-post tikkonferma illi l-iżvilupp sa llum huwa konformi mal-permessi maħruġa.
Leg 9 PQ #20483 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Ambjent — Public Awareness

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 20053, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20053.
Leg 9 PQ #20484 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Coast Road - Bini Storiku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar (PA1157/98) imsemmija fir-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 19948?

Response (BORG, TONIO)

L-aċċess għal din l-informazzjoni hu stabbilit bil-metodu esklussiv indikat fl-Att Nru. I ta` l-1992.
Leg 9 PQ #20488 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement order ħarġet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sal-lum li tirrigwarda reklamazzjoni abbużiva ta' art xagħri għal raba'? F'liema lokalitajiet inħarġu l-enforcement orders? Kemm minn dawn l-enforcement orders ġew esegwiti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet 19 enforcement order fuq abbużi ta` reklamazzjoni ta` art xagħri. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Il-każijiet indikati għadhom pendenti.
Leg 9 PQ #20489 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Magħtab Envinonemental Impact Assessment

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 20105, jista' l-Ministru jivverifika l-applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, PA 605/95?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-rapport dwar applikazzjoni PA 605/95 ikun konkluż din il-ġimgħa u wara jiġi riferut għal deċiżjoni. Ta` min isemmi li t-TOR (Terms of Reference) għal EPS (Environmental Planning Statement) kienu ingħataw lill-applikant f`Jannar ta` l-1997. Dan l-EPS kien sottomess f`Awissu ta` l-1999 minkejja li l-konsulenti ma kinux approvati mill-Awtorita` u mid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent (EPD).

Qormi — Imdina Road - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega b'mod aktar ċar ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 19956 dwar Imdina Road, Qormi, għax ma jidhrix li hemm konnessjoni bejn il-mistoqsija u t-tweġiba li ngħatat?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19956.
Leg 9 PQ #20478 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern fir-rigward ta' xogħol għal persuni li servew sentenza il-ħabs, f' dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali? Kemm ġew impjegati persuni b'din il-kondotta mad-dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali mill-1987 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20479 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Siġġiewi — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jara li titnaddaf l-area ta' wara l-ground tal-football tas-Siġġiewi mill-iskart li nġabar matul dawn l-aħħar xhur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Leg 9 PQ #20480 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tneħħi l-vetturi li hemm mitluqa wara l-ground tal-football is-Siġġiewi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tieħu passi meħtieġa sabiex il-vetturi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jitneħħew.

Birkirkara/Santa Venera — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 19953, jista' l-Ministru jgħid fejn se jinbnew ir-retention basins fl-inħawi ta' Triq Salvu Psaila? L-ilma li jinġabar fir-retention basins fejn se jittieħed u b'liema sistema se jitwassal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-location eżatta ta` fejn ser jinbnew ir-retension basins tkun tista` tingħata malli dan il-pjan jitlesta` kollu. L-ilma li jakkumula fir-retension basin ikompli miexi fis-sistemi ta` storm water culverts fil-lokalita` b'forza imnaqqsa li tgħin fl-effiċjenza tal-kontrol tar-run off tax-xita minn dawn l-akwati.
Leg 9 PQ #20482 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-bini li issa twaqqa' fit-tibdil tal-pjani li sar għall-isptar ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm sewa flus sabiex jitwaqqa' dan il-bini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.