Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' flus li ntefqu fit-toroq sal-lum, matul din is-sena, kull triq separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ammont ta' flus li tħallas sa Ottubru ta' din is-sena fuq xogħol ta' toroq jammonta għal Lm2.3M. Sintedi pagamenti oħra għadhom qegħdin jiġu proċessati.
L-informazzjoni mhix possibbli tingħata triq triq għaliex kull kuntratt tat-toroq ikopri kull darba diversi toroq f'daqqa, u għalhekk mhux possibbli li jinżamm kont għal kull triq.
L-informazzjoni tkun tista tingħata skond il-valur tal-kuntratt partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-perċentaġġ ta' unaccounted for water kull sena, mill-1990 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-ġbir ta' informazzjoni ta' "unaccounted for water" f'termini ta' persentaġġi mhix daqstant preċiża u lanqas ma hija spjegazzjoni ċara tal-kundizzjoni u t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
1992 59.8% 1993 61.5%
1994 65.0% 1995 64.3%
1996 60.0% 1997 55.4%
1998 58.9% 1999 56.5%
2000 52.7%
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21283, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Coastal Mangement Co. Ltd?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif għidt diġa' fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21283, f'Seduta Numru 432, dettalji dwar il-ftehim, ser jingħataw aktar tard. Ninforma lill-Onor. Membru li l-ftehim ikopri s-somma massima ta' Lm15 għal kull spezzjoni li ssir u dan taħt il-kundizzjoni li l-ispezzjonijiet kollha iridu jitlestew sa l-aħħar ta' din is-sena. Kopja tal-ftehim ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-gimgħa d-dieħla.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21171, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula biex ingħataw transfer mill-Ministeru għall-Ambjent għall-Ministeru tas-Saħħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-transfers saru kollha skond l-esiġenzi tas-servizz.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21169, jista' l-Ministru jgħid min għandu r-responsabbilta' jara li l-ħwejjeġ tal-mejtin maqlugħa mill-oqbra jiġu verament distrutti peress li hemm diversi każi fejn f'ċimiterji pubbliċi u tal-Knisja dawn il-ħwejjeġ qegħdin jiġu biss mitfugħa ma' l-iskart u jinġabru mill-iscammel taż-żibel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fiċ-ċimiterji pubbliċi ta' l-Addolorata u dak ta' Santa Margherita r-Rabat hija r-responsabilita' tas-supervisor tad-deffiena li jara li l-ħwejjeġ, meta ma jiġux trasferiti b'kollox, jiġu distrutti. Fiċ-ċimiterji pubbliċi l-oħra r-responsabilita' hija tal-kummusjonant imqabbad mill-familjari tal-mejjet, fil-waqt li fiċ-ċimiterji tal-knisja r-responsabilita' hija ta' l-arċipriet/kappillan rispettiv.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 21164, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema tip ta' spezzjoni ta' l-applikazzjonijiet ġiet imqabbda d-ditta Coastal Managment Co Ltd mill-Awtorita' tad-Djar?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li hemm bejn l-Awtorita' tad-Djar u l-Coastal Management Co Ltd?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-ditta ndikata fil-Mistoqsija qiegħda tagħmel spezzjonijiet tad-djar ta' dawk il-persuni li għandhom applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiġu aġġornati l-punti skond il-kriterji ġodda kif ġew approvati reċentement. Is-soċjeta in kwistjoni hi sussidjarja tal-Freeport Corporation.
