Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21028 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Manniġar ta' L-Iskart

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20849?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­ispiża tal­Gvern mill­Fergħa ta' l­Indafa Pubblika sabiex jiġi mmaniġjat l­iskart solidu li jiġi prodott f'Għawdex ammonta għal madwar Lm352,000 fi tnax­il xahar. Dan l­ammont jinkludi l­pagi ta' ħaddiema, spejjeż ta' makkinarju u vetturi, ġbir ta' skart goff, knis u tindif ta' triqat u spejjeż involuti fl­immaniġjar tal­miżbla ġewwa x­Xagħra, Għawdex.
Leg 9 PQ #21029 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-kawża li l-WSC għamlet kontra dik il-persuna li tefgħet żejt maħruq f'borehole b'konsegwenza ta' tniġġiż serju fl-ilma tal-galleries f'Ta' Kandja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad, li kuntrarjament għal dak li ingħad fil-mistoqsija, kienu l-pulizija li ħadu passi fil-Qorti kontra l-imsemmija persuna u mhux il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Il-kawża relattiva ġiet deċiża fit-3 ta' Diċembru, 1999, meta l-Qorti sabet lill-akkużat ħati ta' l-akkużi kollha miġjuba kontrih minbarra dik dwar serq ta' ilma. Huwa kien libertat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena. Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għadha ma għamlet ebda kawża kontra din il-persuna. Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni u l-persuna in kwistjoni dwar l-ammont li għandu jitħallas bħala danni mill-Korporazzjoni. Min-naħa tagħha, l-Korporazzjoni ħadet il-passi legali meħtieġa sabiex tissalvagwardja l-pożizzjoni tagħha, bil-presentata u notifika ta' ittra uffiċjali.
Leg 9 PQ #21094 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fulltime u part-time ma' l-Awtorita ta' l-Ippjanar? Jista' jagħti breakdown ta' dawn il-ħaddiema, x'pagi u fringe benefits igawdu għal kull skala jew tip ta' xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21095 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-PA fuq studji magħmula mill-konsulenti fis-snin 1998 u 1999? Fuq liema studji ġew minfuqa dawn il-flus? Min minn saru u kemm ġew minfuqa flus għal kull studju?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21096 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant Anġlu

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija nru 20911, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-massimu ta' żmien permissibli li jistgħu jdumu mwaħlin il-gates imwaħħlin fuq ix-xatt taħt Sant Anġlu, peress li dawn il-gates jirristrinġew l-aċċess għax-xatt għaċ-ċittadini, liema aċċess suppost hu garantit mill-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-Consortia?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sal-lum saru spezzjonijiet fi djar ta' dawk il-persuni li qegħdin japplikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva? Kemm fadal minn dawn l-ispezzjonijiet? X'kien ir-riżultat ta' l-ispezzjonijiet li saru s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi kien hemm madwar 3100 spezzjonijiet biex isiru. Dawn qiegħdin isiru in konnessjoni ma' skema ġdida ta' punti. Hu maħsub li l-ispezzjonijiet kollha jsiru sa l-aħħar tas-sena.

Madliena — Triq il-Majjistral

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Triq il-Majjistral, il-Madliena se tinfetaħ biex ta' lanqas tippermetti l-vetturi jgħaddu minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment qiegħed f'diskussjoni ma propjetarji ta' l-art fil-lokalita' biex it-triq tkun tista' tinfetaħ.

Pjan għall-Iżvilupp Soċjo-Ekonomiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-Pjan għall-Iżvilup Soċjo-Ekonomiku għan-naħa ta' Isfel ta' Malta li kien ġie ppreparat matul il-leġislatura preċedenti?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferri l-mistoqsija lill-Ministru koncernat peress illi dan il-pjan ma jaqghax taht id-dekasteru tieghi.
Leg 9 PQ #21025 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għas-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala s-sistema eżistenti qiegħda titkabbar meta l-fossa komunali eżistenti lanqas biss tlaħħaq mas-sistema eżistenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern bħalissa qiegħed jistudja diversi alternattivi biex tittejjeb is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija, u għalhekk s'issa għad m'hemm l-ebda pjanijiet deċisivi. Madankollu kif imtenni fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15452, mhuwiex mistenni jinbeda x-xogħol qabel is-sena 2005. Il-fossa komunali eżistenti qiegħda tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-lokal, u ma kienx hemm ilmenti speċjali dwar xi fawran ta' spiss. Pero', d-Dipartiment tad-Drenaġġ intervena mal-kuntrattur li jbattal din il-fossa biex dan jagħti aktar attenzjoni meħtieġa meta jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #21026 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Care workers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal post ta' careworkers skond l-avviż li nħareġ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti li jeħtieġ jimtlew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-numru ta’ applikanti għal post ta’ “Careworker” skond l-avviż li nħareġ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fl-10 ta’ Ottubru, 2000 huwa ta’ 95. In-numru ta’ vakanzi li ġew ikkonfermati f’Awissu ta’ din is-sena huwa ta’ 8.
Leg 9 PQ #20881 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cruise Liner Passenger Terminal

