Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara — Psaila Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq Psaila Street? X'perċentaġġ ta' xogħol tlesta s'issa u x'inhu l-ammont ta' ħlas li sar lill-kuntrattur sal-lum? Meta hu maħsub li se jitlesta' x-xogħol kollu fuq din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f'Psaila Street hu maqsum fi tmien fażijiet u li minnhom s'issa prattikament tlestiet l-ewwel fażi. Il-proġett kollu hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Novembru 2001. Sa llum il-kuntrattur tħallas Lm36,587.
Leg 9 PQ #22261 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Direct Labour

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ u liema xogħol ġie ikkreditat lill-proġetti kapitali matul dan l-aħħar tnax-il xahar? Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments? Jista' jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mhux possibli illi nagħti l-valur tax-xogħol li sar bid-'direct labour' mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ. Il-valur tax-xogħol bid-'direct labour' ġie kkreditat lill-proġetti lapitali bl-ammonti li jidhru fl-estimi ħdejn il-voti kapitali. Dawk it-totali li jidhru fl-estimi taħt 'direct labour' kollha tnaqqsu mill-vot tal-'personal emoluments'. Din il-proċedura ilha ssir is-snin. Ix-xogħol li jsir mid-'direct labour' tad-Dipartiment jikkonsisti prinċipalment f'tindif ta' mini, mains, pompi tad-drenaġġ u xogħol ieħor relatat.

Ħal Far — Ħal Far Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq Ħal Far Road? X'perċentaġġ ta' xogħol tlesta s'issa u x'inhu l-ħlas li sar lill-kuntratturi separatament? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent it-triq mal-ġenb tar-runway bejn il-Gudja u Ħal Far tlesta l-lqugħ, l-bini mill-ġdid tal-pedament, l-base course tagħha u ingħatat wiċċ ġdid f'żewġ terzi mit-tul tagħha. Il-ħlas lil tliet kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħol sar hekk:- General Road Servicing Ltd Lm 125,261 Schembri Barbros Ltd Lm187,966 Penza Construction Ltd Lm184,151 Ix-xogħol kollu hu maħsub li jitlesta' sa s-sajf li ġej.
Leg 9 PQ #22251 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Embellishment of Tourist Areas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet proposti li jsiru permezz tal-vot embellishment of tourist areas matul is-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol propost mill-vot 'embellishment of tourist areas' għal matul is-sena 2001 huwa: Sliema - It-tieni fażi tax-xogħol fuq il-Promenade (minn fejn it-Torri sa fejn Barracuda Restaurant). San Ġiljan - Ser jinbeda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-Promenade ta' San Ġiljan (minn fejn iċ-Chains sa fejn il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan). Paceville - Qed jiġi ppjanat li jinbeda x-xogħol fuq it-tisbiħ ta' Triq Santu Wistin. Marsascala - Xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas. - Tkomplija tax-xogħol fuq il-Promenade (minn ħdejn Spigola Restaurant sa St. George's Street). - It-tielet u r-raba' fażi ta' xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' San Tumas u r-'redoubt'. Marsaxlokk - Xogħol ta' 'resurfacing' ta' parti minn Triq il-Wilġa. - Għarik tal-pavimentar tal-qawwi f'Misraħ il-Parroċċa. B'Buġia - Tlestija tax-xogħol fil-Bajja s-Sabiħa. Buġibba/Qawra - Hu ppjanat li jinbeda xi xogħol fl-inħawi tax-Xemxija in kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-Ministeru tat-Trasport.
Leg 9 PQ #22252 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Waste Management Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mad-Dipartiment tal-Waste Management u kif inhuma maqsuma fuq ix-xogħol li jagħmlu? Kif se jiġu affettwati l-ħaddiema bil-proposta għall-privatizzazzjoni tal-Waste Managment f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li preżentament hemm 704 ħaddiem mad-Dipartiment tal-Waste Management. Dawn il-ħaddiema huma mqassma kif ġej: Deployment Number Public Conveniences 182 Public Cleansing 268 Sant'Antnin 52 Landfills 26 Administration 18 Personnel at R.D.C. Centre (H.A.B. & other Trades) 98 Koperattiva Indafa Pubblika 53 On Loan to Other Departments 7 ----------- 704 ----------- F'dan l-istadju mhux previst illi dawn il-ħaddiema jkunu effettwati bil-pjani tal-Gvern fuq l-immaniġġjar ta' l-iskart. Jekk 'il quddiem, ikun hemm proposti oħra li jolqtu lil dawn il-ħaddiema, dawn il-proposti jkunu diskussi skond proċeduri normali.
Leg 9 PQ #22253 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Virements