Dettalji dwar il-ftehim ikunu jistgħu jingħataw aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex finalizzat id-disinn għal junction bejn Triq San Pawl Milqi u Triq San Pupulu, Burmarrad?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' din il-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-disinn imsemmi għadu ma ġiex iffinalliżżat għaliex dan irid isir mill-perit tal-kuntrattur li jieħu t-tender għall-bini mill-ġdid ta' din it-triq , liema tender għadha qed tiġi aġġudikata.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir f'dawk il-junctions ikkontrollati mit-traffic lights kull meta jkun hemm sospensjoni tal-provista tad-dawl peress li f' każi bħal dawn jinħoloq periklu kbir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed jiġu kkunsidrati metodi ta' telematics sabiex ikun jista' jiġi notifikat uffiċċju ċentrali b'dawn il-breakdowns, sabiex ikunu jistgħu jintbagħtu mill-ewwel ħaddiema biex jgħamlu t-tiswijiet u jekk ikun hemm bżonn, Pulizija biex jidderiġu t-traffiku kif ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li n-numru ta' l-identita tagħha qed jintbagħat separatament hijiex impjegata fil-park nazzjonali ta' Ta' Qali? Jekk fl-affermattiv, x'inhu r-rwol ta' dan il-ħaddiem?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-persuna li n-numru ta' l-identita' tagħha intbagħat separatament hija impjegata fin-National Country Park ta' Ta' Qali. Ir-rwol ta' dan il-ħaddiem hu ta' Warden.
Jista' l-Prim Ministrui jgħid liema ministeru għandu r-responsabbilta' għal pjan għall-iżvilupp soċjo ekonomiku għan-naħa ta' Isfel ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Gvern qed joħloq strutturi ġodda sabiex jikkordina l-iżvilupp soċjo-ekonomiku għar-reġjuni ta’ Malta. Fost dawn l-istrutturi nsibu d-Direttorat għal “Regional Policy” fl-Uffiċċju tiegħi li ser jaħdem mill-qrib mad-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 21009, jista' l-Ministru jgħid jekk il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiex imġedded? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru tal-permess il-ġdid u meta nħareġ dan il-permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permess oriġinali (PA3941/93) li nħareġ fil-31 ta` Lulju 1995 kien validu għal ħames snin. Fit-13 ta` Lulju 2000, il-perit tal-proġett talab biex il-permess jiġi estiż b`sena oħra u fil-21 ta` Awissu 2000, din it-talba ġiet milqugħa skond il-proċedura stabbilita bl-emendi fil-Liġi għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp li saru fl-1997.
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk l-individwu li qiegħed jipparkja l-inġenji tiegħu fuq art pubblika fi Triq Ġorġ Zammit, Imġarr, għandux il-permessi meħtieġa?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-individwu li qiegħed jipparkja xi inġenji fuq l-art imsemmija ġie ordnat mill-Pulizija biex ineħħihom mingħajr telf ta` żmien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi meħtieġa għall-irdiem bit-torba ta' l-għelieqi fl-inħawi tal-Palma, l/o Imġarr?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet diversi passi ta` infurzar fl-inħawi li saret referenza għalihom fil-mistoqsija. Madanakollu l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub ikun aktar speċifiku rigward is-sit fejn l-allegat ksur qiegħed isir għaliex l-inħawi magħrufin bħala Tal-Palma limiti ta` l-Imġarr ikopru area estensiva u mill-informazzjoni mogħtija huwa diffiċli li jiġi identifikat is-sit in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'suppost isir bil-ħwejjeġ tal-mejtin li jinqalgħu mill-oqbra sabiex jiġu trasferiti f'oqbra oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda trasferiment ma` jista` jsir f'oqbra oħra qabel ma jgħaddu ta` l-anqas sentejn mid-difna. Jekk l-imsemmija ħwejjeġ għadhom f'kundizzjoni tajba, t-trasferiment isir bil-ħwejjeġ b'kollox. Meta l-ħwejjeġ ikunu mmermrin, dawn jiġu miġbura u distrutti.
Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġimgħat ingħataw diversi trasferimenti fid-Dipartiment tad-Drenaġġ, b'mod partikolari lill-ħaddiema fil-pumping station? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara talba li saret mid-Dipartiment tas-Saħħa ġew rilaxxati tmintax-il ħaddiem, dawn kważi kollha fil-grad ta' Health Attendant.
Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġimgħat sar bejgħ ta' inġenji mill-garage tal-gvern f'Ħal Kirkop lill-privat? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn l-inġenji u l-prezz li bih ġew mibjugħa? Minn min inxtraw dawn l-inġenji?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sar bejgħ ta' l-Inġenji mill-Garage tal-Gvern permezz ta' tender.