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 20746, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi mressaq fil-Parlament il-kuntratt li se jsir mal-consortium magħżul għal proġett tal-cruise liner passenger terminal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minhabba li n-negozjati mal-Consortium għadhom għaddejin, il-Gvern bħalissa mħux f'pożizzjoni li jagħti data għall meta il-kuntratt tal-proġett tal-Cruise Liner Terminal ser jiġi imressaq fil-Parlament.
Leg 9 PQ #20885 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dingli - Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew iż-żewġ vetturi abbandunati (Skoda u Morris) li hemm fi Sqaq il-Lhudi, l/o Dingli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ż-żewġ vetturi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant tneħħew.
Leg 9 PQ #20903 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Connections

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 20747, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi ffinalizzat il-kuntratt sabiex jinbeda x-xogħol fuq il-proġett Connections?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif japrezza l-Onorevoli Interpellant, ma tistax tgħid meta jkun finalizzat il-kuntratt għax dan jiddependi mit-tul tan-negozjati.
Leg 9 PQ #20925 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 20594 jista' l-Prim Ministru jispjega aħjar b'liema bażi persuni li jkunu servew sentenza ta' ħabs jieħdu jew iżżommu l-impjieg tagħhom mal-Gvern jiddependi minn natura ta' l-offiża u l-grad ta' l-impjegat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-każ ta’ persuni li kienu servew sentenza ta’ ħabs, jidħlux fl-impjieg mal-Gvern jiddependi miż-żmien li jkun għadda minn meta spiċċaw jiskontaw is-sentenza, u l-kondotta tagħhom. Irrid inżid li wara ċertu żmien, u f’ċerti ċirkustanzi, sentenza ta’ ħabs ma tibqax tidher fiċ-ċertifikat tal-kondotta. Rigward impjegati tal-Gvern li jkunu weħlu sentenza ta’ ħabs, hija fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jekk l-impjieg tagħhom jiġix terminat jew le. Ir-regolamenti tad-dixxiplina jiprrovdu għal kunsiderazzjoni bbażata fuq in-natura ta’ l-offiża jekk din tkunx relatata direttament jew indirettament max-xogħol ta’ l-impjegat.
Leg 9 PQ #20926 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Miżbla — Għawdex

Question

JTsta’ l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża tal-gvern sabiex titmexxa il-miżbla ġewwa Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul l-aħħar tnax-il-xahar l-ispiża sabiex titmexxa il-miżbla ġewwa Għawdex kienet tammonta għal madwar Lm47,000. Il-figura tinkludi l-pagi tal-ħaddiema li jaħdmu fuq il-post.
Leg 9 PQ #20823 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Door numbering

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn sal-lum ġie konkluż l-eżerċizzju ta' door numbering u kemm-il bieb ġie innumerat? Kemm fadal irħula li fihom għad irid isir dan is-servizz u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20338 (Seduta 403). Il-kumplament ta' l-informazzjoni qed tinġabar.

Qorti — Bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux hemm il-pjan li l-bridge li jaqsam il-qorti fuq Triq id-Dejqa jiġi ridisinjat biex ikun aktar kumpatibbli mal-bini tal-Belt kapitali ta' pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Le, fil-mument ghalkemm il-quddiem ma neskludiex li jsir fil-kuntest ta' ristrutturazzjoni shiha tal-Qorti.
Leg 9 PQ #20825 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Careworkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal post ta' careworkers skond l-avviż li nħareġ f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti li jeħtieġ jimtlew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta` careworker nħarġet mill-Kumissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #20849 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Maniġġjar ta' l-Iskart

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-ispiża tal-gvern sabiex jiġi mmaniġjat l-iskart kollu li jiġi prodott f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni mitluba qed tinġabar.