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-virements li saru matul dawn l-aħħar tnax-il xahar inkluż il-voti li saru minn fuqhom, liema xogħol u għal-liema raġuni, flimkien ma' l-ammont tal-virement?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Matul is-sena 2000 kien hemm bżonn li jsiru 'l fuq minn 400 virement (fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet), sabiex il-flus allokati jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar. Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru tinvolvi ħafna xogħol, risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #22254 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Waste Management Department — Direct Labour

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Waste Management, liema xogħol ġie kkreditat lill-proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar? Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments? Jista' l-Ministru jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ebda 'direct labour' ma ġie kkreditat lill- proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax-il xahar.
Leg 9 PQ #22255 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manufacturing and Services Department — Direct Labour

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mal-ħaddiema tad-dipartiment Manufacturing and Services liema xogħol ġie ikkreditat lill-proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar? Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments? Jista' jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mhux possibli li nagħti l-valur ta' xogħol li sar bid-'direct labour' mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi. Dawn il-ħaddiema ħadmu fuq il-proġetti kapitali kollha msemmija fl-estimi. Il-valur tax-xogħol li jkun sar fuq dawn il-proġetti permezz ta' 'direct labour' jiġi kkreditat lill-vot kapitali globalment għall-ammont li jidher fl-estimi.
Leg 9 PQ #22256 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Building and Engineering Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill-ħaddiema tad-dipartiment building and engineering u liema xogħol ġie ikkreditat lill-proġett kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar? Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments? Jista' jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mhux possibli li nagħti l-valur tax-xogħol li sar bid-'direct labour' mill-ħaddiema tal-'Building and Engineering Department' f'xogħlijiet kapitali. Għar-rigward it-tieni u t-tielet parti tad-domanda, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għad-domanda tiegħu stess numru 22255.
Leg 9 PQ #22095 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Dipartimenti Sekondati mill-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mid-dipartimenti fir-responsabbilta' tiegħu li huma sekondati mall-kunsilli lokali? Jista' jagħti breakdown ta' dan in-numru ta' ħaddiema, kull kunsill lokali separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema assenjati mal-Kunsilli Lokali huwa ta' 90. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-ħaddiema kif huma mqassmin.

Dipartiment tat-Toroq — Servizzi

Question

B'riferenza għal dak li qal il-Ministru fir-rigward tax-xogħol ta' kordinament tas-servizzi li qiegħed isir mid-Dipartiment tat-Toroq, min huma l-uffiċjali nkarigati minn dan ix-xogħol? Kemm u liema toroq ġew kordinati minn meta beda jsir dan ix-xogħol sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta' kordinament tas-servizzi mid-Dipartiment tat-Toroq qiegħed isir minn dawn l-uffiċjali:- Mr Henry Sultana - Chief Architect and Civil Engineer Ms Audrey Demicoli - Architect and Civil Engineer Mr Chris Grech - Architect and Civil Engineer Mr Mark John Scicluna - Trainee Junior Architect and Civil Engeneer Ms Lara Baldacchino - Trainee Junior Architect and Civil Engineer Mr John Demicoli - Trainee Junior Architect and Civil Engineer Mr Robert Zerafa - Trainee Junior Architect and Civil Engineer Mr Charles Ebejer - Senior Technical Officer Mr Loreto Spiteri - Senior Technical Officer Mr Anthony Brincat - Technical Officer Mr Emanuel Zammit - Foreman Dan ix-xogħol jgħamluh fuq kull proġett li jkunu responsabbli minnu huma, barra milli jattendu wkoll cordination meetings li jkun qiegħed jagħmel kull Kunsill fil-lokalita' tiegħu skond kif jiġi assenjat lilhom. In-nies li ilhom l-aktar mad-Dipartiment ilhom jagħmlu dan ix-xogħol minn meta twaqqaf il-Cordination Unit fil-Ministeru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, filwaqt li n-nies l-oħra bdew jagħmluh minn meta bdew fil-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 9 PQ #21997 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra — Tindif