Il-kuntrattur li ħa l-offerta huwa Messrs Gasparell Bailing Company Limited.
Il-prezz li ġew mibjugħa dawn l-Inġenji huwa kif ġej:
Lot A - Equipment Tale Quale - Lm 3,100
Lot B - Serviceable Vehicle - Lm 500
Lot C - Unserviceable Light Vehicles - Lm 210
Lot D - Unserviceable Heavy Vehicles & Plant - Lm17,000
Total Price Paid - Lm20,810
Il-lista ta' l-inġenji hija kif tidher hawn taħt:
SALE OF EQUIPMENT TALE QUALE
TYPE MAKE WD NO. REG.NO.
Concrete Pump Schwing ------- M-1546
Concrete Pump Schwing ------- M-1547
Concrete Pump Hydroseal CP31 -----
Concrete Pump (only) Hydroseal CP29 -----
SALE OF SERVICEABLE VEHICLE
TYPE MAKE WD NO. REG. NO.
Car Mercedes ------- M-0343
SALE OF UNSERVICEABLE LIGHT VEHICLES
TYPE MAKE WD NO. REG. NO.
Car Allegro ------- M-1500
Car Avenger ------- M-1650
Car BMW ------- GVN-176
Car Cortina 1600E ------- M-1010
Car Cortina Mk V ------- S-3932
Car Dacia ------- GVN-152
Car Dacia ------- GVN-155
Car Escort ------- GVN-175
Car Escort ------- GVN-400
Car Fiat ------- GVN-173
Car Fiat ------- GVN-165
Car Fiat 125 ------- M-1015
Car Fiat 131 ------- M-1210
Car Fiat 131 ------- GVN-158
Car Fiat 132 ------- M-1345
Car Fiat 850 ------- M-1454
Car Ford Taunus ------- M-1225
Car Ford Taunus ------- M-1502
Car Honda ------- GVN-164
Car Hyundai Pony ------- GVN-174
Car Mercedes ------- GVN-166
Car Mini Minor ------- M-0156
Car Mini Minor ------- M-0299
Car Morris Marina ------- M-1715
Car Morris Marina ------- M-1717
Car Morris Marina ------- M-1366
Car Peugeot ------- GVN-027
Car Rover ------- M-1078
Car VW Jetta ------- GVN-028
Car VW Jetta ------- GVN-153
Car VW Polo ------- GVN-154
Van Bedford CF ------- M-0885
Van Bedford CF ------- M-0897
Van Bedford CF ------- M-1162
Van Bedford CF ------- M-1378
Van Ford Transit ------- GVH-322
Van Ford Transit ------- M-1228
Van Land Rover ------- M-0584
Van Estate Escort ------- M-0301
Van Estate Escort ------- M-0330
Van Estate Morris Traveller ------- M-0309
Van Estate Opel Record ------- M-0317
SALE OF UNSERVICEABLE HEAVY VEHICLES & PLANT
TYPE MAKE WD NO. REG. NO.
2-Wheel Trailor Ex-American WD07 -----
4-Wheel Trailor Watchman Hut -------- -----
Bulldozer Allis Chalmers WD48 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD49 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD51 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD53 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD56 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD57 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD59 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD60 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD61 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD62 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD63 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD65 -----
Bulldozer Allis Chalmers WD67 -----
Bulldozer Caterpillar WD70 -----
Bulldozer Caterpillar WD71 -----
Bulldozer Caterpillar WD73 -----
Bulldozer Caterpillar WD74 -----
Bulldozer Caterpillar WD76 -----
Bulldozer Caterpillar WD77 -----
Compressor Holmann WD44 -----
Compressor Holmann WD45 -----
Compressor Petters WD73 -----
Compressor Petters WD75 -----
Compressor Atlas Copco WD83 -----
Compressor Atlas Copco WD84 -----
Compressor Atlas Copco WD85 -----
Compressor Atlas Copco WD91 -----
Compressor Air Pump WD103 -----
Compressor Ingersoll Rand WD113 -----
Compressor Ingersoll Rand WD114 -----
Compressor Ingersoll Rand WD117 -----
Compressor Ingersoll Rand WD118 -----
Concrete Mixer Lister WD108 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD55 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD64 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD66 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD67 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD68 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD72 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD73 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD74 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD75 -----
Concrete Mixer Maxi Mixam WD80 -----
Dumper Winget WD05 M-1185
Dumper Johnson WD06 M-0773
Dumper Johnson WD08 M-0774
Dumper Barford WD21 M-0783
Dumper Winget WD24 -----
Dumper Barford WD27 GVH-392
Dumper Barford WD28 -----
Fuel Bowder Mack -------- M-0073
Generator Leyland Ex-Drge. -----
Generator Fermont WD17 -----
Generator Fermont WD18 -----
Grader Deutz WD02 M-0999
Grader Huber Warco WD05 M-1496
H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD07 -----
H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD08 -----
H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD09 -----
H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD12 -----
H/Guided Vibrator Roller Stothert & Pitt WD14 -----
Hoist Petter WD05 -----
Hoist Petter WD06 -----
Jeep Ex-American -------- M-1585
Jeep Ex-American -------- GVH-372
Low Loader -------- WD42 -----
Low Loader -------- WD43 -----
Mobile Crane American Hoist WD17 M-0804
Mobile Crane Quick Way WD18 M-0952
Mobile Crane Carwood WD21 M-0199
Mobile Crane American Hoist WD23 M-0954
Mobile Crane Coles WD36 M-1147
Road Roller Aveling WD01 M-0905
Road Roller Schreid WD04 M-0908
Road Roller Barford WD13 M-0912
Road Roller Marshal WD16 GVH-341
Road Roller Thomas Green WD20 M-0918
Road Roller Thomas Green WD23 M-0921
Road Roller Thomas Green WD24 M-0922
Road Roller Barford WD26 GVH-404
Road Roller Barford WD27 GVH-408
Road Roller Thomas Green WD28 M-0926
Road Roller Kemna WD35 M-0933
Road Roller Ursus Peroni WD39 M-0941
Road Roller Simesa WD47 M-0122
Road Roller Simesa WD48 M-1676
Road Roller Wallis & Stephens WD49 M-1912
Road Roller Barford WD51 M-1686
Road Roller Barford WD52 M-1783
Road Roller Huber WD54 GVH-356
Road Roller Huber WD55 M-1587
Road Roller Huber WD56 GVH-359
Road Roller Huber WD57 GVH-360
Steam Cleaner J.G.Sutter -------- -----
Track Shovel International WD04 -----
Track Shovel International WD14 -----
Track Shovel Fergusan WD18 -----
Trailor Flat Top Tompson WD62 -----
Truck Bedford -------- M-0307
Truck Bedford -------- M-0702
Truck Bedford -------- M-0713
Truck Bedford -------- M-0714
Truck Bedford -------- M-0706
Truck Fiat Romanazzi -------- M-1250
Truck GMC -------- M-1923
Truck Leyland -------- M-1459
Truck Leyland -------- M-1475
Truck Leyland -------- GVH-345
Truck Wrecker Mack -------- M-0957
Water Pump Coventry Climex WD61 -----
Water Pump ACME WD63 -----
Wheel Shovel Michigan WD12 M-0207
Wheel Shovel Bray WD23 M-0971
Wheel Shovel Michigan WD28 M-0213
Wheel Shovel Cantalore WD43 M-0960
Wheel Shovel Whitlock WD41 M-0210
Winch Petter WD08 -----
Winch JAP WD15 -----
Lathe Swift Ser. No. 106791381
Milling Machine Adcock & Shipley Ser. No. 522G/2AGU
Shaping Machine F.J. Edwards Ser. No. BEG108940
Road Roller Marshal WD17 GVH-351
Van Bedford -------- GVH-321
Truck Bedford -------- GVH-342