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-makkinarju li nkera sabiex titnaddaf id-Dwejra? Kemm hi r-rata ta' ħlas ta' dan il-makkinarju li qiegħed jintuża? X'inhu t-tul taż-żmien propost sabiex jitlesta dan ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-makkinarju li qiegħed jintuża biex jitnaddaf ir-radam fil-limiti tad-Dwejra jikkonsisti minn gaffa, backactor u trakkijiet. Ir-rati ta’ ħlas tal-makkinarju huwa bejn Lm 0.59 u Lm 0.84 għal kull metru kubu ta’ materjal mnaddaf skond l-offerti rispettivi. M’huwiex possibbli għal issa li wieħed jgħid kemm ser idum biex jitlesta dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #22032 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Eureka Services Ltd — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratt li l-gvern iffirma ma' l-Eureka Services Ltd ġiex emendat? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' emendi li saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda emenda għal kuntratt li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Pero` f`Awissu, ġie ffirmat Memorandum li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21964 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delimara — Power Station

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21672?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għan-nefqa kapitali. Jekk dan huwa l-każ, l-informazzjoni hija kif gej L-ewwel fażi u kull xogħol ta'inġinerija civili Lm57,972,688 Iż-żewġ turbini tal-gass Fażi IIA Lm10,470,783 L-impjanta tal-Combined Cycle Fażi IIB Lm30,083,270 Ħwienet tax-xogħol u ufficini, tagħmir, apparat, strumenti ecc. Lm43,546 Din in-nefqa tkopri l-perjodu mill-bidu tal-proġett sal-31 ta' Awissu 2000.

Aċċessibilita' għal Kulħadd — Konsulenza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-ħames periti sabiex jagħtu konsulenza fuq il-prinċipji ta' l-aċċessibilita' għal kulħadd? X'tip ta' ħlas qegħdin jingħataw dawn il-periti għal: i) kull applikazzjoni ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar li jivvettjaw? ii) konsulenza dwar il-liġi oppurtanijiet indaqs? iii) il-ktieb Design Guidelines - Access to All? iv) konsulenza oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Il-periti ntagħżlu mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal dawn is-servizzi u li ġiet riklamata fil-gażetti kollha. Il-Periti eliġibbli kollha li applikaw ġew aċċettati fuq rakkomandazzjoni tal-bord tal-għażla mwaqqaf għal dan il-għan mill-KNPD. b) Dawn il-periti jitħallsu bis-siegħa għax-xogħol kollu li jagħmlu mal-KNPD. Ir-rata tal-ħlas hi Lm12 fis-siegħa.

Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21600?

Response (GALEA, ĊENSU)

Kif ġie spjegat fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 21600, l-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata aktar 'l quddiem meta tinġabar.

Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 21374, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratti tat-toroq li saru ħlasijiet fuqhom u kemm hu t-tender value ta' kull kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Din l-informazzjoni tkun tista' tingħata meta tinġabar.
Leg 9 PQ #21369 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra — Tindif

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' tindif tad-Dwejra, Għawdex mill-iskart li kien intefgħa hemm minn persuni irresponsabbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li issa li nħarġu l­permessi kollha meħtieġa, ix­xogħolijiet għat­tindif ta' radam fid­Dwejra inbdew nhar il­Ħamis, 23 ta' Novembru 2